Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #10726 Sitting 248 2019-07-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Proġetti u xogħlijiet – kumpanija/individwu

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 8514 u tgħid fuq liema proġetti u xogħol ieħor qed jaħdem u ħadem l-individwu u l-kumpanija li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament sena b'sena mit-8 ta’ Marzu 2013 sal-lum? Kif intgħażel/intgħażlet din il-persuna/kumpanija biex jagħtu s-servizzi lill-Ministeru għal Għawdex u min approva li jintgħażel/tintgħażel din il-persuna/kumpanija u kemm qed jitħallas l-individwu/kumpanija għal kull siegħa xogħol li jagħmel u kemm-il siegħa xogħol għamel dan l-individwu/kumpanija s’issa u kemm tħallas s’issa u min awtorizza l-pagamenti f'kull każ?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn żmien għal żmien, il-Ministeru għal Għawdex jagħmel użu minn numru ta’ konsulenti fuq id-diversi proġetti tiegħu. Dawn il-konsulenti huma kollha inqabbda skont proċeduri stabbiliti, u mħallsa skont rati fissi, l-istess bħalma kien isir taħt amministrazzjonijiet preċedenti.

Għawdex – Ix-Xagħra — Ex Miżbla tal-Qortin – water reservoir

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10500 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8509, jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol li fadal fuq is-sistema tal-pumping tal-ilma ġewwa l-ġibjun fl-ex miżbla tax-Xagħra (il-Qortin) sarx sabiex is-siġar u l-arbuxelli jkunu msoqqija permezz tal-ilma miġbur fil-ġibjun, peress li s-sajf issa beda u jekk iva min meta bdew jissaqqew is-sigar u l-arbuxelli?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa, t-tender biex isiru xogħlijiet ta’ titjib fil-Qortin u li jinkludi fih installazzjoni ta’ pompi u xogħol relatat ġie ppreparat u mibgħut għand id-Dipartiment tal-Kuntratti għall-vetting. Bħalissa dan id-dokument qiegħed jiġi vvettjat. Huwa mistenni li l-vetting jiġi konkluż fil-ġimgħat li ġejjin u b’hekk it-tender ikun jista’ jiġi ppubblikat. Kif intqal fir-risposta preċedenti, malli tħawwlu s-siġar fil-proġett tar-rijabilitazzjoni tal-Miżbla tal-Qortin, is-siġar kienu qed jissaqqew bil-bowsers sakemm qabdu. Issa dawn qed jgħixu b’mod naturali. Ix-xogħol li fadal fuq is-sistema tal-pumping tal-ilma xorta ħa jsir sabiex fil-futur, is-siġar ikunu megħjunin permezz tal-ilma miġbur fil-ġibjun. Jekk kollox jimxi skont il-pjan u jkun hemm kuntratturi li jitfgħu offerti biex isir ix-xogħol, dan ikun jista jibda fl-aħħar kwart ta’ din is-sena u jiġi konkluż għal nofs l-2020.

Ix-Xewkija – Area tal-Ħofra – xogħol ta’ kostruzzjoni

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8924, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija kollha u jgħid, fl-area tal-Ħofra ġewwa x-Xewkija Għawdex fejn preżentement qiegħed isir ix-xogħol ta' kostruzzjoni, jista' l-Ministru jgħid min huma d-ditti, persuni jew kumpaniji li ntgħażlu s'issa biex jingħataw spazju f'din l-area u kemm minnhom huma kumpaniji lokali u kemm minnhom huma barranin?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Enterprise hija koperta bil-kunfidenzjalita' imposta skont l-Artiklu 21(5) tal-Att dwar l-Intrapriża ta’ Malta (Malta Enterprise Act) u l-Artiklu 33 tal- Att dwar il-Promozzjoni ta’ Negozji (Business Promotion Act) u għalhekk ma tistax telenka l-ismijiet tal-kumpaniji jew persuni li huma approvati. Il-maġġoranza ta’ dawk approvati huma Maltin.

Ċittadella – latrini pubbliċi aċċessibli għall-persuni b’diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità ħaditx passi biex il-latrini pubbliċi kollha li jinsabu ġewwa ċ-Ċittadella jkunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità? Dan peress li meta sar il-proġett taċ-Ċittadella mhux il-latrini pubbliċi kollha tranġaw biex ikunu aċċessibli għall-persuni b'diżabilità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Infrastructure Malta — tender - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar fiex wasal il-proċess biex tiġi aġġudikata t-tender IM009/2019 (Tender for the Construction and Resurfacing of Residential Roads in Various Localities around Malta) li ħarġet minn Infrastructure Malta u li t-Tender Submission Deadline għalqet fit-12 ta April 2019?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern qed iwettaq investiment bla preċedent sabiex pajjiżna jilħaq il-mira nazzjonali li gradwalment ikollna infrastruttura tat-toroq tal-aqwa kwalità, b’aktar effiċjenza u sikurezza għal dawk li jużawha u bil-kapaċità u s-sistemi kollha meħtieġa biex b’mod sostenibbli tibqa’ twieżen il-progress soċjali u ekonomiku ta’ pajjiżna anke fil-futur. Infrastructure Malta għaddejja bit-twettiq tal-investiment nazzjonali bla preċedent ta’ aktar minn €700 miljun sabiex ittejjeb l-effiċċjenza, il-kwalità, is-sigurtà u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna. Bħalissa għaddej ġmielu x-xogħol ta’ bini mill-ġdid ta’ madwar 120 triq residenzjali f’ħafna lokalitajiet differenti li se jsiru din is-sena bħala parti minn dan l-investiment. Qed jiġu aġġudikati wkoll is-sejħiet għall-offerti għal kuntratt ieħor li permezz tiegħu Infrastructure Malta se tkun qed tibda tibni mill-ġdid 170 triq residenzjali oħra aktar tard din is-sena, li bejniethom iġibu total ta’ 52 kilometri b’madwar 85 kilometri ta’ banikini. L-investiment bla preċedent li qed nagħmlu fit-toroq residenzjali huwa mifrux fuq seba’ snin u għaldaqstant, it-toroq residenzjali l-oħrajn wkoll ser jinbnew mill-ġdid fiż-żmien li ġej. Għalhekk, bħalissa għaddejja wkoll ħidma fuq l-ewwel lista’ ta’ toroq li se jsiru s-sena d-dieħla. Biex tfassal il-listi tat-toroq u tiddeċiedi liema minnhom għandhom jingħataw priorità, Infrastructure Malta tikkonsulta mal-Kunsilli Lokali u entitajiet oħrajn konċernati, waqt li tikkunsidra wkoll talbiet għall-għajnuna li jsirulha direttament minn ħafna residenti. L-għażla ssir wara li jiġu meqjusin l-istat preżenti tat-toroq, il-konnessjonijiet ta’ triq ma’ toroq jew inħawi oħrajn fil-lokalità, il-frekwenza ta’ kemm jintużaw, kif ukoll attivitajiet fl-inħawi li jistgħu jintlaqtu ħażin mix-xogħlijiet skont meta jsiru, bħalma huwa l-każ ta’ toroq li jinsabu f’żoni turistiċi u dawk qrib l-iskejjel. Persuni li jkollhom diffikultajiet jew suġġerimenti dwar xi infrastruttura relatata mat-toroq li tagħhom hija responsabbli Infrastruttura Malta, jew xi xogħlijiet li jkunu għaddejjin f’dawn l-istess toroq, jistgħu jitkellmu mal-istess aġenzija b’mod dirett billi jċemplu fuq 2334 1000, jibagħtu email fuq info.im@infrastructuremalta.com jew jagħmlu kuntatt permezz ta’ Facebook fuq il-paġna “Infrastructure Malta”.
Leg 13 PQ #10679 Sitting 247 2019-07-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

In-Nadur — Għar ta' Mixta - preservazzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk fl-aħħar sentejn, il-Ministeru għal Għawdex ħax xi passi sabiex jassigura li l-Għar tal-Mixta, li jiġi fuq ir-riħ tal-bajja tar-Ramla fin-Nadur, jiġi preservat, peress li dan is-sit huwa wieħed mill-aktar postijiet li jintuża f'ritratti biex jiġi reklamat Għawdex u jinsab fi stat ta' abbandun?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan is-sit qiegħed jiġi gawdut u frekwentat kif inhu fl-istat naturali tiegħu minn eluf ta’ nies Għawdxin, Maltin u barranin. Bħal siti oħra simili għall-Għar ta’ Mixta, il-Ministeru għal Għawdex jintervjeni f’ċirkustanzi ta’ bżonn bħal ma’ dejjem intervjena f’sitwazzjonijiet oħra.

Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità — ċertifikazzjoni ta' Vapur

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità ġietx mitluba tiċċertifika r-raba' vapur li beda jagħti servizz bejn Malta u Għawdex fl-aħħar ġimgħat? Jista' jgħid jekk dan ġiex approvat mill-Kummissjoni, stante li qed jaslu ilmenti kontinwi minn persuni anzjani u persuni b'diżabilità, dwar l-aċċess għall-istess vapur?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità — aċċessibilità għal Qorti ta' Għawdex u Ċittadella

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità ħaditx passi sabiex il-Qorti ta' Għawdex u ċ-Ċittadella jkunu aċċessibbli, peress li meta sar il-proġett taċ-Ċittadella, l-istess Kummissjoni kienet aċċettat li rampa li saret, ma tkunx skont dak mitlub mill-guidelines tal-istess kummissjoni u li kellu jsir lift fi żmien qasir? Jista' jiċċertifika li dan il-lift fil-Pjazza tal-Katidral biex jagħti aċċess għall-Qorti u għal kumplament taċ-Ċittadella, fil-fatt sar u huwa ċċertifikat mill-Kummissjoni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 13 PQ #10692 Sitting 247 2019-07-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Xewkija Għawdex – Triq il-Pitkalija — xogħol

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x'inhuma r-raġunijiet li Triq il-Pitkalija fix-Xewkija Għawdex għadha ma ġietx irranġata u msewwija u dan b'konsegwenza li qed tkun ta’ periklu kbir għan-nies li jużawha ta’ kuljum? Tista’ tgħid meta ser jiġu msewwija l-ħofor li hemm f'din it-triq?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-manutenzjoni fuq din it-triq issir ta’ spiss. Mhuwiex il-mument li ssir mill-ġdid peress li fil-viċinanzi għaddej proġett kbir ieħor li l-entratura għalih huwa mill-imsemmija triq.
Leg 13 PQ #10693 Sitting 247 2019-07-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – kuntratti pubbliċi

Question

Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm inħarġu u ġew assenjati kuntratti pubbliċi minn kull dipartiment u entità li taqa’ taħt id-dekasteru tagħha mit 8 ta' Marzu 2013 sat-3 ta’ Ġunju 2017? Tista’ f’kull każ tgħid (i) min rebaħ il-kuntratt; (ii) l-ammont totali tal-kuntratt; (iii) jekk il-kuntratt kienx kompetittiv jew b’direct order; u (iv) l-oġġett tal-kuntratt (x’tip ta’ xogħol jew servizz ieħor qed jinxtara)?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-Mistoqsija Parlamentari tirrekjedi ammont ta’ xogħol sostanzjali sabiex tinġabar.

Qorti tal-Familja f'Għawdex — każijiet ta' medjazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-snin 2015, 2016, 2017 u 2018, kemm-il każ ġie riferut għall-medjazzjoni mill-Qorti tal-Familja f'Għawdex? Jista' jgħid preżentament kemm-il każ hemm fl-istadju ta' medjazzjoni fil-Qorti tal-Familja f'Għawdex?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghat-twegiba li nghatat ghall-mistoqsijia parlamentari 10633.
Leg 13 PQ #10639 Sitting 246 2019-07-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — promozzjonijiet ta' Supervisors

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw promozzjonijiet ta' Supervisors fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex xahar b'xahar mit-3 ta-Ġunju 2017 sal-lum? Kif ukoll tista’ tgħid għal kull wieħed u waħda minn dawn is-supervisors, kemm kien ilhom jaħdmu maċ-Ċivil u kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #10640 Sitting 246 2019-07-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Xlendi – xogħol fl-area tal-parking

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10459 tista' l-Ministru tgħid x'tip ta’ xogħol preparatorju u xogħol ieħor kien qed isir u qed isir f'dawn l-aħħar ġranet ġewwa l-area tal-parking ġewwa x-Xlendi? Min huma l-kuntratturi li qed jagħmlu dan ix-xogħol? Meta ħarġu s-sejħiet pubbliċi? Kif intgħażlu? X'esperjenza għandhom f'dan ix-xogħol? X' tip ta’ xogħol qed jagħmlu dawn il-kuntratturi u kemm tħallsu s’issa? X’tip ta’ xogħol fadal isir fl-area tal-parking tax-Xlendi qabel jibda s-sajf u min huma l-kuntratturi li ħa jagħmlu dan ix-xogħol u kif intgħażlu? Meta huma ppjanati li jitlestew? Ħarġet sejħa pubblika għal dan ix-xogħol li fadal isir?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari numru 10459 u jiżdied jingħad li parti mix-xogħol preparatorju kien diskussjoni mal-Birdlife biex id-dwal ikunu iktar bird friendly kif ukoll rilokazzjoni ta’ siġar skont id-direzzjoni tal-ERA.
Leg 13 PQ #10641 Sitting 246 2019-07-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

L-Imġarr Għawdex — Triq bejn in-Nadur u l-Imġarr - xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru tispjega kif it-triq bejn in-Nadur u l-Imġarr (Triq l-Imġarr) issa ilha magħluqa għal aktar minn tmien xhur kemm għall-vetturi kif ukoll għal min irid jgħaddi bil-mixi u x-xogħol fuq l-istess triq ilu wieqaf minn Diċembru tas-sena 2018? Tista' tgħid meta hu maħsub li jitkompla x-xogħol? X'tip ta' xogħol se jsir u meta hu mistenni li din it-triq terġa' tinfetaħ kemm għal użu tal-vetturi kif ukoll għan-nies bil-mixi? Tista' tgħid x'sar biex il-bdiewa li għandhom raba' fl-inħawi jkunu jistgħu jaċċessaw u jaħdmu r-raba' tagħhom?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender ġie ppubblikat u qed jiġi proċessat. Kburija li f’din il-leġislatura l-Ministeru għal Għawdex ħa d-deċiżjoni li jsir dan il-proġett maġġuri li ilu snin twal jiġi njorat.
Leg 13 PQ #10642 Sitting 246 2019-07-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Master Plan ta’ Xlendi

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9419, tista’ l-Ministru tgħid jekk l-ewwel fażijiet għar-riġenerazzjoni u l-Master Plan tax-Xlendi li huma faċilitajiet għas-sajjieda, riġenerazzjoni tal-boathouses kif ukoll ir-riorganizzazzjoni tal-parkeġġ li permezz tiegħu se jiżdied il-parkeġġ b’60%, tlestewx qabel beda s-sajf 2019? Jekk le x'inhuma r-raġunijiet li l-ebda wieħed minn dawn il-proġetti ma tlesta qabel beda is-sajf 2019? Min se jerfa' r-responsabbilità ta' dan kollu?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq il-parkeġġ kien u għadu skedat għal wara s-Sajf. Ix-xogħol fuq il-boathouses miexi skont kif pjanat. Għandu jerfa’ r-responsabbilità min għal snin sħaħ ta’ Gvern Nazzjonalista, dan ix-xogħol qatt ma sar.
Leg 13 PQ #10643 Sitting 246 2019-07-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

In-Nadur — Triq it-Tiġrija - xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex għadu ma bediex ix-xogħol fuq Triq it-Tiġrija u Triq il-Qala fin-Nadur li huma żewġ toroq li jaqgħu direttament taħt ir-responsabilità tal-Ministeru għal Għawdex, meta dawn it-toroq jinsabu fi stat ħażin ħafna u dan għaliex anke fl-aħħar snin lanqas manutenzjoni tajba ma saret fuq dawn iż-żewġ toroq? Tista' tgħid jekk inħariġx tender biex isir xogħol fuq dawn it-toroq u jekk iva meta se jibda x-xogħol?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjan ta` xogħlijiet fuq it-toroq għas-sena 2019 huwa lest u qed jitwettaq kif pjanat.
Leg 13 PQ #10644 Sitting 246 2019-07-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Skola Primarja Nadur — xogħol ta' manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema xogħol ta' manutenzjoni mistenni jsir fl-Iskola Primarja tan-Nadur matul is-sajf 2019 anke in vista tal-fatt li f'diversi mistoqsijiet preċedenti dejjem qal li x-xogħol mistenni jibda dalwaqt, iżda sal-lum prattikament ma sar xejn?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li skont il-pjan annwali bħalissa fl-iskola primarja tan-Nadur qed isir xogħol ta’ tisbiħ taż-żewġ kuriduri. Infurmat ukoll li wara s-sajf se jsir xogħol ta’ irranġar tal-kmamar li qabel kienu jagħmlu parti mill-iskola tad-drama, bħal installazzjoni tal-elettriku, tikħil u tibjid, sabiex ikunu jistgħu jintużaw bħala klassijiet.

European Fund SMITHS – proġetti f’Malta u Għawdex

Question

Tista’ l-Ministru tgħid xi proġetti saru ġewwa Malta u Għawdex permezz tal-fondi tal-European Fund SMITHS? Tista’ tgħid fiex kienu jikkonsistu dawn il-proġetti, fejn saru u kemm kien il-valur tagħhom?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 13 PQ #10631 Sitting 245 2019-07-03 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Belt Victoria – Ċentru ġdid tas-Saħħa – perit/kumpanija

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 9999 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u tgħid min hu l-perit/kumpanija, inkarigat mill-proġett taċ-Ċentru l-ġdid tas-Saħħa fiċ-ċentru tal-Belt Victoria, kif intgħażel u kemm tħallas sa issa u kemm-il siegħa xogħol għamel sa issa? Jista’ jgħid ukoll jekk ħarġux il-permessi kollha meħtieġa u jekk ħarġux diġà t-tenders u jekk ġewx awarded? Jista’ jgħid meta hu ppjanat li ċ-Ċentru l-ġdid tas-Saħħa se jibda jintuża mill-pazjenti?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din il-leġiżlatura ttieħdet id-deċiżjoni li l-binja tat-taraġ ta’ San Franġisk issir ċentru tas-saħħa flok sala tal-wirjiet. Qed jintużaw l-istess permessi u tenders li ġew maħruġa għall-biċċa l-kbira tax-xogħol filwaqt li l-FMS qed tiehu ħsieb dawk ix-xogħlijiet ulterjuri meħtieġa biex l-intern tal-binja jkun jista’ jservi għall-iskop il-ġdid. It-tenders il-ġodda ser joħorġu dalwaqt.

Qorti tal-Familja f'Għawdex — medjazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid sa mis-sena 2011 sal-lum, sena b' sena, kemm il-każ daħal fil-Qorti tal-Familja f'Għawdex li mar għal medjazzjoni? Jista' jgħid illum kemm hemm medjaturi fil-Qorti tal-Familja f'Għawdex u kemm-il siegħa fil-ġimgħa jaħdmu dawn il-medjaturi?

Response (BONNICI, OWEN)

Hawn taht hawn tabella bl-informazzjoni mitluba. Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Qorti ta’ Għawdex hemm medjatur waħda u taħdem erba’ sigħat fil-ġimgħa. Sena Numru ta’ każijiet li daħlu fil-Qorti tal-Familja f’Għawdex u i li marru għall-medjazzjoni 201175 201297 201385 201487 201598 2016119 2017106 201896 201937