Fil-konfront tal-awtoritajiet u l-aġenziji pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, jista’ l-Ministru jgħid f’kull każ kif inhi komposta t-tmexxija, u għal kemm żmien hi l-ħatra ta’ dik il-persuna jew persuni responsabbli għat-tmexxija tal-entità konċernata? Jista’ jgħid f’kull każ jekk il-ħatriet dehrux fil-Gazzetta tal-Gvern?
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 11352 mogħtija fis-seduta tat-22 ta’ Ottubru 2019, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali l-oħra apparti l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur, li allura huma responsabbli għad-Direttivi u għar-Regolamenti Ewropej relattivi għas-setturi regolat minnhom, u li wkoll iridu jsiru emendi fil-liġijiet li jinforza a tenur tar-rekwiżiti tal-istess Regolament (UE) 2017/2394?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtoritajiet kompetenti nazzjonali oħra li jaqgħu taħt ir-Regolament (UE) 2017/2394 u li qed iħejju l-emendi meħtiega huma:
· L-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni
· L-Awtorità Maltija tat-Turiżmu
Is-segwenti entitajiet qiegħdin fl-istadju ta’ evalwazzjoni biex jistabilixxu jekk hemmx il-ħtieġa ta’ emendi fil-leġiżlazzjoni rispettivi tagħhom:
· L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta
· L-Awtorità tax-Xandir
· Id-Direttorat għall-Avjazzjoni Ċivili
Fil-każ tal-Awtorità tal-Mediċini u l-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data, il-leġiżlazzjoni preżenti diġà tipprovdi għas-setgħat neċessarji biex tkun tista’ timplimenta b’mod effettiv dan ir-Regolament.
Fil-każ tas-segwenti Awtoritajiet kompetenti, ma hemmx bżonn ta’ emendi speċifiċi fil-liġi.
· Il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur
· Iċ-Ċentru Ewropew għall-Konsumatur ta’ Malta
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 10725 kollha kemm hi u tgħid min huma l-periti/kumpanija ta' periti inkarigati mill-proġett tal-Master Plan tar-Ramla? Kif intgħażel dan il-perit/kumpanija, x'esperjenzi u kwalifiċi għandhom fi proġetti marittimi u min ta l-awtorizzazzjoni biex jintgħażel/tintgħażel dan il-perit/kumpanija? Tista’ tgħid ukoll kemm-il siegħa xogħol għamel/għamlet s’issa u x’tip ta’ xogħol għamel/għamlet fuq dan il-proġett u kemm tħallas/tħallset s’issa? Min ta l-awtorizzazzjoni biex jitħallas/titħallas? Kemm hu ppjanat li jitħallas/titħallas dan l-individwu/kumpanija fuq il-Master Plan tar-Ramla matul is-sena 2019?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 11419.
Peress li fil-ġimgħat li ġejjin huwa ppjanat li jinfetaħ il-Gozo Innovation Hub b'fondi tal-Unjoni Ewropea ġewwa x-Xewkija Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq il-Pitkalija hux ser tinbena mill-ġdid peress li ser tkun it-triq minn fejn ħa jkun l-uniku aċċess għal Gozo Innovation Hub, fejn din tinsab fi stat diżastruż, peress li żżomm ħafna ilma, u hija ta' periklu għal min jużaha? Jista’ jgħid ukoll jekk hux ser jinbidlu s-servizzi, jekk humiex se jsiru storm water culverts, jekk humiex se jsiru bankini ġodda fuq iż-żewġ naħat tat-triq u jekk hux ħa jsir id-dawl f’din it-triq, qabel jiġi inawgurat il-Proġett tal-Gozo Innovation Hub?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10621 li ngħatat fl-20 ta’ Ġunju 2019 fejn intqal li kienu ġew ikkanċellati t-tenders għall-proġett ta’ bini mill-ġdid ta’ Triq iż-Żewwieqa fil-Qala u Triq ta’ Isopu fin-Nadur, u li kellhom joħorġu tenders mill-ġdid permezz ta’ Negotiated Procedure, tista’ l-Ministru tgħid jekk inbedix il-proċess ta’ tendering (negotiated procedure) skont LN352/16 għal dawn iż-żewġ toroq u ġiex konkluż? It-tenders ingħataw?? Meta hu ppjanat li jibda x-xogħol infrastrutturali fuq dawn iż-żewġ toroq?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess ta’ Negotiated Procedure qiegħed fl-istadju preparatorju, u t-tender għandu jiġi pproċessat fil-ġimgħat li ġejjin.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10499, tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma r-raġunijiet li għadu ma sar ebda tip ta’ xogħol ta’ emerġenza f’parti mill-ħajt tat-triq tal-Bajja tax-Xwejni, peress li jinsab fi stat ħażin ħafna u ta’ periklu kbir għan-nies u turisti li jiffrekwentaw din il-bajja matul is-sena? F’liema xahar u sena hu ppjanat li se jibda x-xogħol?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li x-xogħlijiet se jsiru biswit il-bajja, il-Ministeru għal Għawdex intalab biex jissottometti applikazzjoni mal-Awtorita’ tal-Ippjanar (PA), qabel ma jibdew ix-xogħlijiet imsemmija. L-applikazzjoni ġiet approvata nhar l-1 ta’ Ottubru, 2019. Bħalissa għaddej ix-xogħol fuq il-blokkok tal-konkos (Pre-cast) u fil-ġimgħat li ġejjin għandhom jibdew ix-xogħlijiet fuq is-sit.
MCCAA – implimentazzjoni ta' regolament UE 2019/1150
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu mill-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-Regolament tal-UE numru 2019/1150?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-Regolament tal-UE numru 2019/1150 ma jagħmilx parti mill-mandat ta’ servizzi tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur għax jagħmel referenza għal servizzi bejn intrapriża u oħra (B2B), speċifikament sabiex in-negozji medji u żgħar ikunu jistgħu joffru l-prodotti u s-servizzi tagħhom b’mod transkonfinali.
L-iżgurar tat-trasparenza u l-fiduċja fl-ekonomija tal-pjattaformi online f’relazzjonijiet bejn negozju u ieħor, waqt li tista’ wkoll tgħin b’mod indirett biex titjieb il-fiduċja tal-konsumaturi fl-ekonomija tal-pjattaformi online; l-impatti diretti fuq il-konsumaturi huma indirizzati minn liġi oħra tal-Unjoni, speċjalment l-acquis tal-konsumatur kif huwa speċifikament indikat fil-premessa numru 3 tar-Regolament.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi MoUs (Memorandum of Understanding) li huma in vigore bejn id-diversi direttorati ġenerali fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) fuq naħa u entitajiet regolatorji kemm lokali kif ukoll barranin fuq naħa l-oħra? Jekk hemm, jista’ jippreżenta kopji tagħhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għandha seba’ (7) MoUs in vigore u wieħed (1) li qiegħed jiġi rivedut.
Intant ninforma lill-Onor. Interpellant ukoll li l-kontenut ta’ dawn l-MoU’s mhux qed jingħata minħabba li b’hekk jiġu żvelati proċeduri u proċessi interni, inkluż dawk ta’ spezzonijiet, tal- Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) u tal-entitajiet li magħhom ikun sar dan il-ftehim.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tas-saħħa f'termini perċentwali meta kkomparata mal-Prodott Gross Domestiku tal-pajjiż għas-sena 2017 u 2018?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiza tas-saħħa f’termini perċentwali meta mqabbla mal-Prodott Domestiku Gross għas-snin 2017 u 2018 hi ta’ 7.4% u 7.6%, rispettivament. L-informazzjoni dwar in-Nefqa għall-Konsum relatat mas-Saħħa/Consumption Expenditure on Health qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10810, tista’ l-Ministru tpoġġi kopja tal-konklużjonijiet tal-istudji li saru minn esperti lokali u barranin dwar it-tafal u l-movimenti fi Triq l-Imġarr fin-Nadur? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-disinn li ġie mħejji biex jilqa' għall-isfidi kkaġunati mill-moviment tat-tafal? Tista' tgħid min kien responsabbli jħejji dan id-disinn?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari ser tingħata f’xi seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10642, li ngħatat fl-24 ta Ġunju 2019, tista’ l-Ministru tgħid jekk l-ewwel fażijiet għar-riġenerazzjoni u l-Master Plan tax-Xlendi li huma faċilitajiet għas-sajjieda u riġenerazzjoni tal-boathouses tlestewx u jekk le x'inhi r-raġuni li għadhom ma tlestewx, min se jerfa’ r-responsabilità għalfejn għadhom ma tlestewx u meta ser jitlestew?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddej ix-xogħol f’dak li għandu x’jaqsam ma’ dry standing area tax-Xlendi.
Min-naħa l-oħra, ix-xogħol fuq il-
boathouses
, li kien jinkludi tibdil tas-soqfa, tlesta kważi kollu. Infatti għad fadal biss
boathouse
waħda li għad jrid jsir xogħol fuqha. Dan ix-xogħol huwa mistenni li jitlesta fi żmien ħmistax oħra.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentarii 10642, li ngħatat fl-24 ta’ Ġunju 2019, fejn ingħad li 'ix-xogħol fuq il-parkeġġ tax-Xlendi hu skedat li jibda wara is-sajf' tista’ l-Ministru tgħid jekk it-tenders ħarġux, u jekk le x'inhi r-raġuni li għadhom ma ħarġux it-tenders biex isir ix-xogħol neċessarju fuq il-parkeġġ u f’liema xahar u sena hu ppjanat li jibda x-xogħol?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender qed jiġi vvettjat u għadu ma ġiex ippubblikat biex jinkorpora elementi teknoloġiċi u ekoloġiċi addizzjonali skont kif imħabbar fil-Baġit 2020.
Għawdex – manutenzjoni, provvista u ġbir ta’ skips
Question
Tista' l-Ministru tgħid min qed jipprovdi s-servizz ta' provvista, manutenzjoni u ġbir regolari ta' skips miftuħa f' diversi siti f'Għawdex, kif intgħażel u kemm tħallas s’issa?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan is-servizz qiegħed jingħata mill-kumpanija Sultech & Co. Ltd. Din il-kumpanija intgħażlet wara sejħa għall-offerti u s’issa tħallset is-somma ta’ €6,086.91 VAT inkluż.
Għawdex – Għajnsielem – area tal-Fessej – open skips
Question
Tista’ l-Ministru tgħid min hu l-kuntrattur li qed jipprovdi s-servizz ta' 'Open Skips' ġewwa l-area tal-Fessej f'Għajnsielem Għawdex? Tista’ tgħid ukoll ħarġitx sejħa pubblika, fejn ħarġet u meta ħarġet u kemm damet miftuħa s-sejħa pubblika? Jekk le, x'inhi r-raġuni li ma ħarġitx sejħa pubblika? Kemm ilu jipprovdi dan is-servizz il-kuntrattur u kemm kien u qed jitħallas għal kull tunnellata u għal kull open skip? Kif ġiet stabbilita r-rata ta’ ħlas? S’issa kemm tħallas globalment il-kuntrattur?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kumpanjia Sultech & Co. Ltd qiegħda tipprovdi s-servizz ta’ ġarr tal-open skips. Is-sejħa għall-offerti permezz ta’ hand quotation ħarġet fil-11 ta’ Diċembru u għalqet fit-12 ta’ Diċembru 2018. Ma ħarġitx sejħa pubblika għaliex is-servizz ried jibda jingħata b’mod urġenti. Sadanittant inħarġu żewġ sejħiet oħra pubbliċi.
L-ewwel sejħa pubblika għall-offerti ġiet ippubblikata fl-24 ta’ Jannar 2019 u għalqet fis-27 ta’ Frar 2019. Din is-sejħa kellha tiġi kkanċellata abażi tal-artiklu 18.3 (b) tal-
General Rules Governing Tenders.
It-tieni sejħa ħarġet fil-26 ta’ Mejju 2019 u għalqet fl-10 ta’ Ġunju 2019. Din is-sejħa ma ġietx
awarded
minħabba appell li tqajjem minn wieħed mill-offerenti waqt l-istadju ta’ appell.
Dan is-servizz ilu jingħata mill-kumpanija Sultech & Co. Ltd. minn Diċembru 2018 u qiegħed jingħata bir-rata ta’ €49.60 VAT eskluż, għal kull
open skip
trasportat. Ir-rata ta’ ħlas ġiet stabbilita permezz tal-orħos offerta li ntefgħet. S’issa l-kuntrattur tħallas is-somma ta’ €6,086.91 VAT inkluż.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ngħalaq il-canteen tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? Jista’ jgħid kif qed jinqdew il-pazjenti u l-ħaddiema li jkollhom bżonn jixtru xi bżonnijiet issa li l-canteen huwa magħluq? Jista' jgħid meta hu maħsub li se jerġa’ jinfetaħ dan il-canteen?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-canteen li kien hemm fejn il-gate prinċipali tal-isptar Ġenerali ta’Għawdex ingħalaq fi Frar 2017. Il-pazjenti u l-ħaddiema li jkollhom bżonn jixtru xi bżonnijiet għandhom il-faċilita’ li jagħmlu dan minn numru ta’ vending machines li hemm mqassma mal-isptar kollu kif ukoll food truck li jinsab fil-parking area tal-istess sptar. Huwa maħsub li se jkun hemm canteen areas kemm għal istaff kif ukoll għal pazjenti u qrabathom fil-bini tal-isptar akut il-ġdid.
Tista' l-Ministru tgħid kemm intefqu flus fuq il-kunċett ta' Eko Għawdex minn Ġunju 2017 sal-lum? Tista' tagħti lista ta' kull pagament li sar mill-vot ta' Eko Għawdex minn Ġunju 2017 sal-lum u għal xiex sar kull pagament? Tista' tgħid f'kull każ jekk il-pagament sarx wara direct order, call for quotations jew tender u lil min ingħata bħala kumpanija jew individwu?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ilmenti li daħlu fl-uffiċċju tal-Konsumatur f'Għawdex matul is-sena 2017 u 2018? Minn dawn l-ilmenti li daħlu f'Għawdex matul is-sena 2017 u 2018 jista' l-Ministru jgħid kemm il-uffiċċju t'Għawdex irnexxielu jasal għal ftehim bejn konsumatur u negozjant wara medjazzjoni? Jista' jgħid kemm kien hemm ilmenti li daħlu fl-uffiċċju tal-Konsumatur f'Għawdex matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena 2019? Minn dawn l-ilmenti li daħlu f'Għawdex matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena 2019, jista' jgħid ukoll kemm l-uffiċċju t'Għawdex irnexxielu jasal għal ftehim bejn konsumatur u negozjant wara medjazzjoni?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.
Għawdex — Eco Contribution fuq l-akkomodazzjoni turistika
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ Eco Contribution fuq l-akkomodazzjoni turistika li nġabar minn Għawdex għall-perjodu minn Ġunju 2017 sa Settembru 2018 u kemm kien l-ammont li nġabar għall-perjodu Ottubru 2018 sa Settembru 2019?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-pagamenti miġbura ta’ Eco Contribution fuq akkomodazzjoni turistika reġistrata fuq Għawdex huwa kif indikat.
Ġunju 2017 sa Settembru 2018 - €231,021,29
Ottubru 2018 sa Settembru 2019 - €226,610,72
Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – Dipartiment tad-Dermatoloġija
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm attendew pazjenti fid-Dipartiment tad-Dermatoloġija tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex fis-sena 2017, 2018 u 2019?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ attendenzi fid-Dipartiment tad-Dermatoloġija tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex fis-sena 2017 kien 1346, fl-2018 kien 1394 u minn Jannar sa Settembru ta’ din is-sena kien 979.
Jista' l-Ministru jgħid minn meta daħlet fis-seħħ il-liġi li ntroduċiet id-divorzju f'pajjiżna, kemm kien hemm deċiżjonijiet mill-Qrati tagħna li fihom ingħata d-divorzju sena b'sena sa l-aħħar ta' Settembru 2019? Kemm minn dawn kienu mill-Qrati ta' Għawdex sena b'sena sal-lum? Fl-istess snin kemm kien hemm deċiżjonijiet tal-Qrati li taw separazzjoni sena b'sena sal-aħħar ta' Settembru 2019? Kemm minn dawn id-deċiżjonijiet ta' separazzjoni kienu mill-Qrati f'Għawdex sena b'sena sa l-aħħar ta’ Settembru 2019?
Response (BONNICI, OWEN)
Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sat-30 ta’ Settembru 2019.
MaltaGħawdex
SenaNumru ta’ koppji li ġabu d-divorzju b’deċiżjoni tal-Qorti
2011 (minn Ottubru sa Diċembru)422
201243218
201334911
20143205
201535422
201636712
201731015
2018 3558
2019 (sat-30 ta’ Settembru)2298
L-ammont ta’ deċiżjonijiet tal-Qrati f’Malta li taw separazzjoni sena b'sena sal-aħħar ta' Settembru 2019 kien kif muri hawn taħt:
Sena
2011
2012
2013
2014
2015
2016
2017
2018
2019
Separazzjoni b’sentenza tal-Qorti
87
50
63
56
51
71
63
40
18
Separazzjoni Bonarja (Ittra)
362
376
413
448
519
455
461
526
452
Separazzjoni Bonarja (Nota)
255
287
314
329
341
360
335
278
191
Total
704
713
790
833
911
886
859
844
661
L-ammont ta’ deċiżjonijiet tal-Qorti f’Għawdex li taw separazzjoni sena b'sena sal-aħħar ta' Settembru 2019 kien kif muri hawn taħt:
Sena
2011
2012
2013
2014
2015
2016
2017
2018
2019
Separazzjoni b’sentenza tal-Qorti
10
2
0
1
2
2
4
2
2
Separazzjoni Bonarja (Ittra)
1
0
2
4
6
2
5
2
4
Separazzjoni Bonarja (Nota)
0
0
0
1
0
0
1
0
0
Total
11
2
2
6
8
4
10
4
6