Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #10057 Sitting 227 2019-05-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Eżamijiet għall-Executive Officers u Clerks — appointment

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm fadal persuni li għamlu l-aħħar eżami għall-Executive Officers u Clerks u li għaddew iżda għadhom ma ġewx imsejħa biex jingħataw l-appointment f'din il-kariga? Jista' jgħid sa meta għandha tispiċċa l-validità ta' dan l-eżami?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Port tal-Imġarr — tenders

Question

B'referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet li saret fit-3 ta’ Mejju 2019 fejn intqal li se jintefqu €6 miljuni biex il-Port tal-Imġarr jitnaddaf, jinbidlu l-puntuni u jiżdiedu l-faċilitajiet għas-sajjieda, jista' l-Ministru jagħti break down dettaljat ta’ kif ser jintefqu dawn is-€6 miljuni? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn huma fondi lokali u kemm huma fondi ewropej kif ukoll x'tenders ħarġu s'issa u kemm kien il-prezz li bih ġew awarded u x' tenders għad fadal joħorġu biex tintlaħaq iċ-ċifra ta' €6 miljuni li ser jiġu investiti fil-Port tal-Imġarr?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed twettaq dan il-proġett b’investiment ta’ €6 miljun biex ittejjeb il-faċilitajiet għas-sajjieda fil-Menqa tal-Port tal-Imġarr, Għawdex. Dan il-proġett jifforma parti minn numru ta’ proġetti mmirati lejn is-sajjieda Maltin taħt il-fond ta’ l-European Maritime and Fisheries Fund (EMFF) u għalhekk huwa kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea. Permezz ta’ dan il-proġett qed jinbnew mill-ġdid il-mollijiet ta’ din iż-żona biex magħhom jitwaħħlu puntuni ġodda għal aċċessibilità aħjar, aktar sigurtà u iżjed spazji ġodda fejn is-sajjieda jistgħu jorbtu d-dgħajjes u l-laneċ tagħhom għall-kenn tal-Port. Ix-xogħol beda fil-jiem li għaddew bit-tħammil ta’ medda ta’ madwar 20,000 metru kwadru ta’ qiegħ il-baħar fejn hemm dawn il-mollijiet u puntuni. Matul is-snin f’qiegħ il-baħar f’dawn l-inħawi nġemgħu kwantitajiet kbar ta’ ħama u materjali oħra, tant li s-sajjieda ma tantx kien għadhom jistgħu jimmanuvraw il-bċejjeċ tagħhom mal-mollijiet. Din il-parti tal-Port qed titnaddaf u titfannad madwar żewġ metri u nofs. Xi ftit mill-materjal li qed jitħammel instab li jista’ jkun imniġġes b’kimiċi u materjali oħra li maż-żmien spiċċaw f’qiegħ il-baħar. Meta jiġri hekk, dawn il-fdalijiet jiġu meħuda f’siti approvati għall-ipproċessar ta’ dan it-tip ta’ skart. Sabiex it-tħammil ma jħammiġx il-baħar u x-xtut tal-inħawi, tpoġġiet purtiera ta’ lqugħ madwar iż-żona fejn qed isir ix-xogħol. Wara li ssir l-ewwel fażi tat-tħammil, ser jibda l-bini mill-ġdid tal-mollijiet. Gradwalment se jibdew jitpoġġew ukoll il-puntuni l-ġodda. Il-proġett qed jitwettaq f’fażijiet differenti sabiex jiġu evitati diffikultajiet lix-xogħol tas-sajjieda u attivitàjiet marittimi oħra f’dan il-port. Il-bini mill-ġdid tal-mollijiet f’din iż-żona tal-Port tal-Imġarr se jgħin biex dan ix-xatt ikun organizzat aħjar, u biex jidher isbaħ ukoll. Minbarra li jintużaw mis-sajjieda, dawn l-inħawi huma popolari wkoll ma’ ħafna residenti Għawdxin u turisti għal xi passiġġata mill-Menqa sar-Ramla taż-Żewwieqa aktar lilhinn fl-istess Port. L-erba’ puntuni ġodda se jkunu akbar minn dawk eżistenti, sabiex jiżdiedu madwar 90 post ġdid għall-irmiġġ tad-dgħajjes ta’ sajjieda li ilhom snin twal jistennew li jingħataw spazju fejn jorbtu b’mod sikur l-opri tal-baħar li jaqilgħu l-għixien tagħhom minnhom. Infrastructure Malta se tagħmel ukoll faċilitajiet ġodda fejn is-sajjieda jkunu jistgħu jisseparaw u jarmu l-iskart li jiġi ġġenerat mill-ħidma tagħhom. B’hekk, dawn l-inħawi jkunu jistgħu jinżammu aktar indaf. Il-valur tax-xogħlijiet (mingħajr VAT) għat-tibdil u żieda ta’ puntuni huwa ta’ €802,810, għat-tħammil u xogħol ta’ kostruzzjoni tal-mollijiet u skall €4,430,710, servizz ta’ Project Management €499,736, studji u konsulenzi u xogħlijiet żgħar €300,000. S’issa nagħtaw dawn is-sejħiet għall-offerti (b’tender jew published call for quotation): CT3053/2018 - Tender for the Design, Supply, Delivery, Storage, Installation, Testing and Commissioning of New Demountable Pontoon Systems at Mgarr Fishing Port, Mgarr Gozo (Lot 1) CT3137/2018 - Quay Consolidation and Dredging Works at the Mgarr Fishing Port Gozo IM014/2018 - Project Management Services for the Mġarr (Gozo) Fishing Port Project TM011/2017 - Tender for Environmental Planning Services at Mgarr Fishing Port, Gozo TM009/2017 – Tender for a Benthic Survey at Mgarr Harbour Gozo TM010/2017 – Seawater Survey at Mgarr Gozo TM049/2016 – Subsea Sediment Analysis at Mgarr Harbour TM065/2017 – Geotechnical Investigations at the Mgarr Fishing Port (Lot 1) TM_Q17102016 – Environment Consultant – Ecology Survey TM_Q18102016 – Environment Consultant – Water Survey MID/002/2018 - Fire Design for the Upgrading at Mgarr Fishing Port Gozo MID/003/2018 - Quotation for Engineering Consultancy Services Baqa’ biex jiġu mħejjijin u pubblikati sejħiet għall-offerti għal xogħol ta’ M&E (Mechanical & Electical Works) u għas-Security Gates. F’dan l-istadju, is-somma li hemm disponibbli minn fondi Ewropej għal dan il-proġett hi ta’ €3,229,634 mingħajr VAT. Il-kumplament tal-ispiża ser titħallas minn fondi lokali.
Leg 13 PQ #10073 Sitting 227 2019-05-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Marsalforn — riġenerazzjoni u Master Plan

Question

Tista' l-Ministru taġġorna dwar x'sar f'dawn l-aħħar sentejn dwar ir-riġenerazzjoni u l-Master Plan ta' Marsalforn u x'hemm ippjanat li jsir (proġetti infrastrutturali) qabel jibda s-sajf 2019? Kemm kienet in-nefqa fuq Marsalforn mill-Ministeru għal Għawdex fl-aħħar sentejn?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #10074 Sitting 227 2019-05-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ix-Xewkija Għawdex — tneħħija ta' Cold Stores u Pitkalija

Question

Tista’ l-Ministru taġġorna lill-Kamra fiex wasal il-proċess ta' tneħħija tal-Cold Stores u tal-Pitkalija fix-Xewkija Għawdex minn fejn huma preżentement,u meta huwa ppjanat li jitneħħew għal kollox, peress li hu ppjanat li fiż-żona fejn illum hemm il-Cold Stores u l-Pitkalija, issir il-Qorti l-ġdida ta’ Għawdex?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent il-Ministeru għal Għawdex għaddej minn proċess ta` konsultazzjoni kemm mal-Planning Authority kif ukoll mal-istakeholders involuti.

Għawdex — toroq - studji

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9305 jista' l-Ministru jgħid x'użu se jsir minn dawn l-istudji li qed isiru minn Infrastructure Malta fuq it-toroq kollha ta' Għawdex peress li dawn ma jiffurmawx parti mix-xogħol li trid tagħmel Infrastructure Malta iżda jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9700 f’Seduta 213.
Leg 13 PQ #10028 Sitting 226 2019-05-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Principles, Assistant Principles, Executive Officers u Clerk trasferiti Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid fil-preżent, kemm hemm Għawdxin fil-kariga ta’ Principle, Assistant Principle, Executives Officer, u Clerk ġewwa Malta? Jista’ jgħid kemm minn dawn jiġifieri mill-Principles, Assistant Principles, Executives Officers u Clerks ġew transferred biex jibdew jaħdmu ġewwa Għawdex sad-data ta’ meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm hemm ippjanati li jinġiebu ħaddiema Għawdxin jaħdmu f’Għawdex f'dawn il-gradi matul is-sena 2019?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab infurmat li hemm tlieta u għoxrin (23) Skrivan, tnejn u għoxrin( (22) Uffiċjal Eżekuttiv, sittax-il (16) Assistent Uffiċjal Prinċipali, u wieħed u għoxrin (21) Uffiċjal Prinċipali, li jgħixu b’mod permanenti Għawdex imma jaħdmu Malta. Qed isiru tħejjijiet biex iktar xogħol jittella Għawdex minn Malta, u allura jkunu jistgħu jittellgħu aktar uffiċjali f’Għawdex.
Leg 13 PQ #10029 Sitting 226 2019-05-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — widien rijabilitati

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 9657 kollha u tgħid x’widien ġew imnaddfa u rijabilitati minn Ġunju 2017 sal-lum ġewwa Għawdex? Tista’ tgħid x'kienet l-ispiża fuq kull wieħed mill-widien u fiex kien jikkonsisti x-xogħol? Tista' tgħid x'widien hemm ippjanati li jitnaddfu matul is-sena 2019 u x'tenders diġà ħarġu u ġew awarded u f’liema xahar tas-sena 2019 hu ppjanat li jibda x-xogħol?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-widien li ser ikunu qegħdin jitnaddfu u jiġu riabilitati fis-sena 2019 huma: parti mill-Wied tax-Xlendi; Wied il-Għasri; Ta’ Kittina, Marsalforn u l-Wied tal-Grazzja. Diġà nkisbu l-permessi neċessarji kollha u fondi Ewropej għall-ammont ta’ €8,066,000, li bihom ser isir ix-xogħol fil-widien. It- tender tat-tindif tal-Wied tax-Xlendi ġie ppublikat, evalwat u awarded . It- tenders għat-tindif tal-widien l-oħra qiegħed għand id-Dipartiment tal-Kuntratti. Ix-xogħol jibda skont l-iskadenzi mogħtija fil-permessi approvati..
Leg 13 PQ #10030 Sitting 226 2019-05-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Proġett ta’ riġenerazzjoni ta’ Pjazza San Franġisk – tenders

Question

B'referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet li kellha l-Ministru reċentament fejn ġiet ikkwotata tgħid li l-proġett ta' riġenerazzjoni ta' Pjazza San Franġisk “ser jiġi jiswa madwar 3 miljun ewro” tista’ l-Ministru tgħid x' tenders ħarġu s’issa u fiex kienu jikkonsistu dawn it-tenders, u għal kemm prezz(valur) ġew awarded, u x'tenders fadal joħorġu għal dan il-proġett?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tenders li ġew ippubblikati sa issa huma kif indikat hawn taħt: · Tender għall-provvista, installazzjoni, ittestjar u kummissjonar ta' Servizzi Mekkaniċi u Elettriċi fi Pjazza San Franġisk, Victoria, Għawdex – €117,362.45 · CT2263/2018 Tender għal Xogħlijiet ta’ Pavimentar u Tisbiħ fi Pjazza San Franġisk, Victoria, Għawdex – €2,578,091.55 Ix-xogħol beda.
Leg 13 PQ #10031 Sitting 226 2019-05-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Diretturi Ġenerali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għaliex inħasset il-ħtieġa li toħroġ is-sejħa biex id-Diretturi Ġerenali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex jiżdiedu għal tnejn? Fil-preżent x'inhuma l-irwoli tal-uniku Direttur Ġenerali, u x’ser ikunu separatament l-irwoli taż-żewġ Diretturi Ġenerali l-ġodda fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn il-bidliet qed isiru wara eżerċizzju ta’ ristrutturar tal-Ministeru għal Għawdex.
Leg 13 PQ #10032 Sitting 226 2019-05-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

Victoria Għawdex – bini ta’ skola primarja — tender

Question

Jista’ l-Ministru jispjega x'inhi r-raġuni li t-tender li ħarġet permezz ta’ Accelerated Opening biex isiru xogħlijiet ta’ skavar u xogħol ieħor ta' piles fl-area fejn hu ppjanat li tinbena l-iskola l-ġdida primarja fil-Victoria Għawdex u li kellha tagħlaq fit-30 ta' April 2019, mid-data tas-26 ta' April 2019 ma għadiex tidher fuq il-website tal-Electronic Tendering (www.etenders.gov.mt)?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #10033 Sitting 226 2019-05-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

Għeluq ta’ tenders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-raġunijiet li l-bidders u l-prezzijiet tal-bidders għat-tender CT2002/2019 - 'Tender for the Reconstruction of Triq l-Imgħallem and Triq ta' wara s-Sur, Victoria (Rabat) Gozo'. li għalqet fit-2 ta’ April 2019, damu aktar minn jumejn ma ġew ippubblikati fil-website www.etenders.gov.mt? Jista’ jgħid kemm kien hemm iktar tenders li għalqu fit-2 ta' April 2019 u ma ġewx ippubblikati fuq il-website f'dik l-istess ġurnata? Jista’ jagħti l-isem tal-bidders u l-prezzijiet rispettivi?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ftuħ tas-sejħa għall-offerti CT 2002/2019, dam jumejn minħabba raġunijiet tekniċi. Il-ftuħ tas-sejħiet għall-offerti jitwettaq b'mod sekwenzjali. Barra minn hekk, l-ammont ta' ħin meħtieġ biex tinfetaħ sejħa għall-offerti huwa relatat man-numru ta' offerti rċevuti, kif ukoll mad-daqs tagħhom. Fit-02/04/2019, 21 sejħiet għall-offerti kienu skedati li jinfetħu. Għalhekk, kien normali li s-sistema kienet teħtieġ zmien ta' pproċessar raġonevoli sabiex jinfetħu l-offerti kollha. L-ebda sejħa oħra għal offerti ma kienet affettwata. L-ismijiet tal- bidders u l-prezzijiet rispettivi kienu: Road Construction Co. Ltd. €2465,722.33 Gatt Tarmac Ltd. €213,5507.05
Leg 13 PQ #10000 Sitting 225 2019-05-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Nadur Għawdex – Triq l-Imġarr – xogħlijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9655, tista’ l-Ministru tgħid x'tip ta' azzjoni ttieħdet u liema xogħol infrastrutturali sar fuq Triq l-Imġarr fin-Nadur Għawdex minn Gvern Laburista bejn it-8 ta' Marzu 2013 u t-3 ta' Ġunju 2017?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 1987 ‘il hawn qatt ma saru xogħlijiet fuq l-imsemmija triq. Kienet din l-amministrazzjoni f’din il-leġislatura li ħadet azzjoni sabiex jibdew xogħlijiet ħalli tinbena mil-ġdid.
Leg 13 PQ #10019 Sitting 225 2019-05-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Rabat Għawdex – Pjazza San Franġisk – traffic management

Question

Tista’ l-Ministru tgħid ta’ min hi r-responsabilità tat-traffic management għall-proġett tal-pavimentar u xogħol ieħor fi Pjazza San Franġisk ġewwa r-Rabat Għawdex?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dan il-mument mhux ser ikun hemm tibdil f’rotot għall-vetturi. Meta jinħass il-bżonn, il-kuntrattur jieħu ħsieb li jimplimenta l-pjan li diġà ġie diskuss u approvat.
Leg 13 PQ #10024 Sitting 225 2019-05-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Alive – ħruġ ta’ tender għall-servizzi ta’ sound

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex għall-attività tal-Gozo Alive li ser tinżamm fi Pjazza Indipendenza s-Sibt 4 ta' Mejju 2019 ma nħarġitx tender jew sejħa għall-kwotazzjonijiet għas-servizz tas-sound meta dan ilaħħaq eluf ta' ewro meta imbagħad għal servizz simili imma ta' valur ħafna inqas, inħarġu sejħiet għall-offerti jew għall-kwotazzjonijiet? Min ingħata biex jagħmel dan ix-xogħol u x’inhu l-valur tiegħu?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-artist internazzjonali ser ikun fi Pjazza Indipendenza fejn ġie kkonfermat fl-ewwel ġimgħa t’April. Il- management tal-artist taw ir-rekwiżiti għas-sistema tas- sound ftit ġranet qabel l-attivita` u allura l-Ministeru rrikorra għall-proċeduri li normalment jintużaw f’ċirkostanzi simili.
Leg 13 PQ #10025 Sitting 225 2019-05-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Daħla tal-Belt Victoria – perit inkarigat mill-proġett

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min hu l-perit inkarigat mill-proġett ta’ triq alternattiva għad-daħla tal-Belt Victoria?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Perit inkarigat minn dawn ix-xogħlijiet huwa magħżul mill-Expression of Interest tal-periti.

Rabat Għawdex – Pjazza San Franġisk – fire engine

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk fil-lejl tat-Tnejn 22 ta’ April 2019 kienx hemm Fire Engine wieqfa għal ammont konsiderevoli ta' ħin fi Pjazza San Franġisk fir-Rabat Għawdex? Jista’ jgħid għalxiex intużat u min talab is-servizz ta’ din il-Fire Engine dakinhar f'dawk il-ħinijiet?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fil-fatt kien hemm fire engine fi Pjazza San Franġisk ir-Rabat Għawdex nhar it-Tnejn 22 ta’ April filgħaxija u dan peress li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet talbu lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jimlew bl-ilma 60 plastic jersey barriers biex ma jtirux bir-riħ u b’hekk ma jkunux ta’ periklu għal ħaddieħor. Tajjeb li jingħad li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili talab lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet ġewwa Għawdex biex jiġi kkumpensat tal-ilma li ntuża.
Leg 13 PQ #10027 Sitting 225 2019-05-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Victoria u Żebbuġ – perit inkarigat mix-xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min hu l-perit inkarigat mix-xogħlijiet li ser isiru fi Triq il-Kapuċċini, Triq ir-Rabat, Triq Patri Ġaċintu Camenzuli, Triq Ġorġ Pisani, Triq ta’ Viani, fil-Victoria u Triq Marsalforn Żebbuġ (Gozo)?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Perit inkarigat minn dawn ix-xogħlijiet huwa magħżul mill-Expression of Interest tal-periti. Inoltre, ninforma lill-Onor. Interpellant li diġa ħarġu t -tenders għat-toroq taż-żona tal-Kapuċċini li huma: · Triq Michele Busuttil · Triq Mary Meilaq · Triq Forn il-Ġir · Triq Mattia Preti · Triq ta’ Wara s-Sur It-tenders qed jiġu evalwati.

Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma – emenda fil-Ħames Skeda

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9764, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux dispost li jqis li ssir emenda fil-Ħames Skeda biex tiġi ċċarata r-referenza għar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma u ma’ dawn il-kliem iżid l-isem tal-kariga tal-persuna li hi l-kap tal-istess Regolatur – preżumabbilment iċ-Ċhairman tagħha, biex b’hekk issir din il-kjarifika meħtieġa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Membru li jien dispost li nqis li ssir l-emenda li għaliha qiegħed jirreferi.

REWS – ħatra ta’ Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9889, jista’ l-Ministru jikkonsidra li l-Artiklu 6(7) tal-Att Dwar ir-Regolator għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (Kap. 545) hawn riprodott: (7) L-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni u l-kapijiet tad-Direttorati, Dipartimenti, Diviżjonijiet u Sezzjonijiet għandhom jinħatru mir-Regolatur għall-perjodu stabbilit mir-Regolatur li fl-ebda każ m’għandu jkun anqas minn tliet snin: Iżda l-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni għandu jkun maħtur mill-Ministru’. jiġi emendat biex jiġi ċċarat min fil-fatt jaħtar l-Uffiċjal Eżekuttiv tal-REWS u dan peress li kif tinqara hemm ambigwita f’min fil-fatt jaħtar l-uffiċjal eżekuttiv peress li meta taqra l-artikolu 6(7) tal-Kap.545 kien hemm żvista meta nkitbet il-liġi u tħalliet barra l-kelma ‘l-ewwel’ fil-provision li tgħid ‘Iżda l-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni għandu jkun maħtur mill-Ministru.’ ?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #9994 Sitting 224 2019-05-06 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – ġbid u xogħol ta’ editing fuq videos

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min qed jiġbed il-videos u jagħmel ix-xogħol ta’ editing tal-filmati li qed jidhru fuq il-mezzi soċjali, tax-xogħol li jkun qed isir mill-Ministeru għal Għawdex? Kif intgħażel, kemm-il siegħa xogħol għamel s’issa, mil-liema xahar u sena beda jsir dan il-ġbid ta’ videos u xi kwalifiċi u esperjenza għandha dan il-persuna fuq il-ġbid u editing ta' videos?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan huwa xogħol li qed isir In-Housemis-Segretarjat Privat tiegħi.