Tista’ l-Ministru tgħid x'tip ta’ xogħol kien qed isir u qed isir f'dawn l-aħħar ġranet ġewwa l-area tal-Parking ġewwa x-Xlendi? Min huma l-kuntratturi li qed jagħmlu dan ix-xogħol? Meta ħarġu s-sejħiet pubbliċi? Kif intgħażlu? X'esperjenza għandhom f'dan ix-xogħol? X' tip ta’ xogħol qed jagħmlu dawn il-kuntratturi u kemm tħallsu s’issa? X’tip ta’ xogħol fadal isir fl-area tal-parking tax-Xlendi qabel jibda s-sajf u min huma l-kuntratturi li ħa jagħmlu dan ix-xogħol u kif intgħażlu? Meta huma ppjanati li jitlestew? Ħarġet sejħa pubblika għal dan ix-xogħol li fadal isir?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Masterplan tax-Xlendi huwa maqsum f’diversi fażijiet u beda jitwettaq. Beda x-xogħol fuq il-boathouses u issa qed isir ix-xogħol preparatorju biex wara s-sajf ikun jista’ jibda x-xogħol fuq il-parkeġġ.
Tista’ l-Ministru tgħid għal kull wieħed u waħda mill-artisti li ħadu sehem fil-Gozo Alive li sar f'Għawdex fil-weekend tat-3, 4 u 5 ta' Mejju 2019, kemm-il siegħa jew parti minnha taw bħala performance u kemm tħallas kull artist għal kull performance li ngħatat?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpallant li l-ammont totali għall-ħlas tal-artisti kien dak ta’ €89,774.18
Gozo Alive – sejħa għall-offerti jew expression of interest biex intgħażlu l-artisti
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk ħarġitx sejħa għall-offerti jew expression of interest biex jintgħażlu l-artisti li ħadu sehem fil-Gozo Alive li nżamm f'Mejju 2019 f'Għawdex? Min kien iċ-Chairman u l-membri tal-bord li għażlu l-artisti? Tista’ l-Ministru tgħid kif intgħażlu ċ-Chairman u l-membri tal-bord u jekk iċ-Chairman u l-membri tal-bord kenux imħallsa għal dan ix-xogħol? Jekk iva, tista’ tgħid kemm?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li saret Call for Artists. Chairman u bord ma kienx hemm imma kien hemm working group li kien kompost minn membri taċ-ċivil u oħrajn midħla sew tax-xena kulturali. Il-ħaddiema tal-Gvern minn Skala 7 ’l isfel ġew imħallsa overtime jekk ħadmu wara l-ħin tax-xogħol tagħhom filwaqt li Clint Bajada u Alfred Zammit tħallsu €3,500 + VAT kull wieħed.
Għawdex – Triq li mir-Rabat twassal sal-Pjazza taż-Żebbuġ — xogħol
Question
Tista’ l-Ministru tgħid meta hu maħsub li jsir ix-xogħol ta’ bini mill-ġdid tat-triq li mir-Rabat, Għawdex twassal sal-pjazza taż-Żebbuġ f’Għawdex u dan peress li partijiet minn din it-triq jinsabu fi stat perikoluż? Tista’ tgħid jekk dan ix-xogħol hux se jsir matul is-sena 2019?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjan ta’ xogħlijjiet fuq it-toroq għas-sena 2019 huwa lest u qed jitwettaq kif pjanat.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm applikaw għall-aħħar sejħa ta' Clerks, Executive Officers Assistant Principles, Principles u Senior Principles maċ-ċivil? Minn liema lokalità kienu? Kemm għaddew mill-eżami li sar bil-computer u li mbagħad sarilhom l-interview f'kull kategorija? Minn liema lokalità kienu dawk li għaddew?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Eżenzjonijiet għal xogħlijiet ta' twaqqigħ u skavar f'siti turistiċi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intalbu eżenzjonijiet mir-Regolamenti tal-2007 dwar l-Immaniġġar Ambjentali tas-Siti tal-Kostruzzjoni ġewwa Malta u Għawdex (Avviż Legali 295 tal-2007) sabiex ikunu jistgħu jitkomplew xogħlijiet ta' twaqqigħ u/jew skavar f'siti li jinsabu f'żoni turistiċi fil-perjodu bejn il-15 ta' Ġunju 2019 u t-30 ta' Settembru 2019? Jista' jgħid kemm ingħataw eżenzjonijiet, kemm-il talba ġiet miċħuda u kemm għadhom jinsabu pendenti? Jista' jagħti lista tas-siti u tal-lokalitajiet li għalihom intalbu l-imsemmija eżenzjonijiet?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat ma saret ebda talba f'dan ir-rigward lill-Uffiċċju għar-Regolament tal-Bini għall-perjodu msemmi.
Persuni b' diżabilità jirreġistraw għax-xogħol f'Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b' diżabilità jirreġistraw għax-xogħol f'Għawdex? Jista' jgħid kemm minn dawn ilhom jirreġistraw iżjed minn sena? Jista' jgħid x'inhu jsir biex dawn il-persuni jinstabilhom xogħol f'Għawdex stess?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta’ persuni b' diżabilità jirreġistraw għax-xogħol f'Għawdex sa l-aħħar ta’ April 2019 kien ta’ 18-il persuna. In-numru ta’ persuni b'diżabilità li kienu ilhom jirreġistraw f'Għawdex iżjed minn sena kien ta’ 13-il persuna.
Jobsplus għandha diversi skemi li huma mmirati għall-persuni b’diżabilità li jixtiequ jsibu impjieg f’Għawdex. Fost dawn l-iskemi u programmi ta’ għajnuna mill-Fond Nazzjonali u oħrajn iffinanzjati parzjalment mill-Unjoni Ewropea hemm:
Il-Programm Sheltered Employment Training ġewwa Għajnsielem jipprovdi taħrig assistit għal persuni b’diżabiltajiet aktar severi bl-għan li jtejjbu l-ħiliet tagħhom għad-dinja tax-xogħol. Diversi job coaches huma assenjati jissapportjaw lill-persuni li jattendu. Is-sena programm ta’ taħrig jinkludi ukoll perjodu f’ambjent reali tax-xogħol.
Il-Pre-Employment Training huwa taħriġ speċifiku li jiffoka fuq ħiliet ta’ impjegabilità, komunikazzjoni soċjali, kif ukoll ħiliet għal ħajja indipendenti. Dan it-taħriġ huwa parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea u jiġi offrut fil-fergħa ta’ Jobsplus f’Għajnsielem Għawdex. Korsijiet offruti huma;
·
Award in Pre-Employment Skills
·
Award in Life and Communication Skills
·
Award in Basic Clerical Training
·
Basic ICT Skills
L-iskema tal-Bridging the Gap (BTG) toffri opportunità ta’ prova fuq il-post tax-xogħol (work exposure) lill-persuni b’diżabilità għal numru ta’ ġimgħat (skont il-bżonn). Matul il-perjodu miftiehem, il-persuni jingħataw allowance fil-gimgħa minn Jobsplus, ekwivalenti għal 80% tal-paga minima nazzjonali. Jekk il-persuna ddum aktar minn tnax-il ġimgħa f’din l-iskema, hi trid iċċedi l-benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali tagħha. Min-naħa l-oħra l-employer ma jkunx obbligat li jħallas il-kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali, il-paga u benefiċċji oħra bħas-sick leave.
L-Iskema t’Aċċess għall-Impjiegi (A2E), kofinanzjata mill-Fond Soċjali Ewropew u l-Gvern Malti, tipprovdi sussidju ta’ €125 fil-ġimgħa għal kull persuna b'diżabilità ġdida f’impjieg full-time għal 156 ġimgħa. Fil-każ ta’ impjieg part-time jingħata sussidju pro-rata ta’ jew 20, 25 jew 30 siegħa fil-ġimgħa.
Fl-impjieg ta’ persuni b’diżabilità kumpaniji (mhux governattivi) jistgħu jitolbu biex:
· Jiġu eżentati mill-ħlas tal-
kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali
għall-impjegati rreġistrati b’diżabilità.
· Jirċievu
inċentiv fiskali
ta’ 25% tas-salarju bażiku annwali għal kull persuna b’diżabilità diġà mpjegata sa massimu ta’ €4,500, immedjatament wara t-tmiem ta’ kull sena kalendarja.
Barra mill-iskemi/programmi msemmija hawn fuq, il-Fondazzjoni Lino Spiteri (LSF) li ġiet imwaqqfa bejn Jobsplus u min iħaddem, tgħin lill-persuni b'diżabilità kif ukoll lil min iħaddem biex it-tnejn ikunu jistgħu jibbenefikaw minn suq tax-xogħol aktar aċċessibbli u aktar differenti bl-għajnuna tal- job coaches. Il-Fondazzjoni għandha l-għan li ssib modi biex bihom tneħħi l-barrieri u tkabbar l-opportunitajiet ta' xogħol għal persuni b'diżabilità. Il-Fondazzjoni tipprovdi servizz ippersonalizzat bi pjan t’azzjoni skont il-ħtieġa tal-persuni b'diżabilità, kif ukoll servizz lil min iħaddem billi tassistih biex jimpjega persuni b’diżabilità permezz tal- ‘job carving’.
Matul l-aħħar snin numru ta’ persuni b’diżabilità ġew assistiti biex jaħdmu fid-Document Management System ġewwa Għawdex. Permezz ta’ dan il-proġett mal-Maltapost numru t’opportunitajiet ta’ xogħol ġew offruti lill-persuni b’diżabilità ġewwa Għawdex. LSF tassisti f’dan il-proġett billi tipprovdi numru ta’ job coaches biex jassistu lil dawn il-ħaddiema b’diżabilità.
Jista' l-Ministru jgħid mill-ewwel ta' Ġunju 2017 sal-lum kemm daħlu nies ġodda fl-iskema tal-ħaddiema tal-komunità? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu minn Għawdex u kemm minn Malta? Jista' jgħid x'inhuma r-rekwiżiti biex wieħed ikun jista' jiġi ngaġġat f'din l-iskema? Kemm hu l-perjodu minimu li wieħed irid ikun ilu jirreġistra biex jiġi ngaġġat f'din l-iskema?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li minn Ġunju 2017 sal-lum daħlu 296 persuna fl-iskema tal-ħaddiema tal-komunità; 80 persuna Malta u 216 Għawdex. Mill-216-il persuna, 168 kienu jifformaw parti mill-iskema tal-Ministeru t’Għawdex.
Ir-rekwiżiti biex wieħed jidħol fl-iskema tal-komunità baqgħu fuq l-istess sisien ta’ kif kienu qabel l-2009, iġifieri:
1. Kull persuna li ma kinitx qiedgħa taħdem u inattiva għal dawn l-aħħar 12-il xahar u qatt ma bbenefikat mill-iskema tat-
traineeship
ma’ Jobsplus; jew inkella
2. Adulta li tgħix weħidha u għandha persuna jew iktar dipendenti fuqha li m’humiex impjegati full time;
3. Persuna ta’ 24 sena jew iktar u li m’għandhiex livell ta’
upper secondary
jew vokazzjonali u m’għandhiex xogħol;
4. Persuna li għandha 50 sena jew iktar u m’għandhiex xogħol;
5. Persuna ta’ 24 sena u iktar li ilha barra mix-xogħol għal sentejn u li matulhom ma bbenefikatx minn
traineeship
ma’ Jobsplus.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jiġu mibnija units tal-housing fit-tliet snin li ġejjin f’Għawdex min-naħa tal-Gvern jew l-Awtorità għad-Djar u f’liema lokalità ġewwa Għawdex se jinbnew dawn il-units? Jista’ jgħid bħalissa f'Għawdex fejn hemm xogħol għaddej fuq bini ta' units ġodda ta' housing soċjali?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentarti lill-Ministeru ikkonċernat.
Għawdex — Toroq li jwasslu għal żoni turistiċi - xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanati li jsiru xi toroq ġewwa Għawdex li jwasslu għal żoni turistiċi qabel jibda l-istaġun tas-sajf kif qed isir bħalissa ġewwa Malta? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid liema toroq se jsiru ġewwa Għawdex qabel jibda l-istaġun tas-sajf?
Response (BORG, IAN)
Infrastructure Malta qed taħdem sabiex twettaq il-mira tal-Gvern li ssir qabża kbira 'l quddiem fil-kwalità, s-sigurtà, l-effiċjenza u s-sostenibilità tal-infrastruttura ta’ pajjiżna. Fost oħrajn, qed twettaq ħidma ta’ titjib, bini mill-ġdid u manutenzjoni tas-sistema tat-toroq u infrastruttura oħra tat-trasport bl-art u bil-baħar.
F’Għawdex, il-ħidma ta' titjib infrastrutturali fit-toroq qed titmexxa mill-Ministeru għal Għawdex. Filwaqt li Infrastructure Malta qed tappoġġja din il-ħidma f’Għawdex b’diversi għajnuniet, ikun apprezzat jekk mistoqsijiet dwar xogħlijiet speċifiċi jiġu riferuti lill-Ministeru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex m’hemmx pressure washer fl-impjanti tal-Wasteserv f’Għawdex biex ikunu jistgħu jinħaslu t-trakkijiet bħalma kien hemm fil-Qortin ix-Xagħra u bħalma hemm anke fl-impjanti l-oħra tal-Wasteserv f'Malta?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemm l-ebda obligazzjoni li jkun hemm pressure washer fil-Faċilità għat-Trasferiment tal-Iskart Tal-Kus f’Għawdex li tirriżulta mir-rikweżiti tal-permess IPPC maħruġ mill-ERA.
MCCAA — Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur)
Question
Fid-dawl tal-emendi li saru għal Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur Kap. 378 tramite l-Att XVI tal-2019, fejn allura d-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) b’riżultat ta’ dawn l-emendi issa ma jistax jimponi sanzjonijiet inkluż penalitajiet amministrattivi, jista’ l-Ministru jispjega x’miżuri qed jittieħdu biex l-MCCAA u allura d-Direttur Ġenerali jkunu konformi mar-Regolament (UE) 2017/2394, fejn ir-regolament 9(4)(h) tiegħu jesiġi li l-awtorità kompetenti li hi responsabbli għat-tħaddim tad-direttivi elenkati fl-imsemmi Regolament tal-Unjoni Ewropea li tinkludi diversi liġijiet li huma infurzati mill-isemmi Direttur Ġenerali, ikollu s-setgħa li jimponi pieni bħal multi jew ħlasijiet perjodiċi kif rikjesti fl-imsemmi regolament 9(4)?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-emendi introdotti fl-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur (Kap. 378 tal-Liġijiet ta’ Malta) permezz tal-Att XVI tal-2019 li ġie ppubblikat fil-31 ta’ Mejju, 2019 id-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) se jkollu rwol investigattiv u kemm-il darba jkun hemm sejbin prima facie ta’ ksur tal-liġi minn l-operaturi investigati, d-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) jista’ jipproċedi permezz ta’ rikors ġuramentat quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Kummerċ) sabiex jitlob fost affarijiet oħra l-impożizzjoni ta’ penali fuq il-konvenut skont l-artikolu 106A għal kull ksur. Dan il-proċess huwa konformi mar-Regolament (UE) 2017/2394.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu biex tiġi implimentata d-Direttiva (UE) 2019/770 u jekk hux maħsub li l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) hux se jkollha xi rwol fit-tħaddim tal-liġi, li eventwalment timplimenta din id-direttiva?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dan l-istadju huwa prematur li jiġi konkluż li l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) se jkollha xi rwol fit-tħaddim tal-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/770, peress li għad għandhom isiru il-konsultazzjonjiet inter-ministerjali meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu biex tiġi implimentata d-Direttiva (UE) 2019/771 u jekk hux maħsub li l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) hux se jkollha xi rwol fit-tħaddim tal-liġi li eventwalment timplimenta din id-direttiva?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt f’mistoqsija parlamentari 10387.
Jista’ l-Ministru jgħid b’sena b’sena mill-2011 s’issa kemm ingħatat għajnuna mill-Gvern lill-għaqdiet tal-konsumatur f’Malta, u jekk iva lil liema għaqda jew għaqdiet, u sena b’sena f’xiex kienet tikkonsisti din l-għajnuna?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2011 sal-aħħar ta’ Mejju 2019, minn naħa tal-Awtorità f’termini ta’ għajnuna tipprovdi post u l-kera fejn tiltaqa’ l-Għaqda tal-Konsumaturi, kif ukoll ħlas ta’ servizzi u ta’ komunikazzjoni, ta’ dawl, ilma u ndafa.
MCCAA — Direttur Ġenerali - multi u penalitajiet amministrattivi - ksur tad-dispożizzjoni ta' Kap. 379
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’kemm-il każ, id-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) impona multi jew penalitajiet amministrattivi minħabba ksur ta’ xi dispożizzjoni tal-Att dwar il-Kompetizzjoni Kap 379 tal-Liġijiet ta’ Malta jew xi regolamenti magħmula taħt l-istess liġi mill-2011 s’issa sena b’sena? F’kull każ kemm kienet il-multa jew penali mposta u jekk din fil-fatt tħallsitx jew le?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 27947 tat-12-il Leġiżlatura fejn hemm il-multi li d-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) impona mill-2011 sal-2016. L-Uffiċċju ma mpona l-ebda multa oħra stante li fl-2016, inqatgħet is-sentenza Kostituzzjonali.
MCCAA — Direttur Ġenerali - multi u penalitajiet amministrattivi - ksur tad-dispożizzjoni ta' Kap. 378
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’kemm-il każ, id-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) impona multi jew penalitajiet amministrattivi minħabba ksur ta’ xi dispożizzjoni tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur Kap 378 tal-Liġijiet ta’ Malta jew xi regolamenti magħmula taħt l-istess liġi mill-2011 s’issa sena b’sena? F’kull każ kemm kienet il-multa jew penali mposta u jekk din fil-fatt tħallsitx jew le?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) impona multi jew penali amministrattivi skont kif imniżżel hawn taħt:
2012 ħames każijiet identici fuq l-istess mertu li kellhom, bhala deterrent impozizzjoni ta’ multa ta’ €5000 f’każ ta’ ksur, u multa kull jum ta’ €120 għal kull gurnata ta’ ksur. ¯ewġ operaturi appellaw lit-Tribunal tal-Appell li ċaħad l-appell u sar appell lill-Qorti tal-Appell; liema appell qieghed jistenna d-data tas-smiegħ.
2015 – każ wieħed, b’multa ta’ €26,900 li ma thallsitx peress li n-notifika tad-decizjoni ma setghetx issir minkejja diversi tentattivi. Ta’ min jinnota li minkejja dan, l-ksur tal-ligi irrapportat ma kompliex isehh.
2018 – każ wieħed, b’multa ta’ €30,000. Id-decizjoni giet appellata quddiem it-tribunal tal-appell u l-appell qieghed jinstema’ il-konkluzjoni ta’ kawza kostituzzjonali.
MCCAA — Direttur Ġenerali - multi, sanzjonijiet u penalitajiet amministrattivi - ksur tad-dispożizzjoni ta' Kap. 378
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) apparti l-impożizzjoni ta’ penali jew multa amministrattiva qatt impona xi forma ta’ sanzjoni oħra minħabba xi allegat ksur tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur Kap.378 tal-Liġijiet ta’ Malta, jew xi regolament magħmul taħt l-istess Kap. 378 mill-2011 s’issa, u jekk iva fiex kienu jikkonsistu dawn is-sanzjonijiet u f’kemm-il każ ittieħdu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-2011 id-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) kiseb il-konformità volontarja ta’ żewġ operaturi, skond l-artikolu 100 tal-Att dwar l-Affariijiet tal-Konsumatur hawnhekk aktar ‘l quddiem imsejjah l-Att, u skont l-imsemmi artikolu d-Direttur Ġenerali kiseb il-konformita’ volontarja ta’ operatur fl-2015, u ta’ zewg operaturi oħra rispettivament wiehed fl-2018 u wiehed fl-2019.
Id-Direttur Ġenerali għamel ukoll talba għall-istituzzjoni ta’ proċeduri kriminali skont l-artikolu 13 tal-Att u skont ir-Regolamenti dwar Prezzijiet Indikati skond l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur (Leġiżlazzjoni Sussidjarja 378.09), il-Qorti tal-Magistrati (Malta) bhala Qorti ta’ Ġudikatura Kriminali imponiet żewġ multi (kriminali) ta’ €250 kull waħda fl-2014, u multa (kriminali) ta’ €116 fl-2017.
Barra minhekk saru s-segwenti dikjarazzjonijiet ta’ avvizż pubbliku fir-rigward ta’ diversi operaturi skont l-artikolu 8 tal-Att: tlieta fl-2012; waħda fl-2013; tlieta fl-2014; ħamsa fl-2015; tmienja fl-2016; sitta fl-2017; ħdax fl-2018; u tnejn fl-2019 sa Mejju ta’ din is-sena.
MCCAA — deċiżjonijiet mid-Diretturi Ġenerali (Kompetizzjoni) u Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur)
Question
Jista’ l-Ministru jgħid sena b’sena mit-twaqqif tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) fil-2011, kemm-il deċiżjoni nħarġet mid-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) u kemm minnhom ġew ikkontestati quddiem it-Tribunal tal-Appell għall-Kompetizzjoni u għall-Konsumatur, sena b’sena? Jista’ jgħid sena b’sena mit-twaqqif tal-MCCAA fil-2011, kemm-il deċiżjoni nħarġet mid-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) u kemm minnhom ġew ikkontestati quddiem it-Tribunal tal-Appell għall-Kompetizzjoni u għall-Konsumatur sena b’sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn segwenti huma d-deċiżjonijiet relatati mall-Uffiċju għall-Konsumatur:
2011: tlett deċiżjonijiet u waħda ġiet appellata
2012: ħames deċiżjonijiet u tnejn ġew appellati
2015: żewġ deċiżjonijiet
2018: żewġ deċiżjonijiet u wahda giet appellata
2019: deċiżjoni waħda
Dawn li ġejjin huma d-deċiżjonijiet relatati mall-Uffiċju għall-kompetizzjoni
2011- Ħames Deċiżjonjiet
2012 – Deċiżjoni Waħda
2013 – Tliet Deċiżjonjiet
2014 – Seba` Deciżjonjiet
2015 – Disa’ deċiżjonijiet u waħda ġiet appellata
2016 – Għaxar deċizjonjiet u waħda ġiet appellata
2017 - Erba’ deċiżjonijiet
2018 – Seba’ deċiżjonijiet
2019 – Erba’ deċiżjonijiet
Tribunal tal-Appell għall-Kompetizzjoni u għall-Konsumatur — kawżi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru kawżi mill-2011 sal-lum quddiem it-Tribunal tal-Appell għall-Kompetizzjoni u għall-Konsumatur u f’kull każ x’kien x’eżitu finali, maqsuma sena b’sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba.
Intant ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn is-sentenzi jistgħu jinstabu online fuq il-website: https://ecourts.gov.mt/onlineservices/Judgements/Search
Tabella
Vertenzi deċizi uħud minnhom kif jidher b'deċizjonijiet multipli fl-istess vertenza
data decizjoni
Onor Joe Mizzi vs Korporazzjoni Enemalta et
21/03/2012
Onor Joe Mizzi vs Korporazzjoni Enemalta et
27/02/2013
Onor Joe Mizzi vs Korporazzjoni Enemalta et
28/01/2016
Melita plc vs Direttur Generali ghall-Affarijiet tal-Konsumatur
23/01/2013
Melita plc vs Direttur Generali ghall-Affarijiet tal-Konsumatur
17/04/2013
Melita plc et vs Direttur Generali (Affarijiet tal-Konsumatur)
29/01/2014
Melita plc et vs Direttur Generali (Affarijiet tal-Konsumatur)
21/02/2017
Imnara Ltd vs Uffiċċju ghall-Kompetizzjoni
20/03/2013
Miqna Systems Ltd vs Uffiċċju ghall-Kompetizzjoni
29/01/2014
Datastream Ltd vs Camline Internet Services Ltd
29/01/2014
Benny Borg Bonello vs Awtorita ta' Malta ghall Kompetizzjoni u ghall-Affarijiet tal-Konsumatur et
26/02/2014
U Communications Ltd vs Uffiċċju ghall-Kompetizzjoni
22/10/2014
AAJE Abela Bros Partnership et vs Uffiċċju ghall-Kompetizzjoni
27/10/2014
AAJE Abela Bros Partnership et vs Uffiċċju ghall-Kompetizzjoni
21/02/2017
Liquigas (M) Ltd vs Uffiċċju ghall-Kompetizzjoni
14/04/2015
Malta Bargains Ltd (UK) vs Awtorita tat-Turizmu ta' Malta et
19/05/2015
Federated Association of Travel & tourism agents vs deutsche lufthansa ag (malta) et
27/06/2017
Vertenzi Pendenti
Falzon Group Holdings LTD et vs DG Kompetizzjoni
tistenna ezitu ta' rikors kostituzzjonali
Federated Association of Travel & tourism agents vs Deutsche Lufthansa ag (malta) et
kontinwazzjoni provi
Digisec Media ltd vs DG (konsumatur)
tistenna ezitu ta' rikors kostituzzjonali
Deċiz in Parte
Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Gusta vs Korporazzjoni Enemalta
27/06/2012
Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Gusta vs Korporazzjoni Enemalta
02/04/2014
Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Gusta vs Korporazzjoni Enemalta
04/10/2016
Uffiċċju tal-Kompetizzjoni vs Korporazzjoni Enemalta
differita ghas-sentenza 18/03/2020