B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8988, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar għall-permessi għall-junction għad-daħla tar-raħal ta’ Sannat, liema proġett hu f'idejn il-Kunsill Lokali Sannat, ġewx approvati? Jista’ jgħid jekk it-tenders ħarġux? Jekk iva x’inhi r-raġuni li ħarġu u l-permessi meħtieġa għal-junction fid-daħla ta' Sannat, għadhom ma ġewx approvati?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ta’ Sannat li dawn il-permessi qegħdin fil-proċess li jinħarġu u li t-tender ħareġ.
Ninsab infurmat wkoll li il-permess kien diġà maħruġ fl-2011 u ġie skadut peress li ma ġiex mġedded fl-2016.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-prezzijiet tal-bidders għat-tender MGOZ/MPU T 5/2019 li għalqet fis-27 ta’ Frar 2019, mhumiex jidhru fuq il-website www.etenders.gov.mt?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dakinhar li suppost infetħu l-offerti, kien hemm problema teknika fuq il-portal www.etenders.gov.mt li ma ppermettitx li jinfetħu l-offerti.
Wara intervent li sar bl-għajnuna ta' s-System Developers barranin, il-problema teknika ġiet riżolta w l-offerti setgħu jiġu miftuħa. Dan sar il-Tejn, 4 ta' Marzu 2019 u kif l-offerti nfetħu, il-valur tagħhom ġie jidher fuq is-sit.
Bini ta’ Park and Ride facility – proġett ta’ decorbonisation
Question
Tista’ l-Ministru taġġorna lill-Kamra dwar x’sar f’dawn l-aħħar sentejn fil-proġett ta’ decorbonisation permezz tal-bini ta’ Park and Ride Facility? Tista’ tgħid fejn hu ppjanat li jsir dan il-proġett, kif ukoll tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-PA number għal dan il-proġett? Tista’ tgħid jekk dan il-proġett ġiex approvat mill-Awtorità tal-Ippjanar u meta?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Park and Ride ssemmiet għall-ewwel darba fil-Manifest elettorali f’Mejju 2017 u dan il-proġett huwa biss fażi mid-Decarbonisation Strategy. In kwantu għal Park and Ride, sar Cost Benefit Analysis, Site Selection, kif ukoll tħejja pjan tal-proġett l-fażijiet tiegħu li jista’ jiġi aċċessat mill-pubbliku bil-permess tal-Awtorità tal-Ippjanar numru PA/01606/2019.
Tista’ l-Ministru taġġorna lill-Kamra x’sar f’dawn l-aħħar sentejn dwar ir-riġenerazzjoni u l-Master Plan tax-Xlendi u x’hemm ippjanat li jsir (proġetti infrastrutturali) qabel jibda s-sajf 2019?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-proġett li ssemma l-ewwel darb f’din il-leġiżlatura jikkonsisti f’diversi fażijiet. L-ewwel fażi hi faċilitajiet għas-sajjieda li għalihom il-Ministeru għal Għawdex akkwista fondi Ewropej u x-xogħol diġà beda flimkien mar-riġenerazzjoni tal-boathouses kif ukoll r-riorganizzazzjoni tal-parkeġġ li permezz tiegħu se jiżdied il-parkeġġ b’60%.
Tista’ l-Ministru tgħid liema Ministeru ser ikun imexxi u jamministra l-Gozo Museum meta dan ikun lest?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Il-proġett tal-Mużew huwa proġett ambizzjuż ħafna li qed jitwettaq mill-Gvern preżenti fejn il-Ministeru għal Għawdex qed jaħdem fuq il-proġett infrasatrutturali u qed ukoll jakkwista opri tal-arti skont il-pariri esperti ta’ Heritage Malta li qed jieħdu ħsieb li jiżvolġu l-istory line tal-Mużew.
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-PA number tal-proġett ta’ Ċentru ġdid tas-Saħħa fiċ-ċentru tal-Belt Victoria? Tista’ tgħid meta hu ppjanat li jitlesta u jilqa’ l-ewwel pazjenti?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru rikjest tal-PA huwa Tracking Number 219464.
Jista' l-Ministru jgħid meta kien l-aħħar li suldati Għawdxin li qatt ma kienu ħadmu f'Għawdex ġew trasferiti minn Malta lejn Għawdex? Jista' jgħid meta hu maħsub li jiġu trasferiti suldati Għawdxin lejn Malta issa meta hu magħruf li l-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu mal-Gvern f'Malta aktar minn ittriplaw f'dawn l-aħħar ħames snin?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-aħħar sena (2018) ħarġet applikazzjoni u sar proċess sħiħ ta’ selezzjoni sabiex ħdax-il membru ġdid, u li qatt ma kienu ħadmu f’Għawdex mal-Forzi Armati ta’ Malta, jitilgħu jaħdmu Għawdex u jiffurmaw komponent ta’ salvtaġġ marittimu u uffiċjali tal-EOD, sabiex jiġu estiżi tali servizzi lejn Għawdex u b’hekk ikun aċċertat rispons aktar malajr f’każ ta’ bżonn.
Suldati Għawdxin – eleġibbiltà għal promozzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex suldati stazzjonati f’Għawdex mhumiex eleġibbli għal promozzjonijiet sakemm ma jkunx hemm xi ħadd li jirtira minn fost is-suldati li jaħdmu Għawdex? Ma jaħsibx li din hija diskriminazzjoni kontra suldati Għawdxin?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-liġi li tirregola l-FAM teħtieġ li jingħataw promozzjonijiet sabiex jimtlew postijiet vakanti. Il-postijiet vakanti jiġu ġġenerati meta suldati jiġu promossi, trasferiti, jinħallu mis-servizz, jew l-establishment jitkabbar. Il-liġi hija applikata b'mod ugwali madwar il-FAM. Din l-amministrazzjoni kabbret l-establishment f'Għawdex billi żiedet komponenti ta’ salvataġġ marittimu u tal-EOD. B'hekk żiedu l-opportunitajiet għas-suldati Għawdxin. Barra minn hekk, postijiet vakanti kienu regolarment disponibbli f'Għawdex matul l-aħħar snin.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex fuq il-laneċ li hemm fil-Port tal-Imġarr f'kull shift hemm biss tmien suldati assenjati meta dawn il-laneċ ma jistgħux jitħaddmu b'anqas minn seba' suldati u għalhekk kull darba li xi wieħed minnhom ikun kors, training jew fuq xi impenn ieħor l-ebda wieħed mis-suldati l-oħra ma jista' jieħu leave? Jaf il-Ministru li dan prattikament qed jagħmilha diffiċli immens li dawn is-suldati jieħdu l-leave tagħhom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lil-Onor. Interpellant illi l-ebda suldat membru fil-FAM, inkluż dawk irreferuti għalihom li jaħdmu ġewwa Għawdex, ma ġie micħud id-dritt tagħhom tal-leave. Dan dejjem jingħata lilhom meta jitolbu ħlief jekk l-esiġenzi tas-servizz ma jkunux jippermettu. Meta dan ikun il-każ l-individwu jingħata ċ-ċans li jieħu l-leave tiegħu mal-eqreb opportunità.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali – Uffiċċji ta’ Aġenziji u Dipartiment f’Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il uffiċċju għandhom f’Għawdex aġenziji jew dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jelenkahom u jgħid fejn qegħdin u x'servizzi joffru? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm impjegati f’kull uffiċċju u xi grad għandhom dawn l-impjegati f’kull uffiċċju?
Response (FALZON, MICHAEL)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rikors sar ai termini tal-artiklu 495A “Meta l-komproprjetarji ma jaqblux fuq il-bejgħ ta’ xi ħaġa li tkun miżmuma in komun.” tal-Kodiċi Ċivili minn meta daħal fis-seħħ dan l-artiklu sal-lum, sena b’sena? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu f'Għawdex u kemm f'Malta? Jista' jgħid kemm minnhom kienu deċiżi u kemm minnhom għadhom pendenti? Jista' jgħid kemm-il appell sar minn dawn ir-rikorsi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-artikolu 495A tal-Kodiċi Ċivili (Kap 16) promulgat bl-Att tal-2004 li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Att Nru. XVIII tal-2004 daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2005 (Avviż Legali 48 tal-2005). In-numru ta’ rikorsi li saru ai termini ta’ dan l-artikolu li jittratta każijiet “Meta l-komproprjetarji ma jaqblux fuq il-bejgħ ta’ xi ħaġa li tkun miżmuma in komun”, kif ukoll kemm minnhom ġew deċiżi u kemm għadhom pendent sas-7 ta’ Marzu, 2019 huwa kif muri fit-Tabelli t'hawn taht.
Qorti ta’ Malta
Sena
Nru ta’ Rikorsi Ippreżentanti
Nru ta’ Rikorsi Terminati
Numru ta’ rikorsi Pendenti
2005
1
0
1
2006
3
0
4
2007
1
4
1
2008
7
3
5
2009
6
3
8
2010
10
6
12
2011
7
9
10
2012
5
8
7
2013
5
7
5
2014
8
5
8
2015
14
6
16
2016
24
11
29
2017
39
20
48
2018
39
31
56
2019
8
7
57
Minn dawk ir-rikorsi li ġew deċiżi kien hemm numru ta’ appelli kif indikat fit-Tabella t’hawn taħt:
Sena
Nru ta’ Rikorsi Preżentanti
Nru ta’ Rikorsi Terminati
Numru ta’ rikorsi Pendenti
2011
1
0
1
2012
1
0
2
2013
2
1
3
2014
0
1
2
2016
2
0
4
2017
4
5
3
2018
2
1
4
2019
1
0
5
Qorti ta’ Għawdex
Sena
numru ta’ Rikorsi Ippreżentanti
numru ta’ Rikorsi Terminati
numru ta’ rikorsi Pendenti
2005
0
0
0
2006
3
3
0
2007
3
3
0
2008
3
3
0
2009
2
2
0
2010
2
2
0
2011
3
3
0
2012
1
1
0
2013
0
0
0
2014
0
0
0
2015
3
3
0
2016
4
2
2
2017
9
8
1
2018
13
3
10
2019 sas-7 ta’ Marzu
3
0
12
Minn dawk ir-rikorsi li ġew deċiżi kien hemm numru ta’ appelli kif indikat fit-Tabella t’hawn taħt:
Sena
numru ta’ Rikorsi Ipprezentanti
numru ta’ Rikorsi Terminati
numru ta’ rikorsi Pendenti
2011
1
0
1
2012
0
0
1
2013
0
1
0
2014
0
0
0
2015
1
0
1
2016
0
0
1
2017
0
1
0
2018
0
0
0
2019
0
0
0
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il Storage Facility għandha l-Wasteserv mikrija mingħand il-privat ġewwa Malta u Għawdex u għal xiex qed jintużaw? Jista’ jgħid il-Wasteserv mingħand min kriet (persuna/kumpanija) u f’liema raħal u area u jekk hemmx il-permessi meħtieġa tal-awtoritajiet konċernati bħall-Awtorità tal-Ippjanar (PA) u l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA)? Jekk iva, jista’ l-Ministru jpoġġi dawn il-permessi fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid kemm huma kbar l-iStorage Facilities? Jista’ jgħid ukoll b’liema forma ta’ procurement ġew mikrija? Jista’ jgħid għal kemm-il sena hi l-kirja u kemm qed tħallas kera l-Wasteserv għal kull metru kwadru, xahar b’xahar u sena b’sena?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Wasteserv għandha mikri mingħand il-privat Storage Facility wieħed fil-limiti tan-Naxxar, Malta u li dan jintuża għall-iskart li ġej minn tagħmir elettriku u elettroniku. Din il-faċilità hija mikrija mingħand V&C Contractors Ltd. u għandha permess ambjentali EP 013/18 li kopja tiegħu tinsab online fuq is-sit tal-ERA. Il-faċilità ġiet mikrija permezz ta’ negotiated procedure approvata mill-MFIN, tinsab fuq medda ta’ art tkopri 4,000 metru kwadru u ġiet mikrija għal tliet snin. Il-kirja stabbilità għal sena flimkien mas-servizzi anċillari hija ta’ €79.50/m2. Din il-kera titħallas kull tliet xhur f’ammont ta’ €79,500 (eskluża l-VAT) u €318,000 għal terminu ta’ sena.
Tista’ l-Ministru taġġorna lill-Kamra dwar il-proġett tal-Pjazza tas-Sannat? Tista’ l-Ministru tgħid jekk it-tenders ħarġux u ġewx awarded u meta hu ppjanat li jibda x-xogħol infrastrutturali fuq din il-pjazza? Tista’ tpoġġi kopja tal-pjanta fuq il-Mejda tal-Kamra kif ser tiġi din il-Pjazza?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender fuq il-pjazza Santa Margerita ħareġ darbtejn fejn issottomettew l-interess li jagħmlu x-xogħol żewġ kuntratturi. L-ewwel darba li ħareġ it-tender ġie over budget u l-kunsill reġa’ ħareġ is-sejħa għat-tieni darba fejn reġa’ ġie over budget madwar 44%. Bħalissa l-kunsill qed jaħdem fuq Bill of Quantities ġdid.
Infakkar lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru daħal fi ftehim mal-Kunsill Lokali fejn il-Ministeru ħareġ il-fondi u l-proġett jiġi implimentat mill-Kunsill.
Peress li ħareġ it-tender għal Triq Masri ġewwa x-Xagħra Għawdex u anke ġie awarded, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn f’din it-triq m’huwiex ser isir culvert li jilqa’ l-ilma tax-xita? Min ta l-opinjoni teknika u x’inhuma r-raġunijiet biex dan ma jsirx? Jista’ jgħid min ser jerfa’ r-responsabbiltà għal dan in-nuqqas f’din it-triq?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li bħalissa l-Kunsill Lokali tax-Xagħra għaddej b’taħditiet sabiex ikun jista' jibda x-xogħol ta' asfaltar (resurfacing) u l-culverts fi Triq Masri. Dan ix-xogħol ser ikun qed isir mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra b'fondi mogħtija mill-Ministeru għal Għawdex u skont l-istimi preparati mill-perit imqabbad mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra.
Tista’ l-Ministru taġġorna lill-Kamra dwar il-Master Plan tal-Pjazza tax-Xagħra peress li fil-laqgħat tal-kunsill qed jingħad li dan qed isir u jitmexxa mill-Ministeru għal Għawdex? Tista’ tagħti timeframes ta’ x'inhu ppjanat li jsir fuq dan il-Master Plan u meta hu ppjanat li jitlesta?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Il-Ministeru għal Għawdex għadu ma rċieva ebda informazzjoni mill-Kunsill Lokali sa issa, iżda laħqu saru taħdidiet u ntlaħaq ftehim fejn il-Ministeru għadda l-fondi lill-Kunsill biex isiru Triq Masri, Triq Gajdoru u Triq il-Kommuttiva.
Policy għal free pass għall-użu tal-vapur tal-Gozo Channel
Question
B'referenza għar-risposta tagħha għall-mistoqsija parlamentari 8984, tista’ l-Ministru tgħid għaliex il-policy dwar min għandu dritt għal free pass biex juża l-vapur tal-Gozo Channel mhijiex fuq il-website tal-istess kumpanija, meta sa ftit tas-snin ilu din kienet pubblikata fuq il-website? X’inhu jżomm lill-Ministru milli tara li din il-policy tkun fuq il-website biex kulħadd ikollu aċċess għaliha?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-deciżjonijiet ta’ din ix-xorta jittieħdu mill-Gozo Channel Operations Limited u mhux mill-Ministeru.
Infrastruttura Malta – ħaddiema – marki f’toroq f’Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li f’dawn l-aħħar ġranet kien hemm ħaddiema ta’ Infrastructure Malta jieħdu surveys u jimmarkaw marki fit-triq, f'ċertu toroq ġewwa Għawdex?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet li qed issir referenza għalihom huma b’rabta mal-istudju nazzjonali li Infrastructure Malta qed tagħmel bl-użu ta’ drones biex tikseb ġabra ta’ tagħrif tekniku li janalizza l-istat tat-toroq kollha madwar Malta u Għawdex.
Permezz ta’ dan l-istudju, li għandu jkun lest sas-sajf, qed tinġabar informazzjoni dettaljata dwar it-toroq sabiex tappoġġja lill-aġenzija fl-ippjanar tal-investiment ta’ €700 miljun li għadha kemm varat biex ittejjeb l-infrastruttura tat-toroq matul is-seba’ snin li ġejjin. L-eżerċizzju ser jgħin ukoll fil-ħidma ta’ manutenzjoni kontinwa tat-toroq u fit-tfassil ta’ proġetti oħra fil-futur.
Waqt dan l-eżerċizzju, li beda fin-naħa ta’ fuq tal-pajjiż, fil-ġimgħat li ġejjin se jkunu qegħdin jittajru drones speċjalizzati biex permezz tagħhom jittieħdu ritratti mill-ajru ta’ 2,500 kilometru ta’ toroq kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. Dawn ir-ritratti ser jintużaw biex jinħolqu mapep magħmulin minn sekwenza ta’ ritratti tat-toroq meħudin mill-ajru (orthophoto maps). B’hekk tiġi żviluppata applikazzjoni ġdida għas-Sistema ta’ Informazzjoni Ġeografika (GIS) li tinkludi l-orthophoto maps tat-toroq kollha b’informazzjoni dettaljata dwar il-ħsarat u l-kundizzjoni tagħhom.
Din is-sistema tkun tista’ tintuża biex issir klassifikazzjoni tat-toroq f’ordni ta’ priorità skont liema jeħtieġ jinbnew mill-ġdid l-ewwel. Fiż-żmien li ġej, se tibqa’ tiġi aġġornata gradwalment b’iżjed dettalji tekniċi biex tkompli ssir dejjem aktar utli għal Infrastructure Malta fl-ippjanar u t-twettiq tal-ħidma tagħha.
Il-ġbir ta’ informazzjoni f’dan l-istudju qed isir skont ir-Regolamentazzjoni Ġenerali tal-Protezzjoni tad-Data tal-Unjoni Ewropea, u għaldaqstant ir-ritratti li qed jittieħdu se juru biss it-toroq u l-madwar immedjat tagħhom, bla ma tinġabar l-ebda data li tista’ tidentifika individwi partikolari.
It-titjiriet bid-drones qed jiġu ppjanati b’kollaborazzjoni sħiħa mad-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili ta’ Transport Malta, li qed japprova u jsegwi l-proċeduri qabel kull titjira. Id-drones li qed jintużaw huma forma ta’ ajruplan żgħir u huma attrezzati b’diversi tagħmir biex tkun imħarsa s-sigurtà ta’ dawk li jużaw it-toroq u tal-proprjetajiet fl-inħawi tagħhom. L-esperti li qed itajru d-drones qegħdin jippjanaw kull titjira ġimgħa bil-quddiem, billi jqisu diversi fatturi fosthom it-temp, l-użu tat-toroq fil-madwar, kif ukoll il-pajsaġġ naturali u l-bini u strutturi oħra fl-inħawi.
Fil-ftit xhur kemm ilha mwaqqfa Infrastructure Malta diġà bdiet twettaq diversi proġetti kbar biex ittejjeb is-sistema tat-toroq arterjali u tibni mill-ġdid mijiet ta’ toroq residenzjali u toroq rurali. Dan l-istudju se jipprovdi lill-aġenzija għodda importanti li tkompli ssaħħaħ il-ħidma tagħha fi proġetti li qiegħda twettaq, u fl-ippjanar ta’ investimenti oħrajn li se twettaq fil-futur. L-analiżi tal-istat tat-toroq li qed tagħmel bħala parti minn dan l-eżerċizzju, flimkien ma’ studji oħrajn, se tgħinha tidentifika liema nħawi fil-pajjiż għandhom jingħataw priorità fis-snin li ġejjin.
Permezz ta’ dan l-istħarriġ, Infrastructure Malta se tiżviluppa sistema ta’ tagħrif interattiva dwar il-kundizzjoni tal-uċuh tat-toroq. Is-sistema se tkompli tiġi aġġornata b’informazzjoni minn sorsi oħrajn fis-snin li ġejjin sabiex tibqa’ tgħin fl-analiżi sħiħa tal-infrastruttura ta’ pajjiżna. Fl-istess waqt, din l-informazzjoni se tkun ukoll il-bażi li fuqha jitqiesu d-durabilità u l-effettività ta’ metodi differenti għall-bini u l-manutenzjoni tat-toroq matul is-snin.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li huma impjegati ta' Identity Malta u qegħdin detailed f'Għawdex ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex? Dawn il-ħaddiema jaqgħu taħt il-collective agreement ta' Identity Malta jew taċ-Ċivil? Jista' jgħid liema huma l-entitajiet jew dipartimenti f'Għawdex li jagħmlu xogħol għal Identity Malta iżda huma parti mill-Ministeru għal Għawdex?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngharraf lill-Onor. Interpellant li bejn entitajiet u dipartimenti tal-gvern ma teżistix sistema ta’ detailing iżda jeżisti posting. Ġejt infurmat li Identity Malta għandha ħaddiem wieħed li huwa impjegat tagħha u qiegħed posted f’Għawdex. Dan il-ħaddiem jaqa’ taħt il-ftehim kollettiv ta’ Identity Malta. Minn din l-istess informazzjoni jirriżulta li d-dipartimenti li jagħmlu xogħlijiet għal Identity Malta imma jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex huma l-E-Residence Unit, l-Uffiċċju tal-Passaporti u l-Public Registry (Gozo).
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux spezzjonijiet u f’liema Dar tal-Anzjani ġewwa Għawdex minn kemm ilha li ġiet imwaqqfa l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali? Kemm kien hemm Djar tal-Anzjani li ma kinux qed jipprovdu servizzi ta’ kwalità għolja jew li kellhom xi nuqqasijiet? Dawn in-nuqqasijiet ġew irranġati?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, matul l-ewwel xhur tal-2019, l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali għamlet sitt spezzjonijiet fi Djar tal-Anzjani f’Għawdex li jnkludu, r- Residenza Sant’Anna, San Lawrenz Home, Male Geniatric u Saint Dominc Home.
L-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali, identifikat numru ta’ nuqqasijiet waqt dawn l-ispezzjonijiet u għamlet ukoll diversi rakkomandazzjonijiet.
L-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali, qiegħda tikkollabora mad-djar tal-anzjani msemmija, sabiex jiġu ndirizzati n-nuqqasijiet identifikati waqt dawn l-ispezzjonijiet, u finalment tara li tittieħed azzjoni fuq il-punti li jkunu tqajmu u nġiebu għall-attenzjoni tal-istess djar, fl-interess tal-anzjani residenti fl-imsemmija residenzi għall-anzjani.
Ministeru għal Għawdex – ħaddiema jieħdu l-fuel allowance
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema li jieħdu l-fuel allowance fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex sena b’sena u xahar b’xahar minn Marzu 2013 sal-lum? Tista’ tgħid x'inhu l-grad tagħhom u x'tip ta' xogħol jagħmlu u taħt liema direttorat jaqgħu? X’inhi r-raġuni li jieħdu l-fuel allowance u min approva l-fuel allowance? Kemm kienet l-ispiża minn kull direttorat fuq fuel allowance sena b’sena u xahar b’xahar minn Marzu 2013 sal-lum?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:Copy of PQ 9206 Ħaddiema jieħdu l-fuel allowance -.pdf