Tista' l-Ministru taġġorna lill-Kamra dwar il-proġett tal-Gozo Museum u meta huwa ppjanat li jitkompla x-xogħol ta' kostruzzjoni u xogħol ieħor fuqu?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li in vista tal-iskoperti arkeoloġiċi imprezzabbli li nstabu waqt l-eżkavazzjoni tax-xogħol, il-Ministeru qed jaħdem id f’id mas-Sovraintendenza tal-Patrimonju Kulturali biex dawn is-sejbiet ikomplu jiġu skoperti u preservati.
Tista' l-Ministru tgħid il-vapur li ġie mikri mill-Gozo Channel għal kemm żmien ġie mikri? Tista' tgħid kemm-il ħaddiem hemm jaħdmu fuq dan il-vapur u ta' liema nazzjonalità huma? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li sar għall-kiri ta' dan il-vapur?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-vapur inkera għal 6 xhur bil-crew tiegħu.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma r-raġunijiet prinċipali li t-tender MGOZ/MPU T 5/2019 Framework agreement for the provision, maintenance and regular collection of open skips at various sites in Gozo, ġiet ikkanċellata, u safrattant tista' tgħid minn min qed jingħata dan is-servizz, kif intgħażel u kemm tħallas sa issa?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 10501.
Construction and Maintenance Unit – użu ta’ soft stone
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8120 u 8289 u tgħid kemm intużaw soft stone (kantun) mill-Construction and Maintenance Unit u mid-Direttorat għall-Proġetti u Żvilupp minn Jannar 2018 sal-lum? Fuq liema proġetti ntużaw u kemm intużaw soft stone (kantun) fuq kull proġett? Tista' tgħid fuq kull proġett min kienet il-persuna li ordnat is-soft stone (kantun) u min kienet il-persuna li ċċertifikat li ntuża dan l-ammont?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għal din il-Mistoqsija Parlamentari qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Skola Primarja fir-Rabat Għawdex — Tenders għal xogħol ta’ skavar u piling
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li ħarġu u għalqu t-tenders biex isir xogħol ta' skavar u piling u li dan ix-xogħol, skont it-tender li ħarġet, għandu jsir f'għaxar ġimgħat, jiġifieri fix-xhur ta' Lulju u Awwissu 2019, fuq il-post fejn hi ppjanata li ssir l-Iskola Primarja fir-Rabat Għawdex u dan minkejja li l-permessi meħtieġa min-naħa tal-PA għadhom ma ħarġux?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-tender li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant ħareġ bi ftehim mad-Dipartiment tal-Kuntratti. Dan sar minħabba l-urġenza li fir-Rabat Għawdex ikollna skola primarja ġdida fl-iqsar żmien possibbli. Inserraħ ras l-Onor. Interpellant li l-ebda xogħol mhu se jsir qabel mal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada jkollha permess validu mill-Awtorità għall-Ippjanar.
Arkivji Nazzjonali u Librerija tal-Vajringa – Fire Alarm System u Intruder System
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 9819 u 6166, jista’ l-Ministru jgħid liema Ministeru qed jieħu ħsieb iħejji d-dokumenti tat-tender biex issir Intruder system ġewwa s-swali u l-kmamar tal-Arkivji Nazzjonali u l-Librerija tal-Vajringa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-bażi teknika tad-dokument qed tiġi kkordinata mill-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali.
Xewkija Għawdex – Triq il-Biċċerija u Triq il-Pitkalija – fire engine
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk fil-ġurnata tat-Tnejn 13 ta’ Mejju 2019 fil-ħin ta' filgħodu kienx hemm Fire Engine għal ammont konsiderevoli ta' ħin f'partijiet minn Triq il-Biċċerija u Triq il-Pitkalija fix-Xewkija Għawdex? Jista’ jgħid għalxiex intużat u min talab is-servizz ta’ din il-Fire Engine dakinhar f'dawk il-ħinijiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nikkonferma li kien hemm fire engine fi Triq il-Biċċerija nhar it-Tnejn 13 ta’ Mejju bejn l-10.35 sal-11.15 wara li daħlet telefonata li kien hemm demm tal-annimali mal-art u li dan seta’ joħloq periklu għas-sewwieqa. Il-membri tal-Protezzjoni Ċivili marru fuq il-post u neħħew id-demm permezz tal-ilma.
Tista’ l-Ministru tgħid x'inhuma r-raġunijiet li fit-8 ta' Frar 2019 saret spezzjoni mill-Uffiċjali tal-Ministeru għal Għawdex fin-niżla li twassal għall-Bajja ta' Ħondoq ir-Rummien?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċjali tal-Ministeru għal Għawdex għaddejjin b’ ħidma kontinwa madwar Għawdex kollu.
Tista’ l-Ministru tgħid x'inhuma r-raġunijiet li fil-ħin ta' filgħodu tal-ġurnata tat-Tnejn 13 ta’ Mejju 2019 kien hemm ammonti kbar ta' demm imxerred mal-art, eżattament quddiem il-biċċerija ta’ Għawdex u sa parti kbira minn Triq il-Pitkalija fix-Xewkija Għawdex? Ta' xiex kien dan id-demm? Tista’ tgħid x'azzjonijiet ittieħdu biex dan id-demm jinġabar u tgħid ukoll kif inġabar biex ma jmurx fit-Table Water u fil-Wied ta' Żejta? Tista’ tgħid ukoll jekk l-uffiċjali tas-Sanità ġewx imsejħa fuq il-post? Qiegħda ssir xi investigazzjoni min-naħa tal-Ministeru għal Għawdex fuq dan il-każ?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-likwidu li għalih qed isir referenża ma kienx demm imma ilma tal-ħasil ta` wara l-qatla. Dan il-likwidu jmur f`fosos differenti minn dak li jinġabar fih id-demm. Id-demm tal-qatla jinġabar f`tank apposta li eventwalment jintbagħat Malta għall-inċinerazzjoni.
Fil-ġurnata msemmija, waħda mill-katusi li jilqgħu fiha l-ilma tal-ħasil instaddet b`konsegwenza li ħareġ ftit ilma tal-ħasil, liema katusa nfetħet immedjatament qabel ma kompla għaddej il-ħasil tal-biċċerija.
Għaldaqstant ma saret l-ebda investigazzjoni.
Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm inħarġu u ġew assenjati kuntratti pubbliċi minn kull dipartiment u entità li taqa’ taħt id-dekasteru tagħha mit 8 ta' Marzu 2013 sat-3 ta’ Ġunju 2017? Tista’ f’kull każ tgħid:
a. min rebaħ il-kuntratt;
b. l-ammont totali tal-kuntratt;
c. jekk il-kuntratt kienx kompetittiv jew b’
direct order
; u
d. l-oġġett tal-kuntratt (x’tip ta’ xogħol jew servizz ieħor qed jinxtara)?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni tiġi ppubblikata fil-gazzetta tal-Gvern.
Persuni b' diżabilità jirreġistraw għax-xogħol f'Għawdex
Question
B’referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 10434, jista’ l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex dawk it-18-il persuna b'diżabilità li qed jirreġistraw għax-xogħol f'Għawdex, fosthom it-13-il persuna li ilhom aktar minn sena jirreġistraw għax-xogħol, isibu x-xogħol jew jingħataw opportunità ta' xogħol f'waħda mill-iskemi tal-Gvern li għamel referenza għalihom fl-istess risposta tiegħu? Meta hu maħsub li f'Għawdex ma tibqa' l-ebda persuna b'diżabilità tirreġistra għax-xogħol?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kif imwieġeb fir-risposta parlamentari 10434, Jobsplus qed timplimenta diversi miżuri biex persuni b’diżabilità jtejjbu l-ħiliet tagħhom u jsibu xogħol sostenibbli. Kif indikat fir-risposta 10434, persuni b’diżabilità li qed jirreġistraw għax-xogħol f'Għawdex qed jingħataw taħriġ ġewwa l-fergħa ta’ Jobsplus f’Għajnsielem. Jobsplus ma tistax tgħid meta f'Għawdex mhu se tibqa' l-ebda persuna b'diżabilità tirreġistra għax-xogħol; dan għaliex ir-reġistru huwa bbażat fuq flow ta’ nies, iġifieri persuna ssib xogħol u tieqaf tirreġistra waqt li persuna oħra tirreġistra biex tibda tfittex xogħol.
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma r-raġunijiet li t-tender MGOZ/MPU T18/2019 Tender for the construction of stormwater culverts and the reconstruction of part of Triq it-Tabib Anton Tabone [leading to Sannat road], Xewkija, Gozo ġiet ikkanċellata? Tista’ tgħid x'se jiġri issa fuq dan ix-xogħol li kien ippjanat li jsir?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender MGOZ/MPU T18/2019 ġiet ikkanċellata peress li l-ebda offerta sottomessa ma lahqet il-kriterji amministrattivi u/jew tekniċi u/jew finanzjarji ppublikati. Sadanittant, ser jinbeda proċess ieħor ta’ tendering skont LN352/16 biex eventwalment jingħata kuntratt li jkopri x-xogħlijiet li kienu ppjanati.
Tista’ l-Ministru tgħid x'inhuma r-raġunijiet li t-tender CT2063-2019 - Tender for the Reconstruction of Triq iż-Żewwieqa (Qala) u Triq il-Qortin (Nadur), Gozo, ġiet ikkanċellata? Tista’ tgħid x'se jsir jew x'sar fuq dawn it-toroq?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender ġiet ikkanċellata peress li l-ebda offerta sottomessa ma lahqet il-kriterji amministrattivi u/jew tekniċi u/jew finanzjarji ppublikati. Sadanittant, ser jinbeda proċess ta’ tendering [Negotiated Procedure] skont LN352/16 biex eventwalment jingħata kuntratt li jkopri x-xogħlijiet li kienu ppjanati.
Tista’ l-Ministru tgħid x'inhuma r-raġunijiet li t-tender CT2002/2019 - Tender for the Reconstruction of Triq l-Imgħallem and Triq ta' wara s-Sur, Victoria (Rabat) Gozo ġiet ikkanċellata? Tista' tgħid x'se jsir issa mix-xogħlijiet li kienu ppjanati?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender ġiet ikkanċellata peress li l-ebda offerta sottomessa ma lahqet il-kriterji amministrattivi u/jew teknici u/jew finanzjarji ppublikati. Sadanittant, inbeda process ta’ tendering [Negotiated Procedure] skont LN352/16 biex eventwalment jingħata kuntratt li jkopri x-xogħlijiet li kienu ppjanati.
Ministeru għal Għawdex – ramel u żrar li ntuża mid-Direttorati
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 7815 u 8282 u tgħid kemm u x’tip ta’ ramel u żrar intuża mid-Direttorati li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għal Għawdex, sena b’sena u xahar b’xahar mis-sena 2013 sal-lum? Tista’ tgħid fejn intuża dan ir-ramel u żrar u tgħid ukoll fuq kull proġett/biċċa xogħol min kien/kienet il-persuna/i li ordnat ir-ramel jew żrar u min kienet il-persuna li ċċertifikat li ntuża dan l-ammont u min kienu l-kuntratturi li ssupplixxew dan il-materjal u kemm kienet l-ispiża xahar b’xahar u sena b’sena fuq dan il-materjal?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għal Għawdex – ħruġ ta’ kuntratti pubbliċi mid-dipartimenti
Question
Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm inħarġu u ġew assenjati kuntratti pubbliċi minn kull dipartiment u entità li taqa’ taħt id-dekasteru tagħha mit-8 ta' Marzu 2013 sat-3 ta Ġunju 2017? Tista’ f’kull każ tgħid:
a. min rebaħ il-kuntratt;
b. l-ammont totali tal-kuntratt;
c. jekk il-kuntratt kienx kompetittiv jew b’
direct order
; u
d. l-oġġett tal-kuntratt (x’tip ta’ xogħol jew servizz ieħor qed jinxtara)?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex jinġabar it-tagħrif mitlub hemm involut ammont sostanzjali ta’ xogħol u din l-informazzjoni tista’ faċilment tinkiseb mill-Gazzetta tal-Gvern.
Ix-Xlendi – xogħlijiet fuq id-Dry Standing Facility
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma r-raġunijiet li f’dawn l-aħħar ġranet ma sar ebda xogħol ta’ rinovazzjoni fuq id-Dry Standing Facility ġewwa x-Xlendi? Meta huwa ppjanat li jitlesta dan il-proġett u jibda jintuża mis-sajjieda?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn il-jiem kien għaddej xogħol fuq il-bini tal-bqija tal-ħajt ta’ madwar id-Dry Standing Area tax-Xlendi. Hu maħsub li din iż-żona tkun lesta u tkun tista’ tibda tintuża fil-ġimgħat li ġejjin u x-xogħol miexi skont il-programm ta’ ħidma pre-stabbilit.
Tender għal bini ta’ Storm Water Culvert kkanċellata
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma r-raġunijiet li t-tender MGOZ/MPU T 10/2019 (Tender for the Construction of a storm water culvert including reinstatement of Malta Street Għajnsielem) fuq il-website tal-etenders.gov.mt ġiet ikkanċellata?Tista’ tgħid meta din ġiet ikkanċellata u min ħa d-deċiżjoni biex din tiġi kanċellata u min ħa jerfa’ r-responsabilità ta’ dan kollu, u dan wara li din l-istess tender kienet ġiet awarded mill-Ministerial Procurement Unit fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex fil-21 ta' Mejju 2019?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant lir-raġuni li t-tender MGOZ/MPU T 10/2019 (Tender for the Construction of a storm water culvert including reinstatement of Malta Street Għajnsielem) fuq il-website tal-etenders.gov.mt ġiet tidher bħala kkanċellata hija marbuta ma’ problema teknika fuq il-portal epps, fejn speċifikament l-istatus tal-imsemmja sejħa ġie mmarkat u jidher bħala cancelled minflok awarded.
Għaldaqstant, il-Ministeru jista' jikkonferma li l-award kkomunikat mill-
Ministerial Procurement Unit
fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex fil-21 ta' Mejju 2019 għadu validu u kien kkonfermat wkoll mal-unika kuntrattur/bidder li tefa’ offerta għal dan it-tender u li eventwalment rebaħ dan l-istess
tender
. Bħalissa għaddejjin bil-proċess li jiġi ffirmat il-kuntratt biex ikun jista’ jibda x-xogħol fil-ġimgħat li ġejjin.
Tista’ l-Ministru tgħid min kien il-kuntrattur li ħadem fuq:
a. Triq Forn il-Ġir;
b. Triq Michele Busuttil; u
c. Triq Mattia Preti;
fir-Rabat Għawdex u li saru f'dawn l-aħħar ġimgħat? Tista’ tgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol li sar f'dawn it-toroq? Tista' tgħid kemm ġiet tiswa kull waħda minn dawn it-toroq, u min kien il-perit li ċċertifika x-xogħol kollu li sar fuq kull triq? Tista' tgħid kemm-il servizz tal-ilma ġie mibdul f'kull waħda minn dawn it-toroq? Tista' tgħid jekk inbidilx il-main tal-ilma f'kull waħda minn dawn it-toroq? Tista' tgħid kemm-il servizz tad-drenaġġ kellu bżonn jinbidel f'kull waħda minn dawn it-toroq u jekk sarux house connections ġodda tad-drenaġġ f'kull waħda minn dawn it-toroq, u jekk sarux gutters fil-ġnub ta' kull waħda minn dawn it-toroq u jekk le x'inhi r-raġuni li ma sarux?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress dawn l-aħħar tletin sena qatt ma sar xi tip ta’ manutenzjoni fuq dawn it-triqat, ġie deċiż li dan għandu jsir. Ninforma wkoll li fil-ġranet li ġejjin se jitkomplew xogħlijiet oħra bi pjan strutturat.
Ir-Rabat Għawdex — Skola Primarja tal-Vajringa - tender għal Fire Detection System
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li ħarġet tender (FTS Q 009-19) biex issir Fire Detection System fl-Iskola Primarja tal-Vajringa fir-Rabat Għawdex iżda s-swali tan-National Library u tal-Arkivji Nazzjonali li jinsabu fuq parti minn din l-istess skola, mhumiex inklużi f'din it-tender?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. interpellant li t-tender li qiegħed jirreferi għaliha hu stess (FTS Q 009-19) hija tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada, liema fondazzjoni hi responsabbli għal xogħol u tagħmir fl-iskejjel tal-istat.
Infurmat li Malta Libraries tinsab fil-proċess li tiġbor kwotazzjonijiet f’dan ir-rigward biex ikollha indikazzjoni infurmata tal-ispiża involuta f’tali xogħol.