Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #12319 Sitting 291 2020-01-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Il-Qala – Triq l-Imġarr - asfaltar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'azzjoni qed jieħu l-Ministeru tiegħu rigward Triq l-Imġarr, it-triq prinċipali li twassal għar-raħal tal-Qala Għawdex, li wara li din it-triq ġiet asfaltata fl-2015, kull darba li tagħmel ix-xita, qed ikun hemm problemi kbar ta’ għargħar?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa qegħdin isiru l-istudji u l-konsiderazzjonijiet tekniċi biex tiġi ndirrizata din il-problema. Nassigura li qiegħda fuq quddiem nett tal-prijoritajiet.
Leg 13 PQ #12320 Sitting 291 2020-01-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Proġett tal-Pjazza ta’ Sannat

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9301, jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-proġett tal-Pjazza tas-Sannat? Jista’ jgħid jekk it-tenders reġgħux ħarġu u ġewx awarded u meta hu ppjanat li jibda x-xogħol infrastrutturali fuq din il-pjazza? Jista’ jpoġġi kopja tal-pjanta fuq il-Mejda tal-Kamra kif ser tiġi din il-Pjazza?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru qiegħed f’diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali Ta’ Sannat biex jiġi miftiehem l-aħjar mod ta’ kif dan il-proġett jiġi mplimentat b’mod spedit.

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – Skola Medika ta’ Barts

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhuma r-raġunijiet li minkejja li f'dawn l-aħħar ġranet ġiet inawgurata l-Iskola Medika ta' Barts ġewwa l-area tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, nofs il-parking prinċipali li ilu iktar minn tliet snin magħluq minħabba l-bini ta’ din l-istess skola, għadu magħluq? Meta hu ppjanat li jinfetaħ u jibda jintuża mill-pubbliku u ħaddiema li jużaw dan l-uniku sptar ġewwa Għawdex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-sit imsemmi minnu li jinsab biswit l-iskola medika ta’ Barts bħalissa qed jintuża għal aħħar attivitajiet relatati mal-kostruzzjoni. Dan se jkun miftuħ u disponibbli għall-finijiet ta’ parkeġġ fiż-żmien li ġej.

Stewards Healthcare – xogħlijiet — timeframe

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra u jagħti iktar dettalji dwar x’tibdil kien hemm, kemm fil-pjanti kif ukoll fit-targets u fit-timeframe il-ġodda ta’ meta għandu jibda u jitlesta x-xogħol ta’ Steward Healthcare għall-proġetti infrastrutturali ta' sptar ġdid ġewwa Għawdex li hija obbligata tagħmel ġewwa Għawdex u Malta?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Steward Healthcare issottomettiet il-pjanijiet tagħha għar-riġenerazzjoni tal-kampus tal-isptar San Luqa lill-Awtorita’ tal-Ippjanar f’Diċembru li għadda. Fiż-żmien li ġej ser tkun qed tiġi sottomessa l-applikazzjoni għall-proġett f’Għawdex. Wara l-approvazzjoni, Steward Healthcare se taħdem ma 'awtoritajiet u partijiet interessati sabiex jerġgħu jibdew ix-xogħlijiet kemm jista' jkun malajr.

Għawdex – Triq Għajn Mhelhel – xogħol ta’ asfaltar

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10833 li ngħatat fil-5 ta' Lulju 2019 jista’ l-Ministru jgħid b'mod dettaljat x'tip ta' xogħol tkompla u tlesta s’issa u x' fadal isir fuq Triq Għajn Mhelhel, it-triq li miż-Żebbuġ Għawdex twaslek għall-Bajja tax-Xwejni, li fija kellu jsir ix-xogħol ta' asfaltar u xogħol ieħor? Jista’ jgħid jekk ix-xogħol tkomplix b'mod regolari mid-data ta' meta ġiet imwieġba l-mistoqsija parlamentari 10833 u jgħid x'inhuma r-raġunijiet li ma tkomplix b'mod regolari x-xogħol fuq din it-triq? F’liema xahar tas-sena 2019/2020 hu ppjanat li titlesta kompletament din it-triq u tibda titgawda mis-sewwieqa?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-żebbuġ li x-xogħol tkompla, fejn ingħata l-konkos mal-ġnub tat-triq kif ukoll ngħata t-tarmac fuq parti kbira minnha. Baqa biss l-aħħar parti tagħha. Il-kuntrattur mhux ikompli x-xogħol b’mod regolari minħabba xogħlijiet oħrajn, anke wara li nġibditlu l-attenzjoni kemm-il darba min-naħa tal-Kunsill Lokali. Ninsab infurmat li hu ppjanat li x-xogħol jitlesta fi żmien 8 ġimgħat.

Att dwar ir-Regolament ta' Ċerti Xogħlijiet f'Utilitajiet u Servizzi — notifika lill-Transport Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Transport Malta ġietx innotifikata b'xi rikors magħmul a tenur tal-Artiklu 7(2) tal-Att dwar ir-Regolament ta' Ċerti Xogħlijiet f'Utilitajiet u Servizzi, Kap.81 tul is-snin 2017, 2018 u 2019? Jekk iva, kemm kien in-numru u minn min saru?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, li minn Frar 2018 lil hawn ma wasal l-ebda rikors fid-Direttorat tal-Infurzzar fi ħdan l-Awtorità ta’ Transport f’Malta.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – trinek u xogħol simili

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għamlu trinek u xogħol ieħor simili ġewwa Għawdex u Malta biex jgħaddu s-servizzi tagħhom minn proprjetà privata matul is-snin mit-8 ta' Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpelant illi minn stħarriġ li sar mid-data rikjest sal-llum, instabu erbgħa każijiet, fejn kien hemm in-neċessita li servizzi jgħaddu minn propjeta privata.
Leg 13 PQ #12314 Sitting 290 2020-01-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Triq arterjali mir-Rabat sal-Pjazza taż-Żebbuġ

Question

B'referenza għat-tweġiba tagħha għall-mistoqsija parlamentari 12077, jista’ l-Ministru jgħid min hu inkarigat mix-xogħol preparatorju fuq it-triq arterjali li mir-Rabat Għawdex twassal sal-Pjazza taż-Żebbuġ? Jista' jgħid jekk it-tender ġiex ippubblikat u jekk iva meta ġie ppubblikat? Jekk it-tender għadu ma ġiex ippubblikat meta hu maħsub li jiġi ppubblikat? Jista' jikkonferma jekk fuq it-triq hux se jintużaw fondi tal-Unjoni Ewropea?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għadu għaddej ix-xogħol preparatorju.
Leg 13 PQ #12315 Sitting 290 2020-01-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Bini ta’ mħażen għall-karrijiet tal-Karnival

Question

B'referenza għat-tweġiba tagħha għall-mistoqsija parlamentari 12078, jista’ l-Ministru jgħid x'sar s’issa mal-Awtorità tal-Ippjanar dwar il-bini ta' mħażen tal-Karnival f'Għawdex? Jista' jgħid x’inhu n-numru tal-applikazzjoni jew screening number tal-applikazzjoni li saret għall-bini ta' dawn l-imħażen? Jista' jgħid jekk għas-sena 2020 ġiex maħsub vot fil-Budget għall-bini ta' dawn l-imħażen għad-dilettanti tal-Karnival?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #12316 Sitting 290 2020-01-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għajnsielem Għawdex – Dar tal-Anzjani

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8998 li ngħatat fit-18 ta' Frar 2019, jista' l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar id-Dar tal-Anzjani li nbniet f'Għajnsielem u x’inhu jsir bħalissa? Meta huwa maħsub li titlesta din id-dar? Tista’ tgħid x'inhi r-raġuni, fejn kien intqal f'din ir-risposta parlamentari, li 'it-tender għall-finishing, furnishing u operat jinsab il-procurement biex joħroġ u d-dar ser titmexxa fuq il-mudell ta’ Public Private Partnership', sal-lum 10 xhur wara, din, it-tender għadu ma ħariġx?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għalkemm huwa minnu li kien hemm dewmien fil-pubblikazzjoni tal-appalt, dan seħħ minħabba skrutinju dettaljat mid-Dipartiment tal-Kuntratti, proċess li se jkun konkluż fil-ġimgħat li ġejjin.

Għawdex — Rilokazzjoni tal-komponent marittimu fi ħdan l-AFM

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra u jgħid fiex waslu t-taħdidiet bejn l-Forzi Armati ta’ Malta, Transport Malta, Infrastructure Malta u l-Ministeru għal Għawdex għar-rilokazzjoni tal-komponent marittimu fi ħdan l-AFM ġewwa Għawdex?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant għandu jkun infurmat li l-imsemmija taħdidiet għadhom għaddejjin bil-għan li tinstab l-aħjar soluzzjoni għal kulhadd.

Għawdex — ġibjuni tal-ilma tax-xorb

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ġibjuni tal-ilma tax-xorb f'Għawdex u fejn jinsabu? Jista' jgħid kemm jesa' kull ġibjun? Jista' jgħid meta saret l-aħħar darba manutenzjoni fuq kull ġibjun minn dawn? Jista' jispjega għaliex ċertu ġibjuni bħala dak tan-Nadur l-faċċata tagħhom tinsab fi stat ħażin ħafna?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #12275 Sitting 289 2020-01-21 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ir-Rabat Għawdex – proġett ta’ restawr tal-Akwedott

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra u tgħid x'tip ta’ xogħol infrastrutturali sar u kemm kienet l-ispiża tal-proġett ta’ restawr tal-Akwedott tar-Rabat, Għawdex, li kien imħabbar fil-Baġit tas-sena 2017? Tista’ tgħid meta hu mistenni li jitlesta?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2017 sar xogħol ta’ restawr fuq l-akwedotti fejn ġew irranġati żewġ arkati li kienu fi stat ħażin. L-ispiża biex tranġaw dawk l-arkati kienet tammonta għal € 6,126.31. Ix-xogħlijiet marbuta mal-proġett tar-restawr tkomplew billi sar Cost Benefit Analysis filwaqt ukoll li tqabbad perit espert fuq ir-restawr sabiex jaħdem fuq l-istudji ġeotekniċi. L-ispiża li ntefqet fuq dawn tal-aħħar tammonta għal € 10,270.89. Il-proġett ta’ restawr mistenni jitlesta s-sena d-dieħla.
Leg 13 PQ #12276 Sitting 289 2020-01-21 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Bajjiet Għawdxin – sand renourishment

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'bajjiet ġewwa Għawdex sarilhom sand renourishment qabel u matul is-sajf 2019 u x'bajjiet hemm ippjanati li jsirilhom sand renourishment qabel u matul is-sajf 2020 ġewwa Għawdex?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

In-Nadur – Barracks tal-Forzi Armati – investiment infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ investiment infrastrutturali sar fil-Barracks tal-Forzi Armati fin-Nadur u f'postijiet oħra li għandha l-AFM ġewwa Għawdex matul is-sena 2019 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar? Jista' jgħid f'kull każ kemm kienet l-ispiża xahar b'xahar u x’proġetti infrastrutturali hemm ippjanati minn issa sal-aħħar ta’ din is-sena u matul is-sena 2020 fis-siti tal-Forzi Armati f'Għawdex?

Response (CAMILLERI, BYRON)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 12277, l-Onor. Interpellant għandu jkun infurmat li prinċipalment sar xogħol ta' manutenzjoni matul il-perjodu msemmi. L-iktar xogħol sinifikanti kien il-bdil tal-mains tal-ilma, bidu tas-sostituzzjoni tal-fence tal-perimetru u x-xatba tal-bażi. L-ispejjeż xahar b'xahar huma kif ġej: Frar €187.97 Marzu €426.84 April €149.00 Mejju €1,289.00 Ġunju €620.20 Lulju €1,458.70 Awwissu €1,091.50 Settembru €739.67 Ottubru €4,864.16 Novembru €1,888.54 Għas-sena 2020, minbarra xogħlijiet ta' manutenzjoni, huwa maħsub li tinbidel l-għamara, jitlesta l-fence tal-perimetru u jitkabar il-helipad.

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – Orthopaedic Unit – xogħol fuq bankina

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8992 li ngħatat fis-6 ta' Marzu 2019 jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk tlestix il-proċess ta’ procurement rigward il-bankina ta’ barra ħdejn il-bini tal-Orthopaedic Unit ġewwa l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? Jista’ jgħid ukoll jekk ix-xogħol sarx u jekk intalabx u sarx il-Compliance (Completion) Certificate? Jekk iva, jista’ jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid ukoll jekk din il-binja bdietx tintuża għall-iskop li ġiet mibnija, jiġifieri bħala Orthopaedic Unit?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħlijiet fuq il-bankina ta’ barra ħdejn il-bini tal-Orthopaedic Unit ġewwa l-isptar Ġenerali ta' Għawdex tlestew u s-sala l-ġdida tal-Ortopedija qegħda tintuża.

Implimentazzjoni tad-Direttiva UE 2019/944

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju wasal ix-xogħol għat-tfassil ta’ leġiżlazzjoni biex tiġi implimentata d-Direttiva (UE) 2019/944, u jekk hux se ssir konsultazzjoni pubblika dwar l-emendi u jekk iva meta?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

It-tfassil tal-leġiżlazzjoni biex tiġi implimentata d-Direttiva (UE) 2019/944 qiegħed fi stadju ta’ diskussjoni bejn il-partijiet konċernati fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika. Għaldaqstant f’dan il-mument ma jistax jingħad jekk hemm ħtieġa ta’ konsultazzjoni pubblika, billi din issir biss meta l-leġislazzjoni li tittrasponi l-leġislazzjoni Ewropea tmur ‘il hemm mill-obbligi minimi ta’ trasposizzjoni. Illi ta’ min jgħid li l-artikolu 70(5)(a) tad-Direttiva (UE) 2019/944 li jemenda l-Artikolu 15 tad-Directive 2012/27/UE, ġie traspost permezz tal-avviż legali 336 tal-2019 li jemenda ir-Regolamenti dwar Effiċjenza fl-Enerġija u l-Koġenerazzjoni u dan sar qabel l-aħħar tas-sena 2019 kif meħtieġ mill-istess Direttiva.
Leg 13 PQ #12245 Sitting 288 2020-01-20 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ħondoq ir-Rummien – spezzjoni mill-uffiċjali tal-Ministeru

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10628 fejn fit-8 ta' Frar 2019 saret spezzjoni mill-Uffiċjali tal-Ministeru għal Għawdex fin-niżla li twassal għall-Bajja ta' Ħondoq ir-Rummien, tista’ l-Ministru tgħid x'sar fuq din l-imsemmija triq (niżla) li sar xogħol fuqha u ġiet asfaltata fl-2015 peress li partijiet minn din it-triq qegħdin iċedu u huma ta' periklu kbir għan-nies li jużaw din it-triq?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #12246 Sitting 288 2020-01-20 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Ix-Xewkija - raħħala li jiddepożitaw il-ħalib

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9528 tista’ l-Ministru taġġorna lill-Kamra fiex wasal il-proċess ta' tneħħija tal-post fejn preżentement ir-raħħala kollha Għawdxin imorru ta’ kuljum jiddepożitaw il-ħalib tal-baqar fix-Xewkija Għawdex u dan peress li fl-aħħar ġranet ġie inawgurat il-Gozo Innovation Hub iffinanzjat minn fondi Ewropej? Tista' tgħid fejn se jsir il-post il-ġdid fejn ir-raħħala Għawdxin jiddepożitaw il-ħalib tal-irziezet tagħhom?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Awtorità tal-Ippjanar – Sannat — applikazzjoni għall-junction

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9416, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar għall-permessi għall-junction għad-daħla tar-raħal ta’ Sannat, liema proġett hu f'idejn il-Kunsill Lokali Sannat, saritx mill-ġdid u jekk ġewx approvati? Jekk le, x' inhi r-raġuni li għadha ma saritx applikazzjoni mill-ġdid quddiem l-Awtorità tal-Ipjannar? Jista’ jgħid jekk it-tenders ħarġux u ġewx awarded? Jekk iva, x’inhi r-raġuni li ħarġu u l-permessi meħtieġa għall-junction fid-daħla tar-raħal ta' Sannat, għadhom ma ġewx approvati?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ta’ Sannat li qiegħed f'taħdidiet ma' Transport Malta dwar modifiki fid-disinn tal-junction. Ninsab infurmat wkoll li t-tender li ħareġ il-Kunsill Lokali ġie awarded.