Jista' l-Ministru jgħid x'proprjetajiet għandu l-gvern f'Għawdex? Jista' jgħid f'liema triq jinsabu dawn il-proprjetajiet, x'inhu l-użu ta' kull proprjetà, jekk humiex mogħtija b'enfitewsi, b'kirja, b'encroachment, b'tolleranza jew b'titolu prekarju lil terzi u kemm huwa l-ammont ta' ċens, kirja jew xort'oħra li jitħallas lill-gvern kull sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din id-domanda mressqa titlob ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk hija meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta’ skavar jew xogħol ieħor simili li ilu għaddej għal dawn l-aħħar 15-il ġurnata ħdejn il-korsa taż-żwiemel f'Ta’ Xħajma fil-limiti tan- Nadur, Għawdex, huwiex kopert bil-permessi tal-Awtorita tal-Ippjanar? Jekk iva, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru tal-applikazzjoni, meta saret l-applikazzjoni u meta ġiet approvata? Jista jispjega wkoll x'inhu l-kontenut ta’ din l-applikazzjoni, x’tip ta’ żvilupp ser isir u min hu l-iżviluppatur li qed jagħmlu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, li x-xogħlijiet li qed isiru huma skont l-Ordni dwar in-Notifikazzjoni dwar Żvilupp (LS552.08) u għalhekk ma jirrikjedux permess ta’ żvilupp.
Jista' l-Ministru jgħid je fit-Triq tal-Balal, it-triq ta' bejn in-Naxxar u San Ġwann, sarux it-testijiet tal-Plate Bearning? Jekk iva, jista' jgħid emm-il test saru? F'liema parti saru u jindika permezz ta' street plan fejn saru l-plate bearning tests u x'kien ir-riżultat? Jista' jgħid min għamilhom u min iċċertifika r-riżultat ta' dawn il-Plate Bearings Tests?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid meta tlesta l-proġett ta’ asfaltar imwettaq mill-Kunsill ta’ Sannat minn fondi tal-Unjoni Ewropea fi Triq Bardan ġewwa s-Sannat Għawdex? Kemm ġie jiswa u x’varjazzjonijiet kien hemm mit-tender oriġinali? Jista’ jgħid min kien il-perit li ċċertifika x-xogħol u l-varjazzjonijiet, jekk kien hemm, fuq din it-triq?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ta’ Sannat li dan ix-xogħol ta’ asfaltar ta’ Triq Bardan minn fondi tal-Unjoni Ewropea sar f’ Settembru 2018 u ġie jiswa €62,824.17. L-ammont tat-tender oriġinali kien ta’ €54,935.45. Il-varjazzjonijiet mit-tender oriġinali kienu ta’ €7888.72. Il-Perit Edward Scerri ċċertifika x-xogħol u l-varjazzjonijiet ta’ din it-triq.
Infrastruttura Malta – tiswijiet fuq il-moll ta’ Mġarr ix-Xini
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jsiru t-tiswijiet meħtieġa minn Infrastructure Malta fuq il-Moll ta’ Mġarr ix-Xini u l-area tal-madwar ix-xtajta, peress li huwa ta’ periklu għan-nies li jiffrekwentaw din il-bajja ġewwa Għawdex?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li Infrastructure Malta għaddejja bit-tħejjijiet sabiex twettaq it-tiswijiet meħtieġa fi Mġarr ix-Xini dalwaqt, qabel is-sajf.
Skema tal-Passaporti — Bini ta’ Akkomodazzjoni Soċjali f’Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8925 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: B'referenza għal dak li tħabbar mill-Prim Ministru reċentement li se jiġi allokat fond ta' 50 miljun mill-Iskema tal-Passaporti biex jinbnew 500 appartament għall-akkomodazzjoni soċjali, jista’ l-Ministru jgħid fejn se jkunu mibnija dawn l-appartamenti u kemm minnhom se jkunu f'Għawdex? Dawk li se jinbnew f'Għawdex, f’liema lokalità se jkunu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-indirizzi tat-22 sit fejn ser ikunu qegħdin jinbnew il-units ġodda ta’ social housing, permezz ta’ investiment ta’ €50 miljun mill-Fond Nazzjonali għall-Iżvilupp Soċjali, ser ikunu qed jitħabbru fiż-żmien illi ġej.
Tista’ l-Ministru taġġorna lill-Kamra dwar x’sar s’issa u x’inhu ppjanat li jsir biex jinbnew imħażen għad-dilettanti li jagħmlu l-karrijiet tal-Karnival ġewwa Għawdex?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li saret laqgħa tramite l-Uffiċċju tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex biex tinġabar l-informazzjoni dwar il-bżonnijiet tas-settur.
Tista’ l-Ministru taġġorna lill-Kamra dwar il-proġett tal-SME Park li hu ppjanat li jsir mill-Ministeru għal Għawdex? Tista’ l-Ministru tgħid fejn hu ppjanat li jsir u fiex jikkonsisti u Site Plan tal-area kif ukoll il-PA number għal dan il-proġett u kemm hu ppjanat li jiġi jiswa dan il-proġett u kif ser jiġi ffinanzjat?
Tista’ l-Ministru taġġorna lill-Kamra dwar il-proġett tal-Multi Modal Hub fix-Xewkija Għawdex? Tista’ tgħid jekk it-tenders ħarġux u jekk ġewx awarded u jekk sarux applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar u jekk ħarġux il-permessi kollha meħtieġa u meta ħarġu u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru tal-permess kif ukoll il-pjanti relatati ma’ dan il-progett? Tista’ tgħid jekk bediex ix-xogħol ta’ skavar u jekk le meta hu ppjanat li jibda x-xogħol ta’ skavar?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender għall-bini tal-Multi Modal Hub fix-Xewkija ġie ppublikat u l-offerent preferut ġie magħżul. Saret applikazzjoni quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar bin-numru PA/01606/2019. Ix-xogħol li beda bħalissa huwa skont is-Subsidiary Legislation 552.08-Class 13i. Il-pjanti jistgħu jiġu mniżżla minn din il-link: https://1drv.ms/f/s!AoOONNs5vEDcp-IvQRT3DiFbz0T6gQ
Tista’ l-Ministru tgħid jekk in-Night Shelter il-ġdid (Ċentru Ġesù Nazzarenu) ġewwa x-Xagħra Għawdex li ġie inawgurat minnha f'Ottubru 2018 u li kellu jiġi mmexxi mill-Ministeru għal Għawdex hux jintuża u jekk iva kemm kien hemm anzjani jużaw dan il-post xahar b’xahar minn meta ġie inawgurat sal-lum? Tista' tgħid kemm hemm impjegati fl-istess Night Shelter u minn min qed jitħallsu u xi grad għandhom?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninfroma lill-Onor. Interpellant li minn Ottubru 2018 baqa’ għaddej xogħol li kien għad fadal biex il-post ikun lest jakkomoda b’mod dinjituż u xieraq lil dawk li jeħtieġuh.
Bħalissa qed isiru l-assesment tal-applikanti. Malli dan l-istadju jiġi eżawrit, jibda jingħata s-servizz.
Bini ta’ Yacht Marina u Cruise Liner Passenger Terminal
Question
Tista’ l-Ministru taġġorna lill-Kamra fuq l-aħħar żviluppi dwar il-bini ta’ Yacht Marina u Cruise Liner Passenger Terminal li l-Gvern Laburista ħareġ Espressjoni ta’ Interess għalihom eżatt wara li tela’ fil-Gvern f’Marzu 2013 u dan peress li issa għaddew aktar minn ħames snin minn dakinhar u ma ssemma xejn iżjed dwarhom? Tista’ tgħid jekk dawn il-proġetti hux ser isiru u jekk l-Espressjoni ta’ Interess li kienet inħarġet, għadhiex għaddejja jew jekk ġietx imwaqqfa?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentrari 6965.
Tista' l-Ministru taġġorna lill-Kamra dwar id-Dar tal-Anzjani li qed tinbena f'Għajnsielem u x’inhu jsir bħalissa? Meta huwa maħsub li titlesta din id-dar? Tista' tgħid x’tenders ġodda ħarġu matul is-sena 2018 relatati ma’ dan il-proġett u x'tenders ġew ikkanċellati? Tista’ tgħid ukoll x'tenders hemm ippjanati li joħorġu matul is-sena 2019?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Matul l-2018 saru xogħlijiet strutturali skont il-permess il-ġdid PA 09521/17 u dan sabiex fid-dar strutturalment ġiet in konformità mal-istandards nazzjonali kif ukoll mad-Dementia Strategy u qed isir ir-restawr u tikħil tal-fond. It-tender għall-finishing, furnishing u operat jinsab il-procurment biex joħroġ u d-dar ser titmexxa fuq il-mudell ta’ Public Private Partnership.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-proġetti mħabbra fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6271 għall-Forzi Armati ta’ Malta ġewwa Għawdex u fiex waslu u x’sar u dan b'referenza li skont il-Ministru kellhom jitjiebu l-abluzzjonijiet, il-kwartieri tas-suldati, it-tkabbir tal-helipad u r-rilokazzjoni tal-irbit tal-bastimenti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Barracks tal-Forzi Armati fin-Nadur sar xogħol kif ġej. Tindif u tiswija tal-fossa, inkluż it-twaħħil ta’ manholes ġodda, rinnovazzjoni tal-Guard Room, installazzjoni ta’ aperturi interni ġodda, separazzjoni tas-sala prinċipali f'żoni għall-irġiel u n-nisa u xogħlijiet fid-doċċi u l-ablużjonijiet, manutenzjoni fuq sistema tal-elettriku u tal-plumbing, rinnovazzjoni tal-locker rooms u l-installazzjoni u manutenzjoni ta’ sistemi tal-arja kkundizzjonata.
Bħalissa qiegħed jiġi studjat it-tkabbir tal-
helipad
biex tilħaq il-ħtiġijiet militari ġodda. Qed isiru wkoll laqgħat bejn l-AFM, Transport Malta, Infrastructure Malta u l-Ministeru għal Għawdex għar-rilokazzjoni tal-komponent marittimu.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba tlaqqa’ l-Kumitat Reġjonali tal-MCESD għal Għawdex matul is-sena 2018? Tista’ tgħid ukoll min kien preżenti għal kull laqgħa u t-temi li ġew diskussi f’kull laqgħa? Tista’ tgħid min ippresjeda kull laqgħa li saret u tagħti d-data u l-post fejn saru l-laqgħat ta’ dan il-Kumitat?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Ix-Xewkija – Biċċerija – proċess ta’ tneħħija għal bini ta’ Qorti ġdida
Question
Tista’ l-Ministru taġġorna lill-Kamra fiex wasal il-proċess ta' tneħħija tal-biċċerija fix-Xewkija Għawdex minn fejn hi preżentement, peress li hu ppjanat li fiż-żona fejn hemm il-biċċerija, isir il-Qorti l-ġdida ta’ Għawdex?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpllant li l-applikazzjoni tinsab quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar.
Ix-Xewkija – periti mqabbda għad-disinn u l-proġett tal-Qorti l-ġdida
Question
Tista’ l-Ministru tgħid min hu l-perit/kumpanija ta' periti inkarigati mid-disinn u mill-proġett tal-Qorti l-ġdida ġewwa x-Xewkija Għawdex? Kif intgħażel dan il-perit/kumpanija u min ta l-awtorizzazzjoni biex jintgħażel/tintgħażel dan il-perit/kumpanija u kemm-il siegħa xogħol għamel/għamlet s’issa u x’tip ta’ xogħol sar fuq dan il-proġett, u kemm tħallas/tħallset s’issa? Min ta l-awtorizzazzjoni biex jitħallas/titħallas? Kemm hu ppjanat li jitħallas/titħallas dan l-individwu/kumpanija fuq il-Proġett tal-Qorti l-ġdida matul is-sena 2019?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn żmien għal żmien, il-Ministeru għal Għawdex jagħmel użu minn numru ta’ konsulenti fuq id-diversi proġetti tiegħu.
Dawn il-konsulenti huma kollha mqabbda skont proċeduri stabbiliti, u mħallsa skont rati fissi, l-istess bħalma kien isir taħt amministrazzjonijiet preċedenti.
Il-perit inkwistjoni inkarigat mill-proġett huwa l-Perit Claude Mallia.
Ir-Rabat u Santa Luċija Kerċem Għawdex – Triq il-Qasam San Ġorġ – kisi ta’ tarmak
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5908 peress li għad ma sar ebda xogħol biex isir network ta’ distribuzzjoni tal-ilma tat-tieni klassi magħruf bħala New Water fit-triq imsemmija, jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li tingħata t-tieni kisja ta' tarmac (il-wiċċ) fi Triq Qasam San Ġorġ bejn ir-Rabat u Santa Luċija Kerċem Għawdex, liema xogħol sar mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u dan skont risposta mogħtija mill-Ministru għal Għawdex, u dan peress li din it-triq ilha għal diversi xhur b’kisja waħda u hemm ammont ta’ tappieri perikolużi li huma ‘l fuq mil-livell tat-triq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li għadhom kif ġew allokati fondi tal-Unjoni Ewropea taħt EAFRD liema fondi ser jintużaw biex titwettaq is-sistema tad-distribuzzjoni tan-New Water. It-tendergħal dan ix-xogħol qiegħed fl-aħħar stadju ta’ preparamenti biex jiġi ppublikat. Hekk kif jintemmu l-proċeduri kollha marbutin ma’ dan it-tender jibdew ix-xogħlijiet. Sadanittant, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed tieħu ħsieb biex kemm jista’ jkun tnaqqas l-inkonvenjent billi ddur dawn it-tappieri.
Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – Orthopaedic Unit – xogħol fuq bankina
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk tlestix ix-xogħol fuq il-bankina ta’ barra ħdejn il-bini tal-Orthopaedic Unit ġewwa l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? Jista’ jgħid jekk inħariġx il-Compliance (Completion) Certificate għal din il-binja u jekk iva jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid ukoll jekk din il-binja bdietx tintuża għall-iskop li ġiet mibnija, jiġifieri bħala Orthopaedic Unit?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għadu għaddej il-proċess ta’ procurement rigward il-bankina ta’ barra ħdejn il-bini tal-Orthopaedic Unit ġewwa l-isptar Ġenerali ta' Għawdex. Fix-xhur li għaddew ġew ippubblikati 2 sejħiet għal-offerti, fejn ma kien hemm l-ebda interess minn naħa tal-kuntratturi lokali. Il-management tal-isptar qiegħed jieħu l-passi neċessarji biex ix-xogħol issir. Il-Compliance (Completion) Certificate se jiġi mitlub wara li jitlesta ix-xogħol neċessarju.
Tista’ l-Ministru tgħid fiex waslu d-diskussjonijiet u tgħid fejn huma ppjanati li jinbnew car parks fir-Rabat Għawdex biex tkun tista’ tittaffa l-problema tal-parkeġġ f’din il-lokalità?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-diskussjonijiet għadhom għaddejjin u l-Ministeru qed jistenna l-eżitu tal-proġett tal-Parkeġġ tal-Katidral.
Barrieri f’Għawdex – permessi għal materjal tal-kostruzzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm barrieri ġewwa Għawdex li għandhom il-permessi kollha meħtieġa li jirċievu materjal tal-kostruzzjoni? Jista’ jindika n-numru ta’ dawn il-barrieri, kif ukoll f'liema lokalità jinsabu u l-indirizz ta’ dawn il-barrieri u kemm minnhom qed jilqgħu skart tal-kostruzzjoni fil-preżent?