Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li parti mit-Triq Santa Dminka ġewwa r-Rabat Għawdex li t-tender tagħha ilu awarded għal diversi xhur, għadu ma nbediex ix-xogħol infrastrutturali fuqha? F'liema xahar u sena hu ppjanat li jibda x-xogħol infrastrutturali fuq parti minn din it-triq?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet huma mistennija li jibdew fix-xhur li ġejjin.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10466 li ngħatat fil-19 ta' Ġunju 2019, fejn l-Ministru qal 'li t-tender qiegħed fl-aħħar fażijiet ta’ preparazzjoni u mistenni li jiġi ppubblikat fil-ġimgħat li ġejjin', biex il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma toħroġ it-tenders meħtieġa ħalli tkun tista’ tikber il-firxa tan-network tas-Second Class Water ġewwa Għawdex sabiex jinqdew iżjed bdiewa, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li t-tender għadha ma ħarġitx u f'liema xahar u sena hu ppjanat li toħroġ din it-tender?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li t-tenderqiegħed id-dipartiment tal-kuntratti biex jiġi pubblikat.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10503, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li x-xogħlijiet fuq Triq Sannat, it-triq li twassal għal pjazza Ta' Sannat ma tlestewx sal-aħħar ta' Settembru 2019, anzi waqfu kompletament ix-xogħlijiet f'dawn l-aħħar xahrejn u dan b'detriment tar-residenti ta' din it-triq u ta' mijiet oħra u jużawha b'mod regolari?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet fuq din it-triq għadhom għaddejin bħala parti mill-programm ta’ resurfacing u rikostruzzjoni ta’ toroq f’Għawdex iffinanzjati mill-Ministeru għal Għawdex.
Għawdex — Ix-Xagħra - Ex Miżbla tal-Qortin - water reservoir
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10727, jista' l-Ministru jgħid jekk ħarġitx it-tender u ġietx awared biex isiru xogħlijiet ta' titjib fil-Qortin fix-Xagħra Għawdex li jinkludi fih installazzjoni ta' pompi u xogħol relatat?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender kien ġie ppubblikat fis-6 ta’ Awwissu u baqa’ fuq is-suq sal-11 ta’ Settembru 2018. Minkejja dan, l-ebda kuntrattur ma kien issottometta offerta għal dan il-proġett.
Għal dan il-għan, huwa ppjanat li t-
tender
se jerġa’ joħroġ fil-ġimgħat li ġejjin. Sadanittant l-Awtorità tal-Ippjanar bħalissa qegħda tikkonkludi l-ipproċessar tal-applikazzjoni biex b’hekk fil-ġimgħat li ġejjin din titla’ quddiem il-bord u tittieħed deċiżjoni. Dan wara li kellhom isiru xi tibdil fil-pjanti hekk kif mitluba mill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità.
Tista' l-Ministru tgħid x'passi qed jittieħdu mill-Ministeru għal Għawdex biex jiġi assigurat li m’hemmx periklu fi Triq it-Torri ta' Kenuna fin-Nadur (quddiem iċ-Ċimiterju) fejn jidher li din qed iċċedi u tista' minn ħin għall-ieħor tikkawża xi inċident?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat inkarigat mix-xogħlijiet qed jaħdem fuq din it-triq.
Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-Gozo Museum fi Triq Fortunato Mizzi fir-Rabat, Għawdex? Tista' tgħid meta hu mistenni li dan il-mużew jinfetaħ għall-pubbliku peress li issa ilu snin jissemma’ minn budget għall-ieħor u sal-lum għadu ma nfetaħx?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara s-sejba tal-fdalijiet tal-barriera Rumana qed naħdmu id f’id mas-Sovraintendenza għall-Wirt Kulturali biex dawn is-sejbiet possibilment jiġu integrati fil-proġett.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġie jiswa x-xogħol fi Triq ir-Ramla fin-Nadur liema xogħol sar wara li nfetħet ħofra f'parti minn din it-triq? Tista' tgħid jekk dan ix-xogħol sarx b'direct order jew inkella wara sejħa għall-offerti? Jekk sar b’direct order, tista' tgħid min għamel ix-xogħol u kemm tħallas kull kuntrattur għax-xogħol li għamel?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġew segwiti l-proċeduri kollha applikabbli għal xogħolijiet ta’ emerġenza. Ix-xogħol sar u ġie ċċertifikat mill-MCCAA.
Jista’ l-Ministru jgħid, sena b’sena mill-2016 sal-lum, kemm kienu l-ħlasijiet għal retainers fir-rigward tad-drafting tal-liġijiet, eskluż spejjeż rigward traduzzjonijiet mill-Ingliż għall-Malti, u min ġie nkarigat biex jagħmel dan ix-xogħol u fir-rigward ta’ liema liġijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Hawn taht hawn tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-10 t’Ottubru.
Entita'/ Dipartiment
Isem ta' min ġie inkarigat
Liema Liġi
Ammont kemm tħallas
Data
Direattorat tal-Kultura
Dr. Mark Vassallo
L-Att dwar ix-Xandir (Kapitolu 350) Introduzzjoni tad-Direttiva tal-EU dwar l-Audio Vusual Media Services Directive (AVMSD) fil-liġi Maltija
€21,000
Frar 2019
Direttorat Strateġija Sapport
Vanni Bruno
Regolamenti tal-2019 li jemendaw ir-Regolamenti dwar l-Ipproċessar ta’ Data Personali fis-Settur tal-Edukazzjoni
€354
06/09/2019
MCCAA
Dr.Cynthia Scerri Debono
Directive 2014/17EU of the European Parliament
€ 1,115
20.04.16
MCCAA
Dr.Ishmael Psaila
Directive 2014/17EU of the European Parliament
€ 7,785
04.08.16
Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali
Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali
Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali
Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali
Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali
Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali
Dr Donnatienne Spiteri
Att tal-2018 dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta
€40, 000 per annum
Minn Lulju 2017 'il quddiem
Att tal-2018 li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent (Emenda Nru 2)
Att tal-2018 li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent
Regolamenti tal-2017 li jemendaw ir-Regolamenti dwar ir-Regolarizzazzjoni ta’ Arretrati dwar id-Drittijiet ta’ Liċenzi ta’ Vetturi bil-Mutur
Regolamenti tal-2017 li jemendaw ir-Regolamenti dwar iċ-Ċittadinanza
Att tal-2018 li jemenda l-Kodiċi Ċivili
Regolamenti tal-2017 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Kooperazzjoni ma’ Ġurisdizzjonijiet Oħra fuq Kwistjonijiet ta’ Taxxa
Att tal-2018 biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali
Ordni tal-2018 dwar in-Notifikazzjoni dwar ¯vilupp (Emenda Nru 1)
Ordni tal-2018 li jemenda l-Ordni dwar l-Applikazzjoni tat-Taqsima III tal-Att dwar l-Immunitajiet u l-Privileġġi Diplomatiċi (Regional Marine Pollution Emergency Response Centre for the Mediterranean Sea – REMPEC)
Ordni tal-2018 dwar Eżenzjoni mit-Taxxa fuq l-Akkwist tat-Tieni Proprjetà Immobbli għal Skop ta’ Residenza Unika
Ordni tal-2018 li jemenda l-Ordni dwar Eżenzjoni mit-Taxxa fuq Donazzjonijiet ta’ Valuri Negozjabbli u Proprjetà Immobbli li Tintuża għan-Negozju
Regolamenti tal-2018 dwar il-Fatturazzjoni Elettronika fl-Akkwist Pubbliku
Ordni tal-2018 li jemenda l-Att dwar Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew
Regoli tal-2017 li jemendaw ir-Regoli dwar Eżenzjoni mit-Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta’ Vetturi bil-Mutur
Att tal-2018 li jemenda l-Att dwar in-Negozji tal-Familja
Att tal-2018 dwar is-Samaritan it-Tajjeb
Att tal-2018 li jemenda l-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar
Regolamenti tal-2018 dwar proċedura għall-ispezzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qed joqogħdu u jaħdmu illegalment, u l-monitoraġġ ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu iskritti fi stabbilimenti edukattivi
Regoli tal-2017 li jemendaw ir-Regoli dwar Impjiegi Kwalifikanti fl-Avjazzjoni (Taxxa Personali)
Investment Services Act (Prospectus of Collective Investment Schemes) (Amendment) Regulations, 2018
Ordni tal-2017 li Jwaqqaf l-Aġenzija għar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet
Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Skemi ta’ Ipparkjar Kontrollat (Residenzjali u Kummerċjali)
Att tal-2019 li jemenda l-Att dwar il-Bank Malti ta’ ¯vilupp
Regolamanti għall-Iskema Certify, 2018
Att tal-2018 li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija
Ordni tal-2018 dwar Miżuri għal Livell Għoli Komuni ta’ Sigurtà tan-Netwerks u tas-Sistemi tal-Informazzjoni
Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Vetturi bil-Mutur (Liċenzi tas-Sewqan)
Regolamenti tal-2017 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Vetturi bil-Mutur (Liċenzi tas-Sewqan)
Regoli tat-2018 dwar Miżuri għall-Kontroll tal-Marda Newcastle
Regolamenti tal-2017 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Programm ta' Azzjoni dwar in-Nitrati
Att tal-2018 li jemenda l-Att dwar l-Intrapriżi ¯għar
Regolamenti tal-2017 li jemendaw ir-Regolamenti dwar l-Organizzazzjoni tal-Ħin tax-Xogħol
Att tal-2018 li jemenda Diversi Liġijiet li jikkonċernaw Materji Kriminali
Att tal-2018 dwar il-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni fl-Isport
Regolamenti tal-2018 dwar il-Bord għall-Governanza tal-Ħabsijiet
Regolamenti tal-2017 dwar il-Provvista tal-Ikel fl-Iskejjel
Regoli tal-2018 dwar Kreditu ta’ Taxxa (Riċiklaġġ ta’ Skart ta’ Kostruzzjoni)
Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Liċenzjar ta’ Impriżi Ferrovjarji
Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar ir-Reġistrazzjoni u l-Liċenzjar ta’ Vetturi bil-Mutur
Ordni tal-2018 li jistabbilixxi r-Registru tal-Kumpanniji bħala Aġenzija
Ordni tal-2018 dwar ¯ieda fir-Rati ta’ Benefiċċji
Att hu l-Att tal-2018 li jistabbilixxi Provvedimenti Speċjali dwar il-Kriminalità Organizzata u Reati Serji
Regolamenti tal-2018 dwar Trasferiment ta’ Proprjetà tal-Gvern Mogħtija għal Użu Kummerċjali, mill-Kerrej lil Membru tal-Familja minħabba Rtirar
Transport Enforcement Officers (Amendment) Regulations, 2017
Ordni tal-2018 għat-Twaqqif tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta
Regolamenti tal-2019 li jemendaw ir-Regolamenti dwar iċ-Ċittadinanza
Regolamenti tal-2019 li jemendaw ir-Regolamenti dwar l-Għoti ta’ Ċittadinanza għal Servizzi Eċċezzjonali
Att tal-2019 li jemenda l-Kodiċi Kriminali, l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi u l-Att kontra Money Laundering
Regolamenti dwar is-Sikurezza Kontra n-Nirien, 2019
Att huwa l-Att dwar il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza, 2019
Att tal-2019 dwar l-Ugwaljanza
Regolamenti tal-2019 dwar Allowances għall-Presidenti tar-Reġjuni, Sindki, Viċi Sindki, Kunsilliera Lokali u Presidenti tal-Assoċjazzjonijiet
Regolamenti tal-2019 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Kunsilli Lokali (Verifika)
Regolamenti tal-2019, li jemendaw ir-Regolamenti dwar Proċeduri għal Kunsilli Lokali
Regolamenti tal-2019 dwar Skema ta' Għajnuna għal Brexit
Regolamenti tal-2019 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Protezzjoni tal-Ħaddiema mir-Riskji relatati ma’ l-Espożizzjoni għall-Carcinogens jew Mutagens fuq il-Post tax-Xogħol
Regolamenti tal-2019 li jemendaw ir-Regolamenti dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi
Cableways Installations (Implementing) Regulations, 2019
Regolamenti tal-2019 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Kriterji ta’ Sostenibbiltà tal-Biokarburanti
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu jew qed jittieħdu biex jiġu implementati r-rekwiżiti skont ir-Regolamenti (UE) 2017/2394 tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li fir-rigward tar-Regolament (UE) 2017/2394, l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-Awtorita’ ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur, għandu r-responsabbilta’ li jaġixxi bħala u jwettaq il-funzjonijiet ta’ uffiċċju uniku ta’ kooperazzjoni f’Malta responsabbli biex jikkoordina l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u attwalment qiegħed jaħdem mal-Awtoritajiet Kompetenti nazzjonali l-oħra li huma responsabbli għad-Direttivi u għar-Regolamenti Ewropej relattivi għas-settur regolat minnhom, sabiex jiġu implimentati l-obbligi stabbiliti fir-Regolament (UE) 2017/2394.
L-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur, li huwa wkoll l-Awtorita Kompetenti għal numru ta’ Direttivi u Regolamenti Ewropej li jaqgħu taħt dan ir-Regolament, bħalissa għaddej bil-ħidma sabiex l-obbligi stabbiliti fl-imsemmi Regolament (UE) 2017/2394 jiġu implementati permezz tal-preparazzjoni tal-emendi meħtieġa.
Jista’ l-Minsitru jgħid x’miżuri qed jittieħdu biex tiġi implimenta d-Direttiva (UE) 2019/1 tal-11 ta' Diċembru 2018 sabiex l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni f’Malta jingħataw setgħat biex ikunu inforzaturi aktar effettivi, u biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddej ix-xoghol sabiex jiġu identifikati l-emendi neċessarji fl-Att Dwar il-Kompetizzjoni sabiex tiġi implimentata d-Direttiva (UE) 2019/1 tal-11 ta’ Dicembru 2018.
Tista' l-Ministru tgħid minn Ġunju 2017 sal-lum kemm-il triq għamel il-Ministeru tagħha f'kull lokalità f'Għawdex billi tagħti lista lokalità b'lokalità? Tista' tgħid jekk dan ix-xogħol sarx mill-Ministeru għal Għawdex jew inkella mill-Kunsill Lokali jew minn Transport Malta jew xi entità oħra governattiva?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant ukoll li Transport Malta ilha ma twettaq xogħlijiet fit-toroq f’Għawdex sa mill-2011.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm biex l-Appelli quddiem l-Arbitru (Att dwar is-Sigurtà Soċjali) ta' persuni li jirrisjedu f'Għawdex jibdew jinstemgħu f'Għawdex u b'hekk jiġu evitati ħafna problemi lil dawk il-persuni minn Għawdex li jkollhom Appell pendenti?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din is-sitwazzjoni kienet ikkunsidrata diversi drabi, iżda mhux possibbli li jinfetaħ uffiċċju tal-arbitru f’Għawdex, anke minħabba problemi loġistiċi.
Madanakollu, qed issir evalwazzjoni teknoloġika sabiex naraw jekk jistax ikun hemm mezz kif l-Għawdxin ikunu jistgħu jagħmlu s-sottomissjonijiet tagħhom f’Għawdex stess, permezz ta’ video-conferencing minn post fiss, waqt illi s-seduti xorta jibqgħu jsiru f’Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għaliex l-Apostilles ma jsirux f’Għawdex ukoll u kull darba li persuna minn Għawdex trid tagħmel Apostille fuq dokument trid tmur il-Belt Valletta? Jista' jieħu passi biex dan is-servizz jibda jingħata f'Għawdex ukoll?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li jien informat li fil-passat kien hemm tentattivi biex jingħata dan is-servizz direttament minn Għawdex, għal xi raġuni ma kienx hemm domanda għalih u twaqqaf. Għaldaqstant, jien nimpenja ruħi biex f’każ li jkun hemm domanda sostenibbli għal dan is-sevizz mill-Għawdxin, il-Ministeru jagħmel l-arranġamenti meħtieġa mal-Ministeru għal Għawdex biex jerġa’ jibda jingħata dan is-servizz direttament minn Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-2017 sal-ġurnata meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija nħargu ordnijiet ta’ ħarsien a tenur tar-regolament 27 ta’ l-L.S. 545.13? Jekk inħargu xi ordnijiet f’dan ir-rigward, jista’ l-Ministru jgħid kontra min u fiex kien jikkonsisti l-allegat nuqqas ta’ ħarsien f’kull każ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li ma nħarġu l-ebda ordnijiet ta’ ħarsien a tenur tar-Regolament 27 ta’ l-L.S. 545.13 mill-2017 sal-lum.
Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma — penalitajiet amministrattivi imposti
Question
Jista' l-Ministru jgħid mill-2015 sal-lum, f'kemm-il każ ġew imposti penalitajiet amministrattivi mir-Regolatur għas-Servizi tal-Enerġija u l-Ilma? F'kull każ, jista' jgħid kemm kien l-ammont impost?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li mill-2015 sal-lum, ġew imposti 17-il penalitajiet amministrattivi mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma. L-ammont impost f'kull każ, kien dan li ġej:
Case No.
Fine
1
€6,000
2
€10,000
3
€22,000
4
€3,000
5
€8,000
6
€6,000
7
€6,000
8
€3,000
9
€300
10
€10,000
11
lump sum of €3,000 and €50 daily fine
12
lump sum of €3,000 and €50 daily fine
13
lump sum of €3,000 and €50 daily fine
14
lump sum of €3,000 and €50 daily fine
15
lump sum of €3,000 and €50 daily fine
16
lump sum of €3,000 and €50 daily fine
17
lump sum of €3,000 and €50 daily fine
Tista' l-Ministru tgħid fejn waslet l-applikazzjoni għall-bini ta’ Qorti ġdida għal Għawdex? Tista' tagħti n-numru tal-applikazzjoni u meta hu mistenni li jibda l-bini fuq l-istess Qorti? Ma taħsibx li l-bini tal-Qorti ġdida f'Għawdex mhux postu fiż-Żona Industrijali ta' Għawdex?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-Ministeru għal Għawdex qed jesplora sit iktar ċentrali.
Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur — ġurisdizzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 6025, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-proposta magħmula f’dik il-mistoqsija ġietx analizzata u jekk iva jekk hemmx il-ħsieb li tiġi riveduta l-ġurisdizzjoni attwali tat-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur, dan meta l-aħħar darba li ġiet riveduta din il-ġurisdizzjoni tat-Tribunal, kien fl-2011 għal massimu ta’ €3,500?
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu jew li se jittieħdu fir-rigward tat-twettiq tad-Direttiva (UE) 2019/771 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-bejgħ ta’ oġġetti, li temenda r-Regolament (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE, u li tħassar id-Direttiva 1999/44/KE, u b’mod partikolari, meta se ssir konsultazzjoni pubbliku dwar l-istess twettiq u dispożizzjoni tal-Liġi Maltija li allura se jimplimentaw il-miżuri ta’ din id-direttiva?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-konsultazzjonijiet meħtieġa – kemm dawk interni u kif ukoll dawk inter-Ministerjali – u kif ukoll l-istudji preliminari dwar it-tibdil leġiżlatttiv neċessarju għadhom għaddejin. Il-Gvern huwa kommess li jittrasponi din id-Direttiva fil-ħin u bl-aktar mod komprensiv possibbli.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li għandhom nuqqas ta’ smigħ u li bħala konsegwenza jgawdu minn xi forma ta’ għajnuna mill-Gvern fir-rigward ta’ xiri ta’ hearing aids?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn Jannar u l-aħħar ta’ Settembru 2019, kien hemm 249 persuna li applikat mal-Aġenzija Sapport u rċeviet fondi għal xiri ta’ hearing aids permezz tal-Empowerment Scheme.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk tinżammx statistika ta’ kemm hawn persuni li għandhom nuqqas ta’ smigħ u jekk tinżamm, jista’ jipprovdi n-numru?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità, fir-reġistru tagħha għandha 1,545 persuna reġistrati li għandhom nuqqas ta’ smigħ.