Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità — aċċessibilità għal Qorti ta' Għawdex u Ċittadella
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10681 u jgħid jekk il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità ħaditx passi sabiex il-Qorti ta' Għawdex u ċ-Ċittadella jkunu aċċessibbli, peress li meta sar il-proġett taċ-Ċittadella, l-istess Kummissjoni kienet aċċettat li rampa li saret, ma tkunx skont dak mitlub mill-guidelines tal-istess kummissjoni u li kellu jsir lift fi żmien qasir? Jista' jiċċertifika li dan il-lift fil-Pjazza tal-Katidral biex jagħti aċċess għall-Qorti u għal kumplament taċ-Ċittadella, fil-fatt sar u huwa ċċertifikat mill-Kummissjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità, għamlet dak kollu li tippermettilha l-liġi u kienet involuta fil-proċess sabiex kemm jista’ jkun jitjieb l-aċċess għall-persuni b'diżabilità, fiċ-Ċittadella u l-Qorti ta’ Għawdex.
L-Onorevoli Interpellant irid japprezza r-restrizzjonijiet ta' natura spazjali, loġistika u legali li joffru dawn it-tip ta’ binjiet storiċi, bħalma huma ċ-Ċittadella u l-Qorti t’Għawdex.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 10725 kollha kemm hi u tgħid min huma l-periti/kumpanija ta' periti inkarigati mill-proġett tal-Master Plan tar-Ramla? Kif intgħażel dan il-perit/kumpanija, x'esperjenzi u kwalifiċi għandhom fi proġetti marittimi u min ta l-awtorizzazzjoni biex jintgħażel/tintgħażel dan il-perit/kumpanija u kemm-il siegħa xogħol għamel/għamlet s’issa u x’tip ta’ xogħol għamel/għamlet fuq dan il-proġett u kemm tħallas/tħallset s’issa? Min ta l-awtorizzazzjoni biex jitħallas/titħallas? Kemm hu ppjanat li jitħallas/titħallas dan l-individwu/kumpanija fuq il-Master Plan tar-Ramla matul is-sena 2019?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 10725.
Nerġa ninfurmah li l-Ministeru għal Għawdex jagħmel użu minn numru ta’ konsulenti fuq id-diversi proġetti tiegħu, li huma kollha mqabbda skont proċeduri stabbiliti, u mħallsa skont rati fissi, l-istess bħalma kien isir taħt amministrazzjonijiet preċedenti.
Biex inseraħlu moħħu ngħidlu li ħarġet e-tender MGOZ/MPU T 29/2018 għal Framework Agreement for the Provision of Architectural Professional Services for the Minsitry for Gozo. Meta l-Ministeru ikollu bżonn servizzi ta’ periti, jagħmel Call-Off bejn il-periti li kienu urew interess li jagħtu is-servizzi tagħhom u skont l-orħos offerta tingħata l-award ta’ dak ix-xogħol partikolari.
B'referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 8203 u 10123 peress li kien intqal 'li waslu fi stadju avvanzat ta' negozjati l-proġett tal-White Rocks Malta' jista' l-Ministru jagħti l-aħħar żviluppi dwar dan il-proġett li diversi xhur ilu kien deskritt minnu bħala proġett ambizzjuż? Jista' jgħid fiex wasal il-proċess biex jinbeda u jsir dan il-proġett?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-prijorita u l-oġġettiv tal-Gvern huwa li n-negozjar tal-White Rocks jilħaq bilanċ bejn il-miri finanzjarji u ekonomiċi, b’rispett sħiħ lejn l-ambjent u l-komunitatjiet tal-madwar.
Tista' l-Ministru tgħid liema parroċċi u istituzzjonijiet tal-knisja f'Għawdex ingħataw kontribuzzjonijiet, għajnuna fi flus jew għajnuna oħra mill-Ministeru tagħha jew xi waħda mill-entitajiet li taqa' taħt il-Ministeru tagħha minn Ġunju 2017 sal-lum? Tista' tgħid f'kull każ kemm kien l-ammont jew għajnuna oħra li ngħatat jew ġie miftiehem li jingħata lil kull parroċċa u għal liema skop ingħata?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għal din il-Mistoqsija Parlamentari ser tingħata f'xi seduta oħra
Tista' l-Ministru, tgħid kemm ingħataw contracts for service mill-Ministeru inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha minn Ġunju 2017 sal-lum, sena b’sena? Tista’ tagħti wkoll dettalji dwar it-tul ta’ żmien ta’ kull kuntratt, is-servizzi li ngħataw, kif ukoll il-pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra fir-rigward ta’ kull tali kuntratt?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 11287.
Min-naħa l-oħra, it-tender ġie kkanċellat peress li l-offerti kienu administratively jew technically non-compliant. Għaldaqstant, it-tender se jerġa’ jiġi ppubblikat hekk kif jgħaddi l-Appeals Period.
(Korrezzjoni: Ara dokument PL4039 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 270, nhar it-Tlieta, 29 ta' Ottubru 2019)
Jista' l-Prim Ministru jgħid sal-aħħar ta’ Frar 2013, kemm kien hemm nies impjegati mas-Settur Pubbliku [inklużi intrapriżi pubbliċi)? Kemm minn dawn kienu impjegati full-time? Kemm minn dawn kienu impjegati fuq bażi part-time? Kemm minn dawn kienu impjegati f’position of trust? U kemm minn dawn kienu impjegati b’kuntratt definit?
Tista’ l-Ministru tgħid kemm inbena Housing Soċjali ġdid ġewwa Għawdex mit-8 ta' Marzu 2013 sal-lum? Tista’ tgħid kemm-il appartament ġdid u garaxxijiet ġodda (Housing Soċjali ġdid) ser jinbena ġewwa Taċ-Ċawla r-Rabat Għawdex? Tista’ tikkonferma li f'dawn l-aħħar ġranet it-tender għal-xogħol ta' kostruzzjoni ġiet ikkanċellata? U jekk iva x'inhuma r-raġunijet li din it-tender ġiet ikkanċellata u x'inhu ppjanat li jsir wara dak li ġara?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 11287.
Min-naħa l-oħra, it-tender ġie kkanċellat peress li l-offerti kienu administratively jew technically non-compliant. Għaldaqstant, it-tender se jerġa’ jiġi ppubblikat hekk kif jgħaddi l-Appeals Period.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 10073 u taġġorna dwar x’sar mit-3 ta’ Ġunju 2017 sal-lum dwar ir-riġenerazzjoni u l-Master Plan ta’ Marsalforn u x’hemm ippjanat li jsir (proġetti infrastrutturali) sas-sajf 2020? Tista’ tgħid kemm kienet in-nefqa fuq Marsalforn mill-Ministeru għal Għawdex fl-aħħar sentejn?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol beda.
Marsalforn Għawdex – Toroq Santa Marija u Qbajjar – pjanijiet – surveys tekniċi
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10730, tista’ l-Ministru tgħid jekk sarux is-surveys tekniċi u x’irriżulta minn dawn is-surveys fuq it-toroq Santa Marija u Qbajjar f’Marsalforn u taġġorna lill-Kamra dwar fiex waslu l-pjanijiet għal dawn it-toroq u jekk humiex ser isiru matul is-sena 2020?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-surveys (livelli) saru fuq l-imsemmija toroq f’Marsalforn u qed jiġu preparati t-tenders.
Rabat Għawdex – bini ta’ skola primarja – parking spaces
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-permess PA 01898/19 (Extension to existing school of 130 classrooms for 500 students multipurpose halls, playgrounds and roofing over of part of private road) u meta hu ppjanat li jiġi approvat u kemm ser jintilfu u kemm ser ikun hemm parking spaces ġodda biex ipattu għat-telf ta' parking spaces biex jakkomodaw id-domanda li ser tinħoloq minħabba l-bini ta’ Skola Primarja ġdida ġewwa r-Rabat Għawdex?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorita’ tal-Ippjanar, dwar l-applikazzjoni PA1898/19 (Extension to existing school of 130 classrooms for 500 students multipurpose halls, playgrounds and roofing over of part of private road) illi din ġiet deċiza mill-Kummissjoni tal-Ippjanar fis-6 ta’ Awwissu 2019 bis-segwenti ħrug tal-permess datat 12 ta’ Settembru 2019 liema permess huwa “non-executable”. L-applikazzjoni ma kinetx tinkludi proposta għall-parkeġġ ġdid. L-estensjoni tal-iskola se tkun qed tagħmel użu mill-'parking spaces' eżistenti tal-kumpless sħiħ li jammonta għall-madwar 354 'parking spaces' liema parkeġġ huwa suffiċjenti biex jaqdi l- kumpless sħiħ inkluż l-estensjoni. Ma jistax jingħad kemm hu l-ammont ta’ parking spaces li se jintilfu minħabba li dan is-sit matul iż-żminijiet ħa forma ta’ parkegg informali mingħajr użu definit fuq art li tappartjeni lid-Dipartiment tal-Edukazzjoni.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 10693 u tagħti tagħrif dwar kemm inħarġu u ġew assenjati kuntratti pubbliċi minn kull dipartiment u entità li taqa’ taħt id-dekasteru tagħha mit-8 ta' Marzu 2013 sat-3 ta’ Ġunju 2017? Tista’ f’kull każ tgħid (i) min rebaħ il-kuntratt; (ii) l-ammont totali tal-kuntratt; (iii) jekk il-kuntratt kienx kompetittiv jew b’direct order; u (iv) l-oġġett tal-kuntratt (x’tip ta’ xogħol jew servizz ieħor qed jinxtara)?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 10693.
Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità — ċertifikazzjoni ta' vapur
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10680 u jgħid jekk il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità ġietx mitluba tiċċertifika r-raba' vapur li beda jagħti servizz bejn Malta u Għawdex fl-aħħar xhur? Jista' jgħid jekk dan ġiex approvat mill-Kummissjoni, stante li qed jaslu ilmenti kontinwi minn persuni anzjani u persuni b'diżabilità, dwar l-aċċess għall-istess vapur?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi filwaqt li l-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità għandha rwol fil-proċess ta’ għoti ta’ permessi ta’ bini, hija m’għandhiex rwol analogu f’affarijiet marittimi.
Madanakollu, l-Kummissjoni ġiet infurmata mill-
Gozo Channel Company Limited
illi l-vapur Nikolaos ġie mikri b’mod temporanju għal 6 xhur, sabiex jopera fuq skeda b’4 vapuri fejn qabel kienet biss skeda ta’ 3. Ġiet mgħarrfa wkoll illi l-vapur ġie mgħammar b’
chairlift
u li ttieħdu numru ta’ miżuri sabiex itejbu l-aċċessibilità, fosthom l-introduzzjoni ta’
marshalling area
għal min għandu diffikultà fil-mobilità tiegħu. Il-Kummissjoni għaddiet l-informazzjoni li ngħatatilha mill-Kummissjoni mill-
Gozo Channel Company Limited
dwar dawn l-arranġamenti permezz ta’
mailshot
lil kull min hu rreġistrat mal-Kummissjoni biex jirċievi informazzjoni minn żmien għal żmien skont id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data (Kap 586 tal-Liġijiet ta’ Malta).
Il-Kummissjoni, li timxi skont id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar Opportunitajiet Indaqs (Kap 413 tal-Liġijiet ta’ Malta), wara li rat li l-vapur Nikolaos ser ikun mikri għal perijodu biss ta’ 6 xhur, wara li rat li ttieħdu miżuri biex irendu l-vapur Nikolaos aċċessibbli sakemm huwa raġonevoli, u wara li rat ukoll miżuri oħra li ttieħdu bħal dik ta’ korsija preferenzjali għal min għandu diffikultà fil-mobilità tiegħu, qieset li dan kollu jaqa’ taħt il-prinċipju ta’ Raġonevolezza hekk kif provdut minn Artikolu 20 tal-Att dwar Opportunitajiet Indaqs (Kap 413 tal-Liġijiet ta’ Malta).
Il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità però hija konxja mill-ilmenti li qed isiru b’rabta mal-vapur Nikolaos. Grazzi għas-servizz ta’
customer care
tal-Kummissjoni, l-Kummissjoni qiegħda tindirizza l-problemi li jinħolqu minħabba f’nuqqas ta’ għarfien u tgħaddi a konjizzjoni tal-
Gozo Channel Company Limited
id-defiċjenzi fis-servizz li qed jingħata, sabiex dan ikun l-aħjar wieħed possibbli.
Il-Kummissjoni hija infurmata wkoll li għaddej proċess ta’
tendering
sabiex il-flotta tal-
Gozo Channel Company Limited
tiżdied għal 4 vapuri fuq bażi permanenti. Hija tisħaq li l-vapur li ser jingħaqad mal-flotta fuq bażi permanenti għandu joffri livell ta’ aċċessibilità ferm aħjar mill-vapuri MV Ta’ Pinu, MV Gaudos u MV Malita, liema vapuri mhumiex kompletament aċċessibbli għall-persuni li għandhom problemi ta’ mobilita`.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10732, tista' l-Ministru taġġorna dwar il-Master Plan tal-Pjazza tax-Xagħra u jekk il-laqgħa li kien hemm skedata biex tiġi diskussa din il-materja saritx, u x'inhu l-pass li jmiss? Tista' tagħti timeframes ta' x'inhu ppjanat li jsir fuq dan il-Master Plan u meta hu ppjanat li jitlesta?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li saru taħdidiet mal-Kunsill lokali biex minn naħa tagħhom jinħareġ it-tender għall-konsulenza biex jibda l-proċess.
Sptar Ġenerali t’Għawdex – ħlas ta’ pagi u spejjeż relatati
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienet is-somma totali li tħallset f'pagi u spejjeż relatati ma’ pagi (National Insurance, allowances, overtime etc) lill-impjegati kollha tal-Gvern fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex għas-sena 2016, 2017 u 2018? Għall-istess sena kemm kienet is-somma totali li tħallset mill-Gvern lill-kuntratturi privati talli pprovdew ħaddiema fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant s-somma totali li tħallset f'pagi u spejje¿ relatati ma’ pagi (National Insurance, allowances, overtime etc) lill-impjegati kollha tal-Gvern fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex għas-sena 2016 kienet Eur25,082,513, fl-2017 Eur25,237,685 u fl-2018 kienet Eur26,304,945.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni tal-Ministeru tiegħu u ta' Heritage Malta fuq it-Torri tal-Qbajjar f'Marsalforn, Għawdex, liema torri jinsab fi stat ħażin ħafna u fil-periklu imminenti li jiġġarraf fejn anki saret attività qrib tiegħu minn Heritage Malta f'dawn l-aħħar ġimgħat?
Jista' l-Ministru jgħid x'toroq saru f'Għawdex bil-kofinanzjament tal-Unjoni Ewropea mis-sena 2014 sa issa? Jista' jgħid ukoll kemm hemm ippjanati li jsiru toroq minn issa sal-aħħar tas-sena 2020 u meta hu mistenni li jibda x-xogħol fuq kull triq li se ssir b'kofinanzjament tal-Unjoni Ewropea u meta hu mistenni li jispiċċa l-istess xogħol fuq kull triq?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lil-Onor Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija parlamentari nru. 11407 lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità dwar l-Ambjent għandhiex uffiċċju tagħha f'Għawdex li huwa separat minn dak tal-Awtorità għall-Ippjanar? Jekk iva, fejn jinsab dan l-uffiċċju?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interepellant li bħalissa l-Uffiċċini tal-Awtorità tal-Ambjent jinsabu fl-istess binja ma’ l-Awtorità tal-Ippjanar, CityBells, Triq Santa Marta, Victoria, pero’ qegħdin maqsumin għalihom fi swali differenti.
Sannat Għawdex – Bajja ta’ Mġarr ix-Xini – xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'tip ta’ xogħlijiet hemm ippjanati li jsiru minn Infrastructure Malta ġewwa l-bajja ta’ Mġarr ix-Xini ġewwa s-Sannat Għawdex, u kemm huwa maħsub li jiġu jiswew dawn ix-xogħlijiet? Meta huma ppjanati li joħorġu t-tenders u jibda x-xogħol infrastrutturali?
Response (BORG, IAN)
Minbarra l-ħidma kbira li qed twettaq fit-toroq, Infrastructure Malta qed taħdem ukoll biex ittejjeb l-infrastruttura marittima fil-portijiet u x-xtut ta’ Malta u Għawdex. Ix-xogħlijiet jinkludu fost oħrajn tiswijiet ta’ mollijiet u strutturi oħrajn mal-kosta li huma ta’ fejda partikolarment għas-sajjieda u l-pubbliku inġenerali.
Il-kuntratt għax-xogħlijiet ta’ tiswija tal-moll u l-pjattaforma fil-bajja ta’ Mġarr ix-Xini ġie iffirmat f’Marzu 2019. Dawn ix-xogħlijiet ġew ippjanati li jsiru f’żewġ fażijiet ħalli ma jxekklux lill-pubbliku milli jgawdi din il-bajja matul is-sajf.
Fil-fatt, l-ewwel fażi tlestiet fil-bidu tas-sajf, fejn inbniet mill-ġdid il-pjattaforma ta’ madwar 300 metru kwadru li hemm max-xatt. Din il-pjattaforma tal-konkos tintuża bħala parkeġġ żgħir għad-dgħajjes tas-sajjieda kif ukoll għall-karozzi tal-familji li jiffrekwentaw il-bajja.
Fil-ġimgħat li ġejjin, jekk it-temp jippermetti, għandha ssir it-tieni fażi billi jinbdew ix-xogħljiet fuq il-moll. Ix-xogħlijiet ta’ dan il-proġett mistennija jiswew madwar €330,000 (VAT eskluż).
L-Għarb, Għawdex – Triq Franġisk Portelli – tieni kisja ta’ tarmak
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10465, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-raġunijiet li Triq Franġisk Portelli ġewwa l-Għarb Għawdex għadha ma ngħatatx it-tieni kisja ta’ tarmak? Jista’ jgħid x'inhi r-raġuni li l-aħħar kisja tarmak ma ngħatatx sal-aħħar ta’ Ġunju 2019, jew fl-iqsar żmien possibbli skont it-tweġibiet parlamentari 7806 u 10465?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li x-xogħol huwa parti mil-programm u ser isir.
Ir-Rabat Għawdex — Triq ta' Wara is-Sur u Triq l-Imgħallem - tender għal xogħlijiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma r-raġunijiet li t-tender għat-Triq ta' Wara is-Sur u Triq l-Imgħallem ġewwa r-Rabat Għawdex, li kellhom issir matul is-sena 2019, ġew għat-tieni darba konsekuttiva kkanċellati? In vista ta' dan, x'inhu ppjanat li jsir issa u f'liema xahar u sena hu ppjanat li jibda x-xogħol infrastrutturali u jitlestew dawn iż-żewġ toroq?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender ħareġ,