Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8224 u jgħid kemm ħarġu tenders permezz ta' ‘Negotiated Procedure' u x'tip ta’ Negotiated Procedure kienu u dan sena b'sena u xahar b’xahar mis-sena 2013 sal-lum? F’kull każ, min ħa d-deċiżjoni u x'kienet ir-raġuni li ħarġu b’dan il-mod? Kemm kien il-valur ta' kull tender? Jista' jgħid taħt liema Ministeru, entità, aġenzija, awtorità ħarġu dawn it-tenders u fiex kienu jikkonsistu dawn it-tenders?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kunsill Lokali tal-Qala — tneħħija ta' skart ta' kostruzzjoni
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il tunnellata ta' skart ta' kostruzzjoni tneħħa mill-area ta' Kassja mill-Kunsill Lokali tal-Qala? Min kien il-kuntrattur inkarigat mit-tneħħija ta' dan l-iskart tal-kostruzzjoni, kif intgħażel dan il-kuntrattur u kemm tħallas u min iċċertifika l-ħlas u x-xogħol li għamel dan il-kuntrattur?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Qala li l-kuntratt li ħareġ il-kunsill kien għal xogħol ta' surfacing bit-tarmak ta' Triq ta' Kassja. Waqt li kien qed isir ix-xogħol instab dan l-iskart ta’ kostruzzjoni f'naħa wahda tat-triq. Il-kunsill, iżda, m’għandux informazzjoni ta' kemm -il skart tneħħa.
Infurmat wkoll li għal dan ix-xogħol għadu ma sarx il-ħlas u ċ-ċertifikazzjoni tiegħu peress li dan għadu kif sar reċenti iżda l-istima ta' dan ix-xogħol ġiet approvata mill-perit tal-kunsill u hija lump sum ta' €1,997.00
excluding VAT
.
B’referenza għall-Press Release 190321 maħruġa mill-Ministeru tagħha, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-P.A. number għall-proġett ta’ bini ta’ Qorti ġdida ġewwa Għawdex kif ukoll kopja tal-pjanti u applikazzjoni tal-istess binja?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tracking number huwa 216321.
Tista’ l-Ministru tgħid x’widien ġew imnaddfa u rijabilitati minn Ġunju 2017 sal-lum ġewwa Għawdex? Tista’ tgħid x'kienet l-ispiża fuq kull wieħed mill-widien u fiex kien jikkonsisti x-xogħol? Tista' tgħid x'widien hemm ippjanati li jitnaddfu matul is-sena 2019?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex għandu proġett ambizzjuż li għalih akkwistajna fondi mill-Unjoni Ewropea għall-ammont ta’ €8,066,000. Il-widien li huma nklużi f’dan il-proġett huma:
Wied tax-Xlendi
Wied l-Imġarr ix-Xini
Wied tal-Grazzja
Wied Riħan
Wied Ta’ Grajgel/Daħlet Qorrot, Wied Il-Wileġ
Wied Imġarr
Wied tax-Xħajma
Wied ta’ Marsalforn
Wied tal-Ort, Għasri
Wied l-Infern, Żebbuġ
Wied il-Kbir
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – dipartimenti u aġenziji – uffiċċju f’Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il uffiċċju għandhom f’Għawdex l-aġenziji jew dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jelenkahom u jgħid fejn qegħdin u x'servizzi joffru? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm impjegati f’kull uffiċċju, kull impjegat kemm ilu snin u xhur jaħdem, u xi grad għandhom dawn l-impjegati f’kull uffiċċju?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar
Infrastruttura Malta – ħaddiema – marki f’toroq f’Għawdex
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9305, jista’ l-Ministru jgħid x’se jsir minn dawn l-istudji li qed isiru minn Infrastructure Malta fuq it-toroq kollha ta’ Għawdex peress li dawn għadhom ma jiffurmawx parti mix-xogħol li trid tagħmel Infrastructure Malta iżda jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istudju nazzjonali li qed twettaq Infrastructure Malta, u li dwaru ngħata t-tagħrif fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9305 f Seduta 208, se joffri għodda importanti ferm għall-ippjanar tal-iżvilupp, bini mill-ġdid u manuntenzjoni tat-toroq f’pajjiżna fis-snin li ġejjin. Is-sistema elettronika ġdida li qed tinħoloq b’tagħrif dwar l-istat tat-toroq mistennija tkompli tiġi aġġornata regolarment sabiex ikollna kejl aktar preċiż tal-andament ta’ din l-infrastruttura tat-trasport daqstant importanti għall-ħajja soċjali u ekonomika tagħna.
Għall-ewwel darba, pajjiżna se jkollu tagħrif dettaljat tal-istat ta’ kull triq, b’dettalji tekniċi li jappoġġjaw il-ħidma ta’ dawk kollha involuti f’dan il-qasam biex nippjanaw bl-aħjar mod il-prioritajiet tal-investiment bla preċedent li qed isir mill-Gvern fl-infrastruttura tat-trasport u biex niżguraw li nieħdu l-aħjar valur minnu. Filwaqt li l-ħidma ta’ titjib fil-kwalità tat-toroq, li kien ilha meħtieġa snin, diġa bdiet u tinsab għaddejja b’ritmu qawwi, sa minn meta tħabbar dan l-investiment fl-2017, l-istudju li qed isir bħalissa se jkompli jsaħħaħ u jiffaċilità dan ix-xogħol fis-snin li ġejjin.
Kif intqal kemm-il darba, Infrastructure Malta qed tappoġġja wkoll lill-Ministeru għal Għawdex, kunsilli lokali u entitajiet oħra fil-kontinwazzjoni ta’ proġetti u ħidmiet differenti fit-toroq f’Malta u Għawdex. Fid-dawl ta’ dan, ma kienx ikun għaqli għal Infrastructure Malta li fl-istudji tagħhha tiffoka biss fuq it-toroq fdati lilha b’mod dirett f’din l-ewwel sena ta’ ħidma tagħha. Il-kollaborazzjoni kontinwa bejn dawk kollha involuti fl-iżvilupp u t-titjib tat-toroq se tkompli tissaħħaħ ukoll bit-tagħrif u l-għodda elettroniċi li qed jinkisbu permezz tal-istudji li għaddejjin bħalissa.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9155, tista’ l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni li dan in-night shelter ġewwa x-Xagħra Għawdex għadu mhux lest meta kien inawgurat minnha f’Ottubru 2018 ħames xhur ilu? Tista’ telenka fid-dettall x’għad fadal isir f’dan in-night shelter u f’liema xahar ta’ din is-sena hu ppjanat li jilqa’ l-ewwel residenti? Tista’ tgħid ukoll x'inhi r-raġuni li l-assessment tal-applikant għadu mhux lest u ħa diġà iktar minn ħames xhur biex isir?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-assessments tal-applikanti saru bejn it-tieni u t-tielet ġimgħa ta’ Marzu 2019. In-night shelter ġewwa x-Xagħra ħa jibda jopera f’April 2019 wara li tlestew l-aħħar xogħlijiet li kellhom isiru mill-Parroċċa tan-Nazzarenu.
Ordni dwar in-Notifikazzjoni dwar Żvilupp — applikazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ġie użat minn meta daħal fis-seħħ l-Ordni dwar in-Notifikazzjoni dwar Żvilupp (L.S. 552.08) u għal liema applikazzjonijiet?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, li rċeviet 3638 applikazjoni ghal Notifika ta’ Żvilupp mit-3 ta’ Ġunju 2016 (meta ġie fis-seħħ l-Ordni dwar in-Notifikazzjoni dwar Żvilupp (L.S. 552.08)). Minn dawn, l-Awtorità rċeviet 1,099-il Commencement Notice fir-rigward ta’ l-2980 notifikazzjoni li ġew aċċettati mill-Awtorità. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi ma liema klassi ta’ żvilupp dawn in notifikazzjonijiet kienu relatati.
Wieħed irid iżomm f'moħħu li: notifika waħda tista’ tkun relatata ma diversi klassijiet ta’ żvilupp, għalhekk li-istess notifika tista’ tkun qed tingħadd f’aktar minn klassi waħda; u diversi xogħolijiet ma jirrikjedux notifika lill-Awtorità.
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità dwar notifikazzjonijiet dwar żvilupp rċevuti mill-Awtorità mit-3 ta’ Ġunju 2016 sal-21 ta’ Marzu 2019.
Għawdex — ir-Rabat - Pjazza San Franġisk - xogħlijiet
Question
Tista’ l-Ministru tgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-proġett ta' pavimentar u xogħol ieħor fi Pjazza San Franġisk ġewwa r-Rabat Għawdex? Tista' tgħid f’liema xahar u sena hu ppjanat li jibda x-xogħol infrastrutturali fuq dan il-proġett u f’liema xahar u sena għandu jitlesta?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol beda propju llum.
Għawdex — Ix-Xewkija - raħħala li jiddepożitaw il-ħalib
Question
Tista’ l-Ministru taġġorna lill-Kamra fiex wasal il-proċess ta' tneħħija tal-post fejn preżentement ir-raħħala kollha Għawdxin imorru ta’ kuljum jiddepożitaw il-ħalib tal-baqar fix-Xewkija Għawdex u dan peress li f'dan il-post hemm ippjanat li ssir il-Qorti l-ġdida ta’ Għawdex kif ukoll bħalissa fiż-żona qed jinbena l-Enterprise Hub iffinanzjat minn fondi Ewropej? Tista' tgħid fejn se jsir il-post il-ġdid fejn ir-raħħala Għawdxin jiddepożitaw il-ħalib tal-farms tagħhom?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex prepara masterplan għall-farm sperimentali tax-Xewkija biex tkun il-one stop shop għar-raħħala Għawdxin.
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra li ġiet mibgħuta lill-Kummissjoni Ewropea li permezz tagħha l-Gvern Malta talab li jsir studju dwar Għawdex indikat fl-annex tat-trattat tas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u dan qabel jiġi konkluż il-programm ta' finanzjament li jmiss tal-Unjoni Ewropea?
Response (DALLI, HELENA)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8985.
Tista' l-Ministru tagħti lista tal-ħamsin triq li skont il-Press Release maħruġa fit-18 ta' Marzu 2019, ingħata bidu għalihom minn Proġett Għawdex f'Għawdex? Tista' tgħid f'kull każ fejn wasal ix-xogħol fuq dawn it-toroq u meta hu mistenni li kull triq tkun lesta?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għal din il-Mistoqsija Parlamentari għadha qed tinġabar.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9338, tista’ l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li tqabbdu esperti fuq il-ġeo teknika wara li kien tlesta s-survey report u ħarġet it-tender permezz tan-Negotiated Procedure? Min huma dawn l-esperti fil-ġeo teknika? Kif intgħażlu? Min ta l-approvazzjoni biex jintgħażlu u kemm tħallsu sa issa u kemm huwa ppjanat li dawn l-esperti fil-Ġeo teknika jitħallsu? X'se jkun eżatt ix-xogħol tagħhom?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li Gvernijiet Nazzjonalisti ma ħadu ebda azzjoni fuq din it-triq, l-istat ta’ deterjorazzjoni ta’ din it-triq kien tali li ma jippermettix iktar dewmien. Kien għalhekk li l-Ministeru ħass li kellu jadopera l-proċeduri ta’ emerġenza u fil-fatt hekk kif ġew awtorizzati kkollassat parti mit-triq. Peress li x-xogħol u t-terren huma ta’ natura kumplessa ħafna, is-servizzi setgħu biss jiġu mogħtija mill-uniku espert b’esperjenza fil-qasam li għandna f’pajjizna li minn naħa tiegħu ukoll kellu jirrikorri għall-esperti minn barra.
Marsalforn Għawdex – toroq Santa Marija u Qbajjar — pjanijiet
Question
Tista’ l-Ministru tgħid xi pjan hemm għat-toroq Santa Marija u Qbajjar f’Marsalforn, Għawdex peress li dawn jinsabu fi stat ħażin ħafna? Meta hu maħsub li ser isir ix-xogħol meħtieġ fuq dawn it-toroq, li huma toroq li minnhom jgħaddi ħafna mit-traffiku li jkun sejjer għal Marsalforn?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq imsemmija huma nklużi fit-tieni programm ta’ Toroq taħt Proġett Għawdex u bħalissa qed jitħejjew it-tenders.
Awtorità tax-Xandir – ilmenti investigati u deċiżi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ilment ġie investigat u deċiż mill-Awtorità tax-Xandir fil-konfront ta’ One TV mill-bidu tal-2016 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija? F’kull każ, jista’ l-Ministru jgħid kif individwalment ivvutaw il-membri tal-Bord tal-Awtorità tax-Xandir?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li matul il-perjodu indikat l-Awtorità trattat ilment wieħed kontra ONE TV u dan kien ilment mill-UHM (Voice of the Workers) kontra One News – datat 11 Marzu 2016.
L-Informazzjoni mitluba mill-Onor Membru Parlamentari dwar kif individwalment ivvutaw il-membri tal-Bord hija materja interna tal-Awtorità u sabiex din tkun tista’ tkompli taqdi l-funzjoni taghha din ma tistax tiġi ppubblikata.
Jista' l-Prim Ministru jgħid fil-konfront ta’ awtoritajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kemm irriżenjaw impjegati fir-rigward ta’ kull awtorità, mill-bidu tal-2015 sal-lum maqsuma sena b’sena? F’kull każ, jista’ jgħid x’kienet il-kariga tagħhom?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li taghrif ghadu qed jingabar.
Jista' l- Ministru jgħid fil-konfront ta’ awtoritajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kemm irriżenjaw impjegati fir-rigward ta’ kull awtorità mill-bidu tal-2015 sal-lum maqsuma sena b’sena? F’kull każ, jista’ jgħid x’kienet il-kariga tagħhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba.
Name of Authority
Designation
Year
Malta Medicines Authority
Finance and Administration Executive
2015
Pharmacist
2016
Pharmacist
2016
Documentation Officer
2017
Assessor (Safety)
2018
Senior Pharmacist
2018
Senior Pharmacist
2018
Junior Operations Support Worker
2019
MCCAA
Engineer
2015
Scientist
2015
Director
2015
Economics Officer
2015
Senior Scientist
2016
Legal Advisor
2016
Scientist
2016
Scientist
2016
Engineer
2016
Engineer
2016
Legal Officer
2016
Senior Legal Officer
2016
Public Relations and Information Officer
2017
Scientist
2017
ICT Manager
2017
Clerk
2017
Senior Engineer
2017
Administrative Officer
2017
MCCAA
Director
2017
Senior Scientist
2018
Scientist
2018
Engineer
2019
Broadcasting Authority
Senior Programme Monitor
2015
Chief Executive Officer
2016
Charwoman
2016
Finance Director
Programme Monitor
2018
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-permess 01717/18 għall-bini ta' skola ġdida primarja ġewwa r-Rabat Għawdex ġie withdrawn? U x'inhi r-raġuni li f'dawn l-aħħar ġranet saret applikazzjoni ġdida quddiem il-P.A. bin-numru PA 01898/19? X'inhi r-raġuni li saret applikazzjoni ġdida li tikkonsisti 'Extention to existing school of 130 Classrooms for 500 students, Multipurpose halls, Playgrounds and roofing over of part of private road' u x'tibdil hemm mill-ewwel applikazzjoni għat-tieni applikazzjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li t-Traffic Impact Assessment involva aktar ħin milli kien maħsub, il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada kellha tirtira l-applikazzjoni numru 01717/18 u tagħmel applikazzjoni ġdida (numru 01898/19).
Il-proġett għadu l-istess wieħed kif oriġinarjament maqbul.
Ix-Xewkija – Biċċerija – proċess ta’ tneħħija għal bini ta’ Qorti ġdida
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9148 tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru tal-applikazzjoni (P.A. Number) għal bini ta' biċċerija ġdida ġewwa Għawdex?