Legislature:
Category:
Reset
Active:

Rabat Għawdex — Arkivji Nazzjonali u Librerija tal-Vajringa – Intruder System

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9819, jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju wasal ix-xogħol biex jiġu ppreparati d-dokumenti biex toħroġ it-tender għall-Intruder System ġewwa s-swali u l-kmamar tal-Arkivji Nazzjonali u l-Librerija tal-Vajringa fir-Rabat Għawdex? F’liema xahar tas-sena 2019 huwa ppjanat li jiġi ppublikat it-tender?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #9996 Sitting 224 2019-05-06 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Rabat Għawdex – Bini ta’ Skola Primarja – xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jispjega x'inhi r-raġuni li f'dawn l-aħħar ġranet ħarġet it-tender biex isir xogħol ta’ skavar u xogħol ieħor ta' piles fl-area fejn hemm ippjanat li tinbena l-iskola primarja l-ġdida fir-Rabat Għawdex u dan minkejja li reċentement saret applikazzjoni ġdida bin-numru 01989/19 biex tinbena skola primarja ġdida u li l-permessi meħtieġa għadhom ma ħarġux?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tender li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ħarġet biex, għal raġunijiet ta’ saħħa u sigurtà, ix-xogħol ikun jista’ jsir matul is-sajf li ġej u b’hekk inkunu qed nagħtu bidu għall-proġett tal-bini ta’ kumpless ta’ skola primarja u middle school fir-Rabat, Għawdex. Nassigura lill-Onor. Interpellant li l-pubblikazzjoni ta’ din it-tender saret skont ir-regolamenti kollha applikabbli f’każ ta’ din ix-xorta.

Belt Victoria – Ċentru ġdid tas-Saħħa – perit/kumpanija

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min hu l-perit/kumpanija, inkarigat mill-proġett taċ-Ċentru l-ġdid tas-Saħħa fiċ-ċentru tal-Belt Victoria, kif intgħażel u kemm tħallas sa issa u kemm-il siegħa xogħol għamel sa issa? Jista’ jgħid ukoll jekk ħarġux il-permessi kollha meħtieġa u jekk ħarġux diġà t-tenders u jekk ġewx awarded? Jista’ jgħid meta hu ppjanat li ċ-Ċentru l-ġdid tas-Saħħa se jibda jintuża mill-pazjenti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett taċ-Ċentru tas-Saħħa ġdid ġewwa l-Victoria, Għawdex qiegħed isir bi sħab bejn il-Ministeri għas-Saħħa u għal Għawdex. Għalhekk nitolbu jirreferi l-parti tal-mistoqsija tiegħu dwar tendering lill-Ministru kkonċernat filwaqt li ninfurmah illi huwa ppjanat li x-xogħol fuq iċ-Ċentru l-ġdid tas-Saħħa tar-Rabat Għawdex ikun lest lejn l-aħħar ta’ din is-sena.

Nadur Għawdex – Għelieqi f’Ta’ San Blas – ħruġ ta’ drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex kull darba li tagħmel xita qawwija ma jibqax joħroġ drenaġġ fl-għelieqi magħrufa bħala 'Ta’ San Blas' fil-limiti tan-Nadur, Għawdex? Jista' jgħid x'sar sa issa u x'qed jiġi ppjanat biex din il-problema tiġi solvuta? Qed jikkunsidra kumpens lill-bdiewa li r-raba' tagħhom safa mgħarraq bid-drenaġġ?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li r-rappreżentanti tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma diġà marru fuq il-post wara l-aħħar xita qawwija u tkellmu mal-bdiewa konċernati fejn ġie evalwat x’qiegħed jiġri. Instab li t-triq u r-raba' qegħdin jiċċaqalqu b’rata qawwija bil-konsegwenza li diversi katusi ġew spostjati. Qegħdin isiru l-preparazzjonijiet meħtieġa sabiex ammont ta’ katusi jiġu mibdula f’dan is-sajf li ġej, biex issir mill-inqas ħsara possibbli lill-wiċċ tar-raba. Kwalunkwe talba għall-kumpens tiġi evalwata mill-assikurazzjoni tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.
Leg 13 PQ #9955 Sitting 221 2019-04-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Nadur Għawdex – Bajja ta’ San Blas – xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema xogħlijiet saru fil-Bajja ta’ San Blas fin-Nadur, Għawdex wara l-ħsarat kbar li kien hemm f'din il-bajja konsegwenza tal-maltemp qawwi li għamel din ix-xitwa? Tista' telenka x-xogħol li sar sa issa u x-xogħol li mistenni jsir qabel jibda l-istaġun tas-sajf?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara l-maltempata nbeda x-xogħol minnufih fuq il-bajjiet kollha ta’ Għawdex inkluż f’San Blas.
Leg 13 PQ #9886 Sitting 220 2019-04-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Assistant Principals — appointments

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm fadal persuni li għamlu l-eżami għall-Assistant Principals fl-2017 u li għaddew iżda għadhom ma ġewx imsejħa biex jingħataw l-appointment f'din il-kariga? Jista' jgħid sa meta għandha tispiċċa l-validità ta' dan l-eżami u jekk f'Settembru li ġej dawn il-persuni li għaddew, hux ser jiġu msejħa biex jingħataw l-appointment?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab infurmat li fil-lista għad fadal 125 kandidat. Il-ħatriet jiġu determinati skond il-vakanzi tul il-perjodu tal-validità tar-riżultat.

REWS – membri tal-Bord — ħatra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru attwali tal-membri tal-Bord tar-REWS, għal kemm żmien hi l-ħatra ta’ kull membru u jekk il-ħatra hiex fuq bażi ta’ full-time jew part-time? Jista’ jgħid ukoll x’kienu l-kriterji li fuqhom intgħażlu dawn il-membri u jindika jekk u meta l-ħatra ta’ kull membru dehret fil-Gazzetta tal-Gvern?

Response (MIZZI, JOE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 3003, ninfurmah li l-ħatra tal-Bord hija fuq bażi part-time.
Leg 13 PQ #9888 Sitting 220 2019-04-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MCA- membri tal-Bord — ħatra

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru attwali tal-membri tal-Bord tal-Awtorita ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni, għal kemm żmien hi l-ħatra ta’ kull membru u jekk il-ħatra hiex fuq bażi ta’ full-time jew part-time? Jista’ jgħid x’kienu l-kriterji li fuqhom ntgħażlu dawn il-membri?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-Bord tal-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni, huwa kostitwit minn Chairman u sitt (6) membri b’terminu ta’ ħatra ta’ tlett (3) snin. Fir-rigward tan-natura tal-ħatra jekk hijiex fuq bażi full-time jew part-time nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għal mistoqsija numru 4812. Il-kriterji li fuqhom intgħażlu l-membri preżenti huma dawk użati matul is-snin li għaddew.

REWS – ħatra ta’ Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni

Question

Jista’ l-Ministru jispjega jekk hux ir-Regolatur jew il-Ministru li hu responsabli għal ħatra ta’ Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni tar-REWS tenut kont ta’ kif inhu mitkub l-artikolu 6(7) tal-Kap. 545?

Response (MIZZI, JOE)

Il-ħatra tal-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni tar-REWS issir skont artikolu 6(7) tal-Kap. 545.
Leg 13 PQ #9899 Sitting 220 2019-04-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ix-Xewkija — Gozo Experimental Farm - ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 8505 u ċjoè: Tista’ l-Ministru tgħid sena b'sena u xahar b’xahar minn Marzu 2013 sal-lum kemm hemm ħaddiema jaħdmu fil-Gozo Experimental Farm fix-Xewkija? X'inhu l-grad tagħhom? X’tip ta’ xogħol jagħmlu u x’responsabilitajiet għandhom? Kemm ilhom jaħdmu kull wieħed u waħda minn dawn il-ħaddiema fiċ-Ċivil u x’inhuma l-ħinijiet tax-xogħol tagħhom?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għajnsielem/Xewkija Għawdex – Triq l-Imġarr — inċidenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar 2013 sal-lum, kemm-il inċident seħħ fi Triq l-Imġarr f'Għajnsielem/Xewkija f'Għawdex li fih xi persuna jew persuni sfaw bi ġrieħi ħfief jew gravi? Kemm-il persuna tilfet ħajjitha f'dawn l-inċidenti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li bejn l-ewwel ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Marzu 2019, il-pulizija rreġistrat u rrikorriet għal ħamsa u tmenin (85) inċident tat-traffiku fi Triq l-Imġarr Għajnsielem / Xewkija li kienu jinvolvu xi tip ta’ korrimenti jew imwiet. Minn dawn kien hemm inċident wieħed fatali li ħalla persuna mejta. Tabella bid-dettalji dwar it-tip ta’ inċidenti rreġistrati, f’dan il-perjodu qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Munxar Għawdex – Triq Munxar — xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema xahar ta' din is-sena hu ppjanat li jinbeda u jitlesta x-xogħol ta' asfaltar u xogħol ieħor fuq Triq Munxar fil-Munxar Għawdex, peress li t-tender ta' din it-triq ilu iktar minn xahrejn li ġiet awarded?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Munxar li x-xogħol ser jibda f’Mejju 2019.
Leg 13 PQ #9837 Sitting 219 2019-04-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Rabat Għawdex – Triq Anton Tabone — xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni li f'dawn l-aħħar ġranet reġgħet tqaxxret parti min Triq Anton Tabone fir-Rabat Għawdex biex isir patching fiha? Tista’ tgħid x'inhi r-raġuni li proprju reġgħet qed tinqala’ l-istess parti li kienet saret ftit tas-snin ilu taħt amministrazzjoni u ministru differenti Laburista? Kemm kien ġie jiswa taħt il-Ministru preċedenti dan il-patching fl-istess parti tat-triq u kemm ser jiġi jiswa issa?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-patching sar minħabba l-fatt li peress li wara li saret triq Għajn Qatet mill-ġdid, beda jgħaddi nfluss qawwi ta` ilma tax-xita. Sabiex jitneħħa dan l-inkonvenjent, it-triq kien hemm bżonn li tiġi taqleb għan-naħa l-oħra, sabiex l-ilma joskula fil-gandott li jilqa’ l-ilma tax-xita. Meta dan l-aħħar tqaxxar il-wiċċ, irriżulta li partijjiet kbar minnha kienet mibnija fuq il-ħamrija u kellha terġa ssir.
Leg 13 PQ #9838 Sitting 219 2019-04-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Għawdex – Eko-kontribuzzjonijiet — Proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8934 u jgħid xi proġetti infrastrutturali saru ġewwa Għawdex s’issa u kemm intnefqu flus, mill-Eko-kontribuzzjoni li jħallas kull turist li jżur pajjiżna u xi proġetti hemm ippjanati li jsiru matul is-sena 2019 u x'inhi l-ispiża ta’ dawn il-proġetti infrastrutturali?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jidher biċ-ċar l-impenn kontinwu tal-Gvern biex itejjeb il-prodott turistiku ġewwa Għawdex. Fil-fatt il-Ministeru għat-Turiżmu wettaq diversi xogħlijiet ġewwa l-gżira Għawdxija kemm permezz tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, Projects Malta u l-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi. L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu investiet bis-saħħa fil-prodott u l-immaniġjar tal-bajjiet ġewwa Għawdex bil-għan li jitjiebu l-faċilitajiet u s-servizzi fid-diversi żoni turistiċi. Bejn l-2017 u l-2018 l-MTA nefqet kważi €650,000 f’Għawdex. Bis-saħħa ta’ dan l-investiment, fl-2017 il-bajjiet ta’ Marsalforn u Ħondoq ir-Rummien rebħu l-istatus ta’ Blue Flag , u kien ukoll possibbli li jiġġedded il- Blue Flag status ġewwa l-bajja tar-Ramla. Għas-sena 2019 huwa ppjanat li dan l-investiment ikompli jissaħħaħ. Flimkien mal-Ministeru għal Għawdex, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu kienet katalista sabiex inġieb il-festival Abode on the rock direttament għal Għawdex, torganizza wkoll l- International Fireworks Festival fejn waħda mis-serati sseħħ propju ġewwa Għawdex, tellgħet ukoll il- Gozo Alive u għenet diversi attivitajiet li saru ġewwa Għawdex fosthom il- Gozo Carnival u Gozo New Year’s Eve. Permezz ta’ Conventions Malta saru wkoll diversi konferenzi ta’ daqs żgħir u medju ġewwa l-gżira Għawdxija. Min-naħa tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u l-Conventions Malta, Għawdex qiegħdha tiġi promossa bħala destinazzjoni minnha nfisha li għandha n-neċessitajiet kollha għal avvenimenti MICE. Filfatt waqt fieri MICE, Għawdex tkun promossa bħala post ideali għal programmi soċjali u inċentivi marbuta ma’ negozju, minbarra li sservi wkoll bħala destinazzjoni alternattiva. Il-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi qegħdha tikkolabora mal-Ministeru għal Għawdex fuq ir-rigenerazzjoni tax-Xlendi u titjieb fuq il-bajjiet, filwaqt li sa mit-twaqqif tagħħha Projects Malta Ltd dejjem tat prijorita’ għall-proġetti relatati mal-qasam tas-saħħa fil-gżira Għawdxija, fosthom il-proġett ta’ Barts Medical School. Il-Ministeru tat-Turiżmu flimkien mal-Ministeru għal Għawdex ħabbru wkoll l-iskema Enable Tourism li permezz tagħha stabbilimenti turistiċi ġewwa Għawdex jistgħu jagħmlu xogħol relatat mal-aċċessibilita’ ta’ siti turistiċi b’50% tal-ispiża tkun iffinanzjata mill-Gvern taħt din l-iskema. Ġew imħabbra ukoll pjanijiet għar-riġenerazzjoni tax-Xlendi, fejn apparti li l-parkeġġ eżistenti se jikber b’60 parking spaces oħra, għaddejjin ukoll diskussjonijiet bejn iż-żewġ Ministeri fuq ir-riġenerazzjoni u sand replenishment tal-istess bajja. L-istrateġija tal-Gvern dwar it-turżmu f’Għawdex hija li tiġi ndirizzata aktar il-kwistjoni tal-istaġjonalita’ u jitjiebu r-rati tal-okkupanza fix- shoulder months.

Sannat Għawdex – Triq Bardan — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9300 ingħad li t-tender għal Triq ta' Bardan fis-Sannat Għawdex kienet ġiet awarded għall-prezz ta' €54,935.45 iżda fuq in-Notice of Award maħruġa mill-Kunsill Lokali ta' Sannat fis-27 ta' Ġunju 2018 din it-triq kienet ġiet awarded għal prezz ta €46,555.47? Jista’ jispjega dan kollu kif ukoll jgħid kemm fil-verità kienet il-varjazzjoni mit-tender oriġinali li ġiet awarded fis-27 ta' Ġunju 2018 u jagħti break down ta' x'kienu l-varjazzjonijiet kollha u kemm ġew jiswew extra kull varjazzjoni? Jista’ jgħid lil min ġiet awarded it-tender?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ta’ Sannat li fuq ix-xogħol ta’ Triq Bardan b’fondi ewropej minn Miżura 4.3 tal-fond EAFRD, l-ammont tal-offerta aġġudikata kien ta' €46,555.47 exc. VAT u din ġiet aġġudikata lill-kuntrattur Gatt Tarmac Ltd. L-ammont finali tal-proġett kien ta' €53,240.82 exc. VAT. Il-varjazzjoni bejn l-ammont aġġudikat u l-ammont finali kien fix-xogħol relatat mas-sistema tal-ilma tax-xorb u s-servizzi tad-drenaġġ. Però l-kundizzjonijiet tal-kuntratt kienu jistipulaw li l-kuntrattur jista' jiġi ordnat jagħmel dan ix-xogħol ukoll, kif fil-fatt sar. L-ammont ta’ €54,935.45 kien il-Grant miksub minn Miżura 4.3.
Leg 13 PQ #9864 Sitting 219 2019-04-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – files jew dokumenti distrutti

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 7822 u 8284 u tgħid, f'kull Direttorat u entità li taqa' fid-dekasteru tagħha, kemm kien hemm files jew dokumenti li ġew distrutti a bażi tal-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data mis-sena 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena? X'tip ta' files jew dokumenti kienu u ta' liema uffiċċju jew taqsimiet kienu jappartjenu?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #9870 Sitting 219 2019-04-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – toroq re-surfaced

Question

Tista' l-Ministru tgħid b'effett minn Ġunju 2017 sal-lum liema kienu t-toroq li ġew re-surfaced f'Għawdex jew li nbnew mill-ġdid mill-Ministeru tagħha? Tista' tagħti dawn it-toroq lokalità lokalità u tgħid kemm-il metru kwadru ta' toroq saru f'kull lokalità fl-istess perjodu? Tista' tgħid kemm intefqu f'kull lokalità fuq toroq mill-Ministeru tagħha fl-istess perjodu?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar
Leg 13 PQ #9829 Sitting 218 2019-04-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Għawdex — films

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'produzzjonijiet/films hemm ippjanati li jinġibdu ġewwa Għawdex matul is-sena 2019 u kemm hu l-valur fi flus ta’ dawn il-produzzjonijiet/films?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Intepellant li l-Kummissjoni Maltija għall-Films tinsab f’diskussjonijiet ma’ producers indipendenti u studios barranin biex jagħżlu lil Malta u lil Għawdex għall-produzzjonijiet tagħhom matul din is-sena u fis-snin li ġejjin. L-aħbar riċenti li se jingħata massimu ta’ 40% cash rebate lill-produzzjonijiet li jiffilmjaw f’pajjiżna, se tkun qed tgħin bil-kbir biex jiġu iżjed produzzjonijiet ta’ kwalità lejn pajjiżna.
Leg 13 PQ #9831 Sitting 218 2019-04-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Diretturi Ġenerali, Diretturi u Assistenti Diretturi

Question

Tista' l-Ministru tgħid fil-preżent kemm hemm Diretturi Ġenerali, Diretturi u Assistenti Diretturi fil-Ministeru għal Għawdex? Tista' tgħid jekk fl-aħħar ġimgħat inħarġux calls biex jiżdiedu d-Diretturi Ġenerali, Diretturi jew Assistenti Diretturi? Jekk iva, għaliex inħasset il-ħtieġa li jkomplu jiżdiedu?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent fil-Ministeru għal Għawdex hemm 1 Direttur Ġenerali, 5 Diretturi, u 14-il Assistenti Diretturi. Fl-aħħar ġimgħat reġgħu ħarġu sejħiet biex jimtlew il-pożizzjonijiet ta’ 2 Diretturi Ġenerali u 7 Diretturi, li uħud minnhom ser jiskadilhom il-kuntratt jew li ilhom vakanti għal xi żmien. Is-sejħiet il-ġodda huma għal 2 Diretturi, dak tal-Public Registry li kien qed jimtela’ minn Aġent Direttur u dak tal- Cultural Heritage fejn il-Ministeru ħass il-ħtiega li l-Wirt Kulturali, fosthom iċ-Ċittadella, jistħoqlu Direttorat għalih ħalli jiġi mħares aħjar.