Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #12347 Sitting 294 2020-02-03 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MCA — uffiċjali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid mill-2015 s’issa kemm attwalment mill-uffiċjali fi ħdan il-Malta Communications Authority (MCA) li issa huma ta’ grad maniġerjali (jew aħjar) jew professjonali kienu preċedentement impjegati ma’ xi waħda mill-entitajiet regolati mill-istess MCA?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #12349 Sitting 294 2020-02-03 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għajnsielem – Triq l-Imġarr – Dar tal-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ser tkun tospita anzjani d-Dar tal-Anzjani fi Triq l-Imġarr f'Għajnsielem u meta ser jidħlu l-ewwel anzjani fiha? Jista' jgħid kemm-il parkeġġ fiha din id-Dar tal-Anzjani u fejn jinsabu dawn il-parkeġġi?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Id-Dar tal-anzjani fi Triq l-Imġarr f’Għajnsielem se tospita 119 persuna. Hu maħsub li l-ewwel anzjani jidbdew deħlin fiha fl-aħħar kwart tas-sena 2020, pero’ dan jiddependi fuq ‘tendering procedures’. It-tender ‘Service Tender for the finishing, furnishing, equipping, operating, managing and maintaining of Dar San Ġużepp at Għajnsielem, Gozo as a facility for the long-term care of the elderly’ hu maħsub li tkun pubblikata f’Marzu 2020.

Regolament (UE) 2017/2394 — Obbligi

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 11352, jista’ l-Ministru jgħid fejn waslet il-ħidma li għaliha tagħmel referenza biex allura l-obbligi stabbiliti fir-Regolament (UE) 2017/2394 jiġu implimenti, tenut kont tal-fatt li dan ir-Regoloment tal-UE daħal fis-seħħ fis-17 ta’ Jannar 2020?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat
Leg 13 PQ #12353 Sitting 294 2020-02-03 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Direttiva (UE) 2018/1972 — Implimentazzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk saritx xi ħidma fir-rigward tat-twettiq tal-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2018/1972 u jekk saret fiex tikkonsisti?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Avviż Legali 352 tal-2019 — Penalitajiet

Question

B’referenza għall-Avviż Legali 352 tal-2019, jista’ l-Ministru jgħid jekk uħud mill-penalitajiet fit-Taqsima VI tal-istess Avviż Legali humiex fil-fatt marbuta mad-denominazzjoni ekwivalenti fil-Lira Maltija –per eżempju jekk hemm użati l-ammonti ta’ €2,329.37 (ekwivalenti għal elf Lira Maltija) u €4,658.75 (ekwivalenti għal elfejn Lira Maltija) – u jekk dan hu l-każ għalfejn qed isir hekk tnax-il sena wara li adottajna l-ewro?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorita’ tat-Trasport, li r-reati elenkati fit-Taqsima VI tal-Avviz Legali 352 tal-2019 illi l-pieni għalihom jidhru li mhumiex round figures iżda ċifri biċ-ċentezmi ez. €2,329.37 huma reati li hemm reati identiċi għalihom taħt leġislazzjonijiet oħra. Hekk per eżempju r-reat ta’ sewqan ta’ electric kick-scooter meta dan ma jkunx kopert b’polza t’assigurazzjoni ġġorr l-istess piena kontemplata għar-reat ta’ sewqan ta’ vettura bil-mutur mingħajr liċenzja fl-artikolu 3(1B) tal-Kap. 104 tal-Liġijiet ta’ Malta (Ordinanza dwar l-Assigurazzjoni ta’ Vetturi bil-Mutur għar-Riskji ta’ Terzi Persuni) u għalhekk huwa biss ġust u ekwu li ż-żewġ reati jġorru l-istess piena. L-istess japplika għal ċerti reati oħra kontemplati fit-Taqsima VI tal-Avviz Legali 352 tal-2019 bħal ad eżempju sewqan in eċċess tal-veloċita’ massima permissibbli bil-liġi kontemplata fir-Regolament 9 tal-Avviż Legali 352 tal-2019. Għaldaqstant il-pieni kontemplati fit-Taqsima VI tal-Avviz Legali 352 tal-2019 li jidhru li huma marbuta mad-denominazzjoni ekwivalenti fil-lira Maltija huma għalhekk, il għaliex effettivament meta ġiet addottata l-munita Ewro fis-sena 2008 il-Gvern ta’ dak iż-żmien ma kienx ħa ħsieb biex jirrazzjonaliza l-kwantum tal-pieni iżda minflok il-pieni għar-reati li kienu diġa’ jeżistu dak iż-żmien sempliċement ġew tradotti mil-lira Maltija għall-munita Ewro skont ir-rata tal-kambju li kienet ġiet applikata dak iż-żmien.
Leg 13 PQ #12357 Sitting 294 2020-02-03 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ix-Xewkija – Triq it-Torri Gorgun – xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jsir ix-xogħol fuq Triq it-Torri Gorgun fix-Xewkija? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender biex isir ix-xogħol fuq din it-triq u jekk din hijiex ser titlesta sal-aħħar tas-sena 2020?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onoreovoli Interpellant li ma ħarġitx tender għax-xogħlijiet fuq din it-triq.
Leg 13 PQ #12339 Sitting 293 2020-01-29 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħatra ta’ Direttur (Manutenzjoni u Restorazzjoni)

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 12072 fejn intqal li 'Ninsab infurmat li t-tliet sejħiet għar-rigward tal-pożizzjoni ta’ Direttur (Manutenzjoni u Restorazzjoni) qatt ma ġew ikkanċellati', jista’ l-Prim Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għat-tielet darba konsekuttiva s-sejħa għall-post biex jinħatar Direttur (Manutenzjoni u Restorazzjoni) fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, li ilu vakanti għal aktar minn sentejn, ma ġie magħżul ħadd? Jista’ jgħid x’hemm ippjanat li jsir biex din il-kariga tiġi mimlija fi żmien qasir?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nformat li l-proċess għall-ħatra ta’ Direttur (Manutenzjoni u Restorazzjoni) fil-Ministeru għal-Għawdex, għadu ma ġiex konkluż. Għaldaqstant mhux minnu dak li jgħid l-Onor Interpellant li għat-tielet darba konsekuttiva , ma ġie magħzul ħadd ghal din l-kariga.
Leg 13 PQ #12340 Sitting 293 2020-01-29 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Tender — Negotiated Procedure for the Paving and Embellishment works at Marsalforn Promenade Marsalforn Gozo

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm tibdil fid-disinn jew pjanti tax-xogħol li ser isir fit-tender bin-numru ta’ referenza CT2199/2019 Negotiated Procedure for the Paving and Embellishment works at Marsalforn Promenade Marsalforn Gozo minn meta ngħatat it-tender sal-lum? Jekk iva x'tibdil sar u għaliex sar? Jista' jgħid jekk kienx hemm varjazzjonijiet minn meta ngħatat l-offerta sal-lum fit-tender/ Bill of Quantities oriġinali u jekk iva x' inhuma?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tisbieħ tal-promenade ta’ Marsalforn ilu mwiegħed lir-residenti, lis-sajjieda u lill-operaturi kummerċjali u turistiċi ta’ Marsalforn għal diversi snin. L-implimentazzjoni qed isegwi d-disinji li kienu approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar fl-applikazzjoni no. PA 4263/16, mentri x-xogħlijiet huma deskritti fl-appalt no. CT2199/2019. Dan l-appalt intrebaħ mill-kuntrattur li tefa’ l-irhas offerta wara sejħa pubblika u l-ewwel Fażi tal-proġett ser tikkonċentra fuq iż-żona tal-Menqa.
Leg 13 PQ #12341 Sitting 293 2020-01-29 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

In-Nadur – Triq ir-Ramla — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11210 kollha, kif ukoll mistqosija parlamentari numru 12131 u jgħid jekk ix-xogħol fi Triq ir-Ramla fin-Nadur liema xogħol sar wara li nfetħet ħofra f'parti minn din it-triq sarx b'direct order jew wara sejħa għall-offerti? Jista' jgħid min kienu l-kuntratturi li għamlu x-xogħol u kemm kien il-pagament lil kull kuntrattur li ssupplixxa materjal jew għamel ix-xogħol f'din il-parti ta' Triq ir-Ramla fin-Nadur? X'żamm lill-Ministru milli tagħti din l-informazzjoni fir-risposta tagħha tat-22 ta' Ottubru 2019 meta li fl-aħħar mill-aħħar tinvolvi fondi pubbliċi?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 12131.
Leg 13 PQ #12342 Sitting 293 2020-01-29 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Marsalforn — proġett

Question

B'referenza għall-press conference li ngħatat mill-Ministru għal Għawdex fit-18 ta’ Diċembru 2019 f'Marsalforn dwar il-bidu tal-proġett ta' Paving and Embellishment works at Marsalforn Promenade Marsalforn Gozo, jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ntqal li l-proġett ħa jiġi jiswa madwar 3 miljuni u dan minkejja li t-tender CT2199/2019 Negotiated Procedure for the Paving and Embellishment works at Marsalforn Promenade Marsalforn Gozo ġiet awarded għall-prezz ta' €2,691,452.66? Jista' jgħid lil min ingħatat din l-offerta? Jista' jgħid skont l-istess offerta meta għandu jkun lest ix-xogħol kollu li hemm f'din it-tender? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-disinn u pjanti tax-xogħol konness ma’ din it-tender?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-somma ta' €2,691,452.66 teskludi l-VAT. Il-valur tat-tender li jinkludi l-VAT huwa ta' €3,175,913.36. L-offerta ngħatat lil Simon Grech u x-xogħol skont it-tender għandu jitlesta matul din is-sena. Ix-xogħol konness ma’ dan it-tender qed isir skont il-pjanti tal-Masterplan li ġew approvati mill-Awtorita’ tal-Ippjanar.

Water Services Corporation – sottomissjonijiet lir-REWS

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilmenti ġew sottomessi lir-REWS fir-rigward tal-operat tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma matul l-2019, u f’kull każ, x’kien l-ilment u x’kien l-eżitu finali?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

REWS — uffiċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn mindu twaqqfet ir-REWS fil-2015, kemm attwalment mill-uffiċjali f’ħdan l-istess REWS li issa huma ta’ grad maniġerjali (jew aħjar) professjonali kienu preċedentement impjegati ma’ xi waħda mill-entitajiet regolati mill-istess REWS?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien infurmat li m’hemm l-ebda uffiċjal ta’ grad maniġerjali (jew aħjar) li preċedentament kienu impjegati ma’ xi waħda mill-entitajiet mill-istess REWS.
Leg 13 PQ #12131 Sitting 292 2020-01-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

In-Nadur – Triq ir-Ramla — xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 11210 kollha u tgħid jekk ix-xogħol fi Triq ir-Ramla fin-Nadur liema xogħol sar wara li nfetħet ħofra f'parti minn din it-triq sarx b'direct order jew wara sejħa għall-offerti? Tista' tgħid min kienu l-kuntratturi li għamlu x-xogħol u kemm kien il-pagament lil kull kuntrattur li ssupplixxa materjal jew għamel ix-xogħol f'din il-parti ta' Triq ir-Ramla fin-Nadur? X'żamm lill-Ministru milli tagħti din l-informazzjoni fir-risposta tagħha tat-22 ta' Ottubru 2019 meta li fl-aħħar mill-aħħar tinvolvi fondi pubbliċi?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet saru b’direct order minħabba l-urġenza u l-periklu li kien ikkawżat meta nfetħet it-triq. Il-kuntratturi mqabbdin biex jagħmlu dawn ix-xogħlijet kienu PRAX Concrete Ltd u Anthony G. Bugeja għal-valur totali ta’ € 219,190.34. L-informazzjoni ma setgħetx tingħata qabel peress li kien għad qed jiġu proċessati l-aħħar pagamenti.

Xewkija Għawdex — Gozo Innovation Hub

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12081 u jagħti rendikont tan-nefqa li saret b'rabta mal-inawgurazzjoni tas-7 ta’ Novembru 2019 tal-Gozo Innovation Hub fix-Xewkija Għawdex, proġett iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea? Jista' jgħid kemm hemm nies jaħdmu f'dan l-Innovation Hub u ma' liema kumpaniji qed jaħdmu u jekk fis-7 ta' Novembru meta saret din l-inawgurazzjoni x-xogħol kollu kienx lest jew kienx għad fadal xogħol xi jsir mill-kuntratturi inkarigati? Jista' jgħid jekk ix-xogħol fuq dan il-Hub għadux għaddej?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #12325 Sitting 292 2020-01-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Tender: Framework Agreement for the Provision of General Road Works including the Laying of Asphalt to the Ministry for Gozo

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender MGOZ/MPU/T37/2019 – Framework Agreement for the Provision of General Road Works including the Laying of Asphalt to the Ministry for Gozo li ħarġet fit-23 ta’ Lulju 2019? Jista’ jgħid jekk din it-tender ġietx aġġudikata u jekk iva meta ġiet aġġudikata, x'tip ta’ xogħlijet saru, f’liema toroq u lokalitajiet saru minn din it-tender u x'tip ta' xogħlijiet,f’liema toroq u lokalitajiet hemm ippjanati li jsiru minn din it-tender?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li ġiet ikkonfermata r-rakkomandazzjoni mill-Public Contract Review Board nhar l-14 ta’ Novembru 2019, u wara li ngħata perjodu ta’ 20 ġurnata ċans biex isir appell fil-Qorti, bħalissa għaddejjin l-aħħar preparamenti biex jingħata l-kuntratt. Għaldaqstant, sa issa ma saru l-ebda xogħlijiet b’rabta ma’ dan il-kuntratt.

Tender For The Construction And Resurfacing Of Residential Roads In Various Localities In Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li t-tender IM009/2019 Tender For The Construction And Resurfacing Of Residential Roads In Various Localities In Malta, ġiet irrakomandata li tiġi awarded mat-tieni Evaluation Round u mhux kif jiġri normalment mal-ewwel Evaluation Round?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Tender For The Construction And Resurfacing Of Residential Roads In Various Localities In Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mit-tender IM009/2019 Tender For The Construction And Resurfacing Of Residential Roads In Various Localities In Malta li kienet maqsuma fuq sitt lottijiet u li ġew irrakomandati li jiġu awarded fit-30 ta' Awwissu 2019, jekk ix-xogħol infrastrutturali nbedix, u jekk iva fuq liema lott inbeda x-xogħol fuqu u f’liema xahar u sena hu ppjanat li jibda x-xogħol u jitlesta fuq il-lottijiet kollha?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li meta twaqqfet fis-sajf tal-2018, Infrastructure Malta ġiet fdata bit-twettiq tal-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali f’Malta, b’investiment ta’ €700 miljun f’seba’ snin. Din il-ħidma bdiet fl-2019 permezz ta’ kuntratt li permezz tiegħu Infrastructure Malta se tkun qed tibni mill-ġdid aktar minn 120 triq residenzjali. Fl-aħħar kwart tal-istess sena, l-aġenzija kkonfermat kuntratt ieħor biex il-ħidma tibqa’ għaddejja b’xogħol f’aktar minn 170 triq oħra. Dan il-kuntratt jinkludi sitt lottijiet, li ntrebħu minn żewġ kuntratturi. Wieħed rebaħ erba’ lottijiet u ieħor it-tnejn l-oħra. Fl-aħħar xhur tas-sena li għaddiet iż-żewġ kuntratturi ngħataw l-ordni biex jibdew ix-xogħol fuq erba’ lottijiet, tnejn kull wieħed. Il-kuntrattur li rebaħ erba’ lottijiet ingħata l-ordni biex jibda x-xogħol fuq iż-żewġ lottijiet l-oħra fl-1 ta’ Frar 2020. Il-kuntratturi huma obbligati li jibdew ix-xogħol malli jingħataw l-ordni biex jagħmlu dan. F’każi fejn ix-xogħol ma jibdiex, jew jekk jieqaf, il-kuntratturi jeħlu l-multi applikabbli fl-istess kuntratt. Il-kuntratt indikat jitlob li l-kuntratturi jlestu x-xogħol rikjest fi żmien 70 ġimgħa.

Għawdex – Uffiċċji tal-Awtorità tal-Ippjanar

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn huma l-uffiċċji tal-Awtorità tal-Ippjanar f'Għawdex bħalissa? Jista' jgħid kemm qed titħallas kera għal dawn l-uffiċċji? Jista' jgħid meta ser jibda l-bini ta’ uffiċċji ġodda tal-Awtorità tal-Ippjanar u għaliex dan għadu ma bediex minkejja li l-ħaddiema ilhom li mxew għall-uffiċċji mikrija żmien twil?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lil Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, l-uffiċċji tal-Awtorità tal-Ippjanar f'Għawdex bħalissa jinsabu f’Level 1, Citybel, Triq Santa Marta, Ir-Rabat. L-ammont ta’ kera li qed tħallas l-Awtorità huwa ta’ €3,000 fix-xahar. Għadu mhux stabbilit meta se jibda’ l-bini tal-uffiċċji l-ġodda tal-Awtorità tal-Ippjanar peress li t- tender għax-xogħlijiet qiegħed id-Dipartiment tal-Kuntratti għall- vetting .
Leg 13 PQ #12338 Sitting 292 2020-01-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Ir-Rabat – Pjazza Indipendenza – zebra crossing

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex iż-zebra crossing li hemm fi Pjazza Indipendenza fir-Rabat, Għawdex ma fihomx dwal u ma hemm l-ebda tabella li turi li hemm zebra crossing?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din iż-zebra crossing taqa taħt ir-responsabilta’ tal-Kunsill Lokali tal-Belt Victoria u għaldaqstant din il-mistoqsija għandna tiġi indirizzata lill-Ministeru kkonċernat.

Forzi Armati ta’ Malta — helipad

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' studju u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja u pjanti ta' dawn l-istudji biex issir it-tkabbir tal-helipad tal-Forzi Armati ta' Malta ġewwa Għawdex biex tilħaq il-ħtiġijiet militari ġodda?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-Onor. Interpellant għandu jkun infurmat illi l-istudju msemmi għadu għaddej u għadu ma tlestiex. Dan minħabba proġetti oħra militari meqjusa iktar ta’ prijorità mill-imsemmi proġett u l-FAM bħalissa qed taħdem fuqhom.