Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #12687 Sitting 301 2020-02-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali

Għawdex – akkomodazzjoni soċjali – lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, sena b'sena mill-2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kienet il-lista ta' persuni li qed jistennew akkomodazzjoni soċjali f’Għawdex?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ persuni li qed jistennew akkomodazzjoni soċjali f’Għawdex huwa ta’ 57. Hawn taħt hawn l-informazzjoni mitluba: Sena Total Sal-31 ta’ Diċembru 2013 44 Sal-31 ta’ Diċembru 2014 41 Sal-31 ta’ Diċembru 2015 36 Sal-31 ta’ Diċembru 2016 50 Sal-31 ta’ Diċembru 2017 57 Sal-31 ta’ Diċembru 2018 63 Sal-31 ta’ Diċembru 2019 56 Sal-31 ta’ Jannar 2020 57
Leg 13 PQ #12688 Sitting 301 2020-02-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

In-Nadur Għawdex –- Triq il-Madonna ta’ Fatima, Triq it-Torri ta’ Kennuna – xogħlijiet

Question

B’referenza għall-hand quotation li ħarġet reċentement biex isir xogħol fi Triq il-Madonna ta' Fatima u fi Triq it-Torri ta' Kennuna, fin-Nadur Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid: a. Min kienu n-nies tekniċi involuti li ħejjew din il- hand quotation , x'tip ta’ dokumenti ħejjew u d-dati meta ġew imħejjija pjanti ( road build up , disinni, eċċ.) ma’ din il- hand quotation ? b. Kif intgħażlu, min għażilhom u kemm tħallsu għax-xogħol li għamlu s’issa dawn in-nies tekniċi? c. X'tip ta’ xogħol għamlu s’issa dawn in-nies tekniċi? d. Jekk f'din il-hand quotation kienx hemm ir-road build up u disinni relatati max-xogħol infrastrutturali li għandu jsir fuq dawn iż-żewġ toroq u jekk le fuq liema kriterji l-kuntratturi tefgħu l-offerti tagħhom? e. Jekk il-pjanti (road build up eċċ,) tax-xogħol li għandu jsir fuq dawn iż-żewġ toroq sarux qabel ma ħarġet din il-hand quotation u ngħatawx lil kuntratturi li ntbagħtitilhom din il-hand quotation u jekk le x’inhuma r-raġunijiet; f. Jekk ir-road build up/pjanti eċċ, humiex ser isiru wara li tiġi awarded din il-hand quotation? g. Min kienu l-kuntratturi li bagħtu l-kwotazzjoni u kemm kien il-valur li ntefa' minn kull kuntrattur? h. Min intgħażel biex jagħmel dan ix-xogħol? i. Meta hu mistenni jibda x-xogħol u meta ser ikun lest minn kollox?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hand quotation ġiet imħejjija minn Perit tal-Ministeru, fejn ġiet inkluża referenza għal standards ta’ Transport Malta. Il-hand quotation inħadmet fuq speċifikazzjonijiet tekniċi minn Transport Malta, bil-kuntratturi jingħataw Bill of Quantities li fuqu riedet tingħata offerta. Dan il-Bill of Quantities jirrifletti l-mod ta’ kif se tkun qiegħda tinbena t-triq. Il-proċess, permezz ta’ Negotiated Procedure, qiegħed fi stadju avvanzat li jitlesta bil-pjan li l-kuntratt għal dan ix-xogħol jingħata fil-ġimgħat li ġejjin. Il-kuntrattur ikun rikjest li jibda x-xogħlijiet b’mod immedjat. L-informazzjoni dwar il-kuntratturi li tefgħu l-offerta qegħda fuq in-notice board tal-Ministeru.
Leg 13 PQ #12689 Sitting 301 2020-02-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Pixxina

Question

In vista tal-fatt li l-pixxina ta' Għawdex ilha mwiegħda s-snin, jista’ l-Ministru jgħid: a. X'kien it-tibdil prinċipali li sar mill-pjanti u proġett oriġinali li kien tħejja fil-leġiżlatura 2013-2017 għal dak li hemm bħalissa; b. Peress li oriġinarjament il-proġett kien ser isir taħt xi forma ta' PPP, għadu dan il-ħsieb u jekk iva jista' jpoġġi kopja tal-ftehim mal-privat fuq il-Mejda tal-Kamra? c. Kemm kienet l-ispiża fuq pjanti, konsulenzi eċċ, fuq il-pjanti tal-proġett oriġinali li issa ġie mibdul u lil min tħallsu? d. Liema xogħol sar s’issa fuq dan il-proġett, mil-liema kuntrattur sar u kemm tħallas ta' dan ix-xogħol? e. Meta hu mistenni li jitkompla x-xogħol fuq dan il-proġett u meta hu maħsub li tkun lesta din il-pixxina?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-pjanti tal-proġett tal-pixxina nbidlu minn dawk li kienu tħejjew fil-legiżlatura ta’ bejn l-2013 u l-2017, liema proġett kien se jsir taħt forma ta' PPP imma issa se jinbena minn fondi nazzjonali. Ix-xogħol diġa' beda fejn it- tender għall-iskavar tas-sit ġiet mirbuħa minn Little Rock Quarry Ltd għal ammont ta’ €283,493.83. Kien hemm spiża tal-Archaeological Monitor, Joseph Grima, ta' €7,046.96. Sar ukoll pagament €45,000 lil MBRV Consultants Ltd għal servizzi ta’ konsulenza fuq Structural and Civil Engineering. Min-naħa l-oħra, it-'Tender for the civil and finishes works to construct New Gozo Aquatic Center Adjacent and Integrated to the Existing Sports Complex in Gozo' għalqet fl-10 ta' Diċembru u kien hemm tlett sottomissjoniet. Bħalissa għaddejja l-evalwazzjoni ta' dawn l-offerti. Ix-xogħol fuq il-pixxina mistenni jkompli meta l-proċeduri tat-tender jiġu konkluzi. Fix-xhur li ġejjin mistennija toħroġ tender oħra għal Mechanical and Electrical Services. Ix-xogħol fuq dan il-proġett hu ppjanat li jkun lest is-sena d-diehla.
Leg 13 PQ #12819 Sitting 301 2020-02-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Bajja ta’ San Blas – rimedju għall-ħsara kawża tal-maltemp

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu sa issa biex tiġi rimedjata l-ħsara enormi li saret fil-Bajja ta' San Blas fil-maltemp li għamel fix-xitwa tas-sena l-oħra? X’inhu l-pjan ta' xogħlijiet f'din il-bajja qabel jibda s-sajf 2020? Hemm il-ħsieb li jsir xi intervent biex din il-bajja terġa’ tkun bir-ramel peress li fil-maltemp imsemmi, ir-ramel li kien hemm telaq kważi kollu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 12682. Ma neskludux li ‘l quddiem tigi esplorata l-idea li jittella r-ramel sabiex tikber il-bajja wara li jigu ikkonsultati l-awtoritajiet responsabbli.
Leg 13 PQ #12678 Sitting 300 2020-02-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Bini ta’ Yacht Marina u Cruise Liner Passenger Terminal

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra fuq l-aħħar żviluppi dwar il-bini ta’ yacht marina u cruise liner passenger terminal li l-Gvern Laburista ħareġ espressjoni ta’ interess għalihom eżatt wara li tela’ fil-Gvern f’Marzu 2013 u dan peress li issa għaddew aktar minn sitt snin minn dakinhar u ma ssemma xejn iżjed dwarhom? Jista’ tgħid jekk dawn il-proġetti hux ser isiru u jekk l-espressjoni ta’ interess li kienet inħarġet, għadhiex għaddejja jew jekk ġietx imwaqqfa?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess tal-Espressjoni ta’ Interess (EOI) rigward l-proġett għal Konċessjoni għad-Disinn, Bini u Operat ta’ Cruise Liner Terminal u Yacht Marina fil-Gżira ta’ Għawdex, kien konkluż u kien għadda għall-stadju ta’ Rikjesta għall-Proposti (RFP). Il-kumitat imwaqqaf mill-Privatisation Unit, kien evalwa s-sottomissjoni li rcieva u isottometta r-rapport b’rakommadazjonijiet tiegħu. F’dan l-istadju, in-negozjati mal-proponent li ġie magħżul għadhom għaddejin. Il-Gvern, tramite il-Privatisation Unit, qed jistenna l-eżitu ta’ diskussjonijiet.
Leg 13 PQ #12679 Sitting 300 2020-02-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Xagħra Għawdex – proġett tal-Għar ta’ Calypso

Question

B'referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 10088 u 12079, jista' l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-proġett tal-Għar ta' Calypso ġewwa x-Xagħra Għawdex u jgħid jekk tlestewx it-3D scanning kollha tas-sit u tal-għar u studji oħra, x'kienu l-konklużjonijiet u f'liema xahar tas-sena 2020 hu ppjanat li jibda x-xogħol infrastrutturali?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-3D scanning kollha tas-sit u tal-għar u studji oħra tlestew. Bħalissa qed jitħejjew id-disinni biex tiġi sottomessa applikazzjoni quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar.

L-Għarb Għawdex – Triq il-Madonna tal-Virtut — asfalt

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 11963, jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq il-Madonna tal-Virtut fl-Għarb Għawdex ingħatatx it-tieni kisja tarmac? U jekk le x'inhuma r-raġunijiet li għadha ma ngħatatx it-tieni kisja tarmac u f’liema xahar u sena hu ppjanat li tingħata t-tieni kisja tarmac?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ l-Għarb Għawdex qiegħed f’diskussjonijiet mal-kuntrattur sabiex jinbeda ix-xogħol. B’riżultat ta’ dan huwa previst li x-xogħol jibda u jispiċċa tul ix-xahar ta’ Frar.
Leg 13 PQ #12681 Sitting 300 2020-02-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Triq l-Imġarr,in-Nadur, u Triq Sant Antnin, Għajnsielem - xogħol

Question

B'referenza għax-xogħol li għandu jsir fuq Triq l-Imġarr fin-Nadur, u li għaddej fi Triq Sant Antnin f'Għajnsielem - it-triq li twassal min-Nadur sal-Port tal-Imġarr, jista’ l-Ministru jgħid: 1. jekk hux ser isir storm water culvert minħabba l-ilmijiet kbar li jinżlu minn dawn iż-żewġ toroq; 2. jekk hux ser isiru walk through culvert biex is-servizzi jgħaddu minn ġo fihom u hekk qatt ma jkun hemm bżonn li jinqalgħu dawn iż-żewġ toroq arterjali; u 3. kemm-il kisja ta’ asfalt ser jingħataw dawn iż-żewġ toroq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ser issir storm water culvert tul it-triq kollha, u huwa previst li s-servizzi se jgħaddu minn shallow culvert. Fir-rigward tal-kisi tal-asfalt, dan ser isir skont il-linji gwida ta’ Transport Malta.
Leg 13 PQ #12682 Sitting 300 2020-02-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Nadur – Bajja ta’ San Blas – xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema xogħlijiet saru fil-Bajja ta’ San Blas fin-Nadur, Għawdex, wara l-ħsarat kbar li kien hemm f'din il-bajja konsegwenza tal-maltemp qawwi li għamel fix-xitwa li għaddiet? Jista' jelenka x-xogħol li sar sa qabel beda s-sajf 2019 u x'tip ta' xogħlijiet hemm ippjanati li jsiru qabel jibda s-sajf 2020?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xoghol li sar s’issa jikkonsisti fi tneħħija ta’ materjal. Sa dan it-tant huwa ppjanat li jitkompla x-xogħol marbut mal-bini ta’ ħitan u bini tat-triq.

Ix-Xagħra Għawdex — - Eks Miżbla tal-Qortin - xogħlijiet ta’ titjib

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11400, jista' l-Ministru jgħid jekk ħarġitx it-tender u ġietx awarded biex isiru xogħlijiet ta' titjib fil-Qortin fix-Xagħra Għawdex li jinkludi fih installazzjoni ta' pompi u xogħol relatat? Jekk le x'inhuma r-raġunijiet li t-tenders għadhom ma ħarġux u f’liema xahar u sena huma ppjanati li joħorġu?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant li t-tender ghal xoghol ta’ titjib kien gie ppubblikat fis-6 ta’ Awwissu u baqa’ fuq is-suq sal- 11 ta’ Settembru 2018. Minkejja dan, l-ebda kuntrattur ma kien issottometta offerta ghal dan il-progett. Ghal dan il-ghan, gie ppreparat tender iehor li kien jinkludi mizuri addizzjonali ta’ accessibilita ghal kulhadd. Dan it-tender rega’ gie vvettjat mid-Dipartiment tal-Kuntratti. Peress, li l-Awtorita’ tal-Ippjanar ghadha qeghda tikkonkludi l-ipprocessar ta’ l-applikazzjoni, jien infurmat li t-tender se jigi ppublikat hekk kif johrog il-permess.
Leg 13 PQ #12664 Sitting 299 2020-02-17 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Nadur Għawdex – Triq tal-Ħanaq u Triq ir-Ramla — tarmac

Question

Jista' l-Ministru jgħid sa meta hu maħsub li titlesta Triq tal-Ħanaq u parti minn Triq ir-Ramla fin-Nadur, li ħames snin ilu b'għaġġla qabel l-elezzjoni tal-Kunsill Lokali ngħataw kisja tarmac mill-Ministeru għal Għawdex u baqgħu sal-lum ma tlestewx bil-konsegwenza li x-xogħol li sar saritlu ħafna ħsara, tant li t-tarmac li sar f'ħafna postijiet niżel u f'postijiet oħra nqasam?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru qed jimxi skont programm ta’ prijoritajiet għall-Infrastruttura f’Għawdex.

Reati f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid: 1) kemm-il serqa ġiet rappurtata f'Għawdex fis-sena 2018 u kemm-il serqa ġiet rappurtata fis-sena 2019? 2) kemm-il persuna nqabdet bid-droga ta' kull tip f'Għawdex fis-sena 2018 u kemm-il persuna nqabdet bid-droga ta' kull tip f'Għawdex fis-sena 2019? 3) kemm-il ġlieda ġiet rappurtata f'Għawdex matul is-sena 2018 u kemm-il ġlieda ġiet rappurtata fl-istess gżira matul is-sena 2019? 4) kemm-il persuna taħt l-età nqabdet f'postijiet tad-divertiment f'Għawdex fejn ma jistgħux jidħlu persuni taħt is-sittax-il sena fis-sena 2018 u kemm inqabdu fl-2019? 5) kemm-il persuna f'Għawdex inqabdet tpejjep f'postijiet pubbliċi fejn ma jistax isir tipjip fis-sena 2018 u kemm-il persuna nqabdet fis-sena 2019?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li mill-informazzjoni miġbura mill-Pulizija, l-ammont ta’ każi kif elenkati mill-Onor. Interpellant li seħħew ġewwa Għawdex fis-snin 2018 u 2019, kienu kif jidher fit-tabella hawn taħt: Dettalji 2018 2019 1. Ammont ta’ serq li ġie rappurtat f’Għawdex 233 276 2. Numru ta’ persuni li nqabdu bid-droga ta’ kull tip f’Għawdex 39 57 3. Ammont ta’ każi ta’ ġlied li ġie rappurtat f’Għawdex 57 66 4. Numru ta’ persuni taħt l-età li nqabdu f’postijiet tad-divertiment f’Għawdex 0 0 5. Numru ta’ persuni li nqabdu jpejpu f’postijiet pubbliċi f’Għawdex 7 10
Leg 13 PQ #12666 Sitting 299 2020-02-17 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Nadur Għawdex – Triq l-Imġarr — xogħol

Question

Jista' l-Ministru, b'referenza għax-xogħol li kien inbeda madwar sena u nofs ilu fi Triq l-Imġarr fin-Nadur, it-triq li twassal min-Nadur sa Għajnsielem, u li issa ilu wieqaf għal ħafna xhur, jgħid: 1) Min huma l-perit, ġeoloġista u esperti oħra inkarigati minn din it-triq? 2) Kif intgħażlu dawn il-persuni u min kienu l-persuna/i li għażilhom kif ukoll id-data meta ġew magħżula? 3) Kemm ilhom jaħdmu fuq din it-triq u kemm tħallsu s’issa kull wieħed u waħda minnhom? 4) Kemm-il siegħa xogħol għamlu kull wieħed u waħda relatati ma’ din it-triq u kemm qed jitħallsu kull wieħed ta' kull siegħa xogħol li jagħmlu? 5) Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha li ħejjew dawn l-esperti relatati ma’ din it-triq u d-dati meta ħejjew dawn id-dokumenti?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-perit inkarigat minn din it-triq hu Perit mill-Ministeru, filwaqt li l-espert li kien inkarigat minn din it-triq hu l-Perit Adrian Mifsud. Din il-persuna ntgħażlet a bażi tal-esperjenza u l-ħiliiet tekniċi tagħha. Tħallas is-somma €33,451.50 (VAT eskluż). Il-Ministeru se jkun qiegħed juża s-servizzi ta’ esperti neċessarji biex triq li ilha magħluqa għal xhur twal jibda x-xogħol fuqha mill-aktar fis possibbli. Din it-triq hija prijorita’ ewlenija għal Ministeru għal Għawdex.
Leg 13 PQ #12675 Sitting 299 2020-02-17 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Rabat Għawdex – bini ta’ skola primarja ġdida

Question

Jista' l-Ministru, in vista tal-fatt li issa għaddew sitt snin minn meta ġiet imwiegħda skola primarja ġdida fir-Rabat, Għawdex, jgħid: 1) Meta hu mistenni li tilqa' fiha l-ewwel studenti l-iskola primarja ġdida tar-Rabat, Għawdex? 2) Fl-aħħar seba’ snin kemm-il sit ġie identifikat biex fih issir din l-iskola primarja tar-Rabat? 3) F'kull każ għaliex is-sit ġie mibdul, min ħa d-deċiżjoni li jiġi mibdul u x'kienu r-raġunijiet għall-bidla tas-sit? 4) Kemm intefqu flus fuq pjanti, konsulenzi, ħruġ ta’ tenders u xogħol fuq kull wieħed mis-siti li kienu ġew magħżula biex fih tinbena l-iskola primarja tar-Rabat? 5) Għaliex ittieħdet id-deċiżjoni li l-iskola primarja ssir fuq l-istess sit fejn hemm l-iskola medja (middle school) ta’ Għawdex kollu? 6) Jekk jaħsibx li post l-iskola primarja ma għandux ikun fuq l-istess sit ta’ skola medja? 7) Kemm-il parkeġġ ser ikun fiha l-iskola primarja tar-Rabat Għawdex? 8) Kemm ser tkun tista’ tieħu studenti bħala numru massimu din l-iskola primarja? 9) Kif ser jiġi kkumpensat il-parkeġġ li ser jintilef bil-bini ta' din l-iskola primarja fiċ-ċentru tar-Rabat, Għawdex, u ċjoè l-parkeġġ tal-ground tal-istess skola li issa ser jispiċċa u l-parkeġġ ta' ħdejn il-kumpless Arkadia li ser jispiċċa wkoll? 10) Jekk il-Ministru jaħsibx li jkun aħjar li jinstab sit aktar addattat għall-bini ta' skola primarja ġdida fir-Rabat?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li r-risposti, fl-istess ordni numeriku tad-diversi mistoqsijiet li saru f'din l-interpellanza, huma kif ġej: 1) L-iskola mistennija tilqa’ l-ewwel tfal matul is-sena skolastika 2023-2024. 2) Mir-rekords tal-FTS jidher li l-Fondazzjoni kienet involuta f’żewġ siti. 3) L-ewwel sit propost mit-tnejn imsemmija hawn fuq ma kienx skedat mill-Awtorità tal-Ippjanar għal skopijiet edukattivi. 4) Fuq iż-żewġ siti msemmija hawn fuq l-FTS nefqet b’kollox sa issa €173,581 (VAT inkluża) 5) Id-deċiżjoni ttieħdet invista li dan is-sit hu skedat mill-Awtorità tal-Ippjanar għal faċilitajiet edukattivi. Apparti minn hekk, jagħmel ħafna sens li l-Iskola Primarja l-ġdida fir-Rabat, Għawdex, tkun fil-kampus edukattiv li diġà jinsab fl-istess belt. 6) It-tweġiba ngħatat f’numru 5. 7) Apparti l-parkeġġ eżistenti fl-istess kampus, qed isiru diskussjonijiet bejn il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada (FTS) u l-Ministeru għal Għawdex dwar l-aħjar mod kif jistgħu jiżdiedu l-faċilitajiet ta’ parkeġġ fis-sit in kwistjoni. 8) 500 student. 9) It-tweġiba qed tingħata f’numru 7. 10) Il-Ministeru kien esplora diversi siti u kkonkluda li l-kampus eżistenti ikun idoneu biex ikun l-ewwel kampus f'Malta li jiġbor is-servizzi minn childcare sal-iskola post-sekondarja.

Xewkija Għawdex – Triq Santa Eliżabetta — xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għadu ma nbediex ix-xogħol ta’ bini mill-ġdid u storm water culvert fuq Triq Santa Eliżabetta fix-Xewkija Għawdex? Jista' jgħid f’liema xahar u sena hu ppjanat li jinbeda u jitlesta x-xogħol ta' bini mill-ġdid fl-imsemmija triq peress li din it-tender maħruġa mill-kunsill lokali tax-Xewkija ilha li ġiet awarded mit-28 ta' Awwissu 2019?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li x-xogħol ta’ bini fi Triq Santa Eliżabetta fix-Xewkija hu ppjanat li jinbeda f’ Marzu ta’ din is-sena. Ix-xogħol huwa mistenni li jdum madwar tnax-il ġimgħa.
Leg 13 PQ #12677 Sitting 299 2020-02-17 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ir-Rabat Għawdex – Triq it-Taflija – xogħlijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 12150, jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li fi Triq it-Taflija fir-Rabat Għawdex, kważi fit-tarf tagħha, tpoġġiet pjanċa kbira tal-ħadid fit-triq u għadha hemm? X’inhu jagħmel il-Ministeru biex din il-pjanċa tal-ħadid titneħħa malajr kemm jista’ jkun minn din it-triq, peress li f’din il-parti tat-triq minħabba din il-pjanċa apparti li hi ta' periklu kbir, għax ma jgħaddux żewġ karozzi kontra xulxin? Ħarġet tender jew intalbu kwotazzjonijiet biex isir ix-xogħol? U jekk le x'inhuma r-raġunijiet li għadu ma sar xejn?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa din it-triq qed tintuża bħala triq alternativa għal toroq u inħawi oħrajn, fejn bħalissa għadejjin proġetti infrastrutturali. Ix-xogħol fl-imsemmija triq se isir immedjatament hekk kif jitlestew ix-xogħlijiet infrastrutturali li qed isiru bħalissa.
Leg 13 PQ #12505 Sitting 298 2020-02-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Triq li twassal mir-Rabat għal Marsalforn — xogħlijiet

Question

B'referenza għax-xogħol proġettat li se jsir fuq it-triq li twassal mir-Rabat, Għawdex sa Marsalforn, jista’ l-Ministru jgħid: a. meta nħareġ it-tender għal xogħol fuq din it-triq; b. fiex ser ikun jikkonsisti x-xogħol fuq din it-triq; c. min kienu l-offerenti, kemm kien il-prezz ta' kull wieħed u lil min ġiet awarded it- tender; d. min kien il-Perit jew ditta ta' Periti li lestiet id-disinn tat-triq u kemm kienet l-istima li ippreparaw dawn il-Periti; e. jista' jpoġġi kopja tad-disinni ta' din it-triq fuq il-Mejda tal-Kamra; f. kemm-il siġra u arbuxxell minn dawk preżenti matul din it-triq huma mistennija li jinqalgħu minħabba dan ix-xogħol; g. meta ser jingħata bidu għal dan ix-xogħol u meta huwa ppjanat li jkun lest; u h. kemm minn dan ix-xogħol ser ikun iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea u sa meta jridu jintużaw dawn il-fondi?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender għal din it-triq ħareġ fid-9 ta’ Ottubru 2019 u għalaq fl-14 ta’ Jannar 2020. Ix-xogħol jikkonsisti fil-bini mill-ġdid, u resurfacing tat-triq li tagħti mill-Belt Victoria sa’ Marsalforn. Il-proġett jinkludi wkoll bini ta’ triq ġdida li tgħaqad Triq Patri Ġacintu Camenzuli ma’ Triq Ġorġ Pisani. L-offerenti kienu dawn: Road Construction Co. Ltd. €12,498,521.13 GP Gozo Consortium €8,943,310.02 Il-perit inkarigat minn dan il-proġett huwa William Lewis. Bħalissa għaddej proċess ta’ evalwazzjoni tal-offerti. Ix-xogħol jinbeda ladarba jiġi awarded it-tender, bix-xogħol ppjanat li jieħu 42 ġimgħa. Tnejn fil-mija tal-fondi se jkunu ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea. Dawn il-fondi jridu jintużaw sal-aħħar tas-sena. Kopja tad-disinn ta’ din it-triq jinstab fuq din il-link https://www.etenders.gov.mt/epps/cft/prepareViewCfTWS.do?resourceId=5920450. Min-naħa l-oħra, it-tweġiba għal mistoqsija F, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #12546 Sitting 298 2020-02-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Bini ta’ Qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhu l-pjan preżenti dwar il-bini ta' Qorti ġdid f'Għawdex u in vista ta' dak li ġara fl-aħħar snin, jista’ jgħid: a. kemm kienet in-nefqa totali fuq il-pjanti u ħruġ ta' tenders li saru biex il-bini ġdid jinbena fi Pjazza l-Assedju ta' Għawdex fir-Rabat, Għawdex; b. min tħallas u kemm tħallas għax-xogħol li sar fuq il-pjan biex jinbena Qorti ġdid fi Pjazza l-Assedju ta' Għawdex fir-Rabat, Għawdex; c. min ħa d-deċiżjoni li l-Qorti ma jsirx fi Pjazza l-Assedju ta' Għawdex fir-Rabat, x'kienet ir-raġuni li ttieħdet din id-deċiżjoni u meta ttieħdet din id-deċiżjoni; d. kemm kienet in-nefqa totali fuq il-pjanti, proċess ta' konsultazzjoni, periti u affarijiet oħra konnessi mal-pjan li l-Qorti l-ġdid ta' Għawdex jinbena fix-Xewkija fiż-Żona Industrijali; e. min tħallas u kemm tħallax għax-xoghol li sar fuq il-pjanti u xogħol ieħor relatat biex il-Qorti jinbena fiż-Żona Industrijali tax-Xewkija; f. min ħa d-deċiżjoni li l-Qorti ma jsirx fiż-Żona Industrijali tax-Xewkija, x'kienet r-raġuni li ttieħdet din id-deċiżjoni u meta ttieħdet din id-deċiżjoni; u g. x'ser jsir fl-immedjat biex il-Qorti ta' Għawdex fiċ-Ċittadella li jintuża ta' kuljum min-numru kbir ta' anzjani u nies b'diżabilità, jsir aċċessibbli?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #12547 Sitting 298 2020-02-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

In-Nadur – Triq l-Imġarr — xogħlijiet

Question

B’referenza għax-xogħol li għaddej fuq Triq l-Imġarr fin-Nadur, it-triq li twassal min-Nadur sal-port tal-Imġarr, jista’ l-Ministru jgħid: a. kemm ilha magħluqa għat-traffiku din it-triq; b. meta nbeda x-xogħol fuq din it-triq u għaliex fl-aħħar xhur ix-xogħol kien wieqaf għal kollox; c. jista’ jpoġġi kopja tal-pjanti u disinni li ser u qed jintużaw fix-xogħol li qed isir fuq din it-triq; d. liema xogħol ser ikun qed isir fuq il-ground tal-football tan-Nadur; e. meta nħarġet it-tender għal dan ix-xogħol, lil min ingħatat u kemm hu l-valur tat-tender; f. liema xogħol kien sar fuq din it-triq qabel inħarġet it-tender, kemm sewa dan ix-xogħol, liema kuntrattur għamlu u jekk dan ix-xogħol tħallasx; g. min hu l-Perit inkarigat mix-xogħol fuq din it-triq; h. jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra permessi li nkisbu għax-xogħol li jrid isir mill-Awtorità tal-Ippjanar u mill-Awtorità tal-Ambjent; u i. meta hu maħsub li jitkompla x-xogħol fuq din it-triq u meta hu mahsub li din it-triq tinfetaħ għall-użu tal-pubbliku?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fit-triq imsemmija beda f’Settembru ta’ 2018. Madankollu, ix-xogħol ta’ skavar kellu jieqaf meta nstab tafal partikolari u li għaldaqstant kien jirrekjedi li jsiru testijiet tekniċi u dettaljati kemm tal-qagħda tal-post kif ukoll kif għandha tinbena din it-triq mill-ġdid. It-tender ħarġet fit-23 ta’ Mejju 2019 u ġiet awarded fis-16 ta’ Lulju 2019. It-tender li giet awarded kella valur ta’ €7,992,359.01. Ix-xogħol ta’ skavar sewa madwar €120,000. Il-kuntrattur kien Road Construction, filwaqt li l-Perit inkarigat minn dan il-proġett ingenerali sa issa qieghed f’idejn Perit mill-Ministeru għal Għawdex. Peress li x-xogħol se jsir fuq l-istess linji tat-triq oriġinali, il-proċess ta’ permessi mhux meħtieġa. Ix-xogħol se jitkompla la darba jitlestew u joħorġu r-riżultati tat-testijiet ġeologiċi kollha u d-disinn finali ta’ kif se tinbena mil-ġdid din it-triq. Il-Ministeru itenni li t-tkomplija u t-tlestija ta’ din l-imsemmiha triq hija fuq quddiem nett ta’ l-agenda infrastrutturali f’Ghawdex u ser jassigura li issir minghajr aktar dewmien. Ir-residenti Nadurin jixirqilhom triq ta’ l-ghola livell li tghaqqad lil dan ir-rahal mal-port ta’ l-Imgarr.
Leg 13 PQ #12573 Sitting 298 2020-02-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk wara l-ħatra tal-Kabinett fejn huwa ġie maħtur bħala Ministru għal Għawdex, il-kumpanija Gozo Channel baqgħetx taqa' taħt il-Ministeru għal Għawdex? Jekk iva, jista' jghid: A. Kemm hu n-numru ta' ħaddiema li huma impjegati direttament mal-kumpanija Gozo Channel u f'liema grad huma impjegati; B. Kemm hu n-numru ta' ħaddiema li jaħdmu mal-kumpanija tramite kuntratti mogħtija lill-kumpaniji privati biex jipprovdi servizz ta' ħaddiema? F'liema oqsma jaħdmu dawn il-ħaddiema; C. Liema huma l-kumpaniji li għandhom kuntratt biex joffru s-servizz ta' ħaddiema u kif ingħataw dan il-kuntratt? Kemm tħallset kull kumpanija matul is-sena 2019; D. F'liema sena kienu ppubblikati l-aħħar darba l- accounts tal-kumpanija jew kumpanija li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex u li joffru s-servizz tal-vapuri bejn Malta u Għawdex; u E. Jista' jpoġġi kopja ta' dawn l-aħħar accounts li ġew ippubblikati fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija Gozo Channel (Operations) Ltd baqgħet taħt ir-responsabilita’ tal-Ministeru għal Għawdex. Il-kumpanija għandha 175 impjegat tagħha kif ukoll 101 tal-kuntratturi privati. Min-naħa l-oħra, il-kumpaniji li għandhom kuntratt, li kien ingħata wara ħruġ ta’ tender, biex joffru s-servizz ta' ħaddiema huma, JF Services Ltd, TBS Joint Venture, Grange Services Ltd, Support Services Ltd u Signal 8 Security Services Malta Ltd.