Legislature:
Category:
Reset
Active:

Malta Digital Innovation Authority — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati professjonisti fi ħdan il-Malta Digital Innovation Authority, u x’inhi l-funzjoni ta’ wieħed minnhom? Kemm minnhom huma nisa? Jista' jgħid minn mindu twaqqfet il-Malta Digital Innovation Authority, kemm-il darba ltaqa’ l-Bord tat-tmexxija tagħha, xahar b’xahar? Jista' jgħid minn mindu twaqqfet il-Malta Digital Innovation Authority qatt ittieħdet xi azzjoni regolatorja mill-istess Awtorità, u jekk iva fil-konfront ta’ liema ksur tal-liġi jew deċiżjoni?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-kamra.
Leg 13 PQ #12931 Sitting 304 2020-03-03 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Marsalforn — Żona tal-Menqa - proġett - perit

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-proġett li għaddej bħalissa ta' pavimentar ġewwa ż-żona tal-Menqa f'Marsalforn, min hu l-perit inkarigat minn dan il-proġett?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għal dan il-proġett tqabbad perit tal-Ministeru.
Leg 13 PQ #12932 Sitting 304 2020-03-03 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Pjazza San Franġisk — concrete ready-mix

Question

Jista’ l-Ministru jgħid s'issa kemm intużaw metri kubi ta' concrete ready-mix, kif ukoll min kejjel (jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra isem, kunjom u grad tal-individwu/individwi) u xi grad ta' ready-mix hu, fil-Proġett ta’ riġenerazzjoni ta’ Pjazza San Franġisk ġewwa r-Rabat Għawdex? Jista' jgħid kemm-il test sar, min għamel dawn it-testijiet (jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra isem, kunjom u grad tal-individwu/individwi) u fiex kienu jikkonsistu dawn it-testijiet min-naħa tal-Ministeru għal Għawdex s'issa u f’liema ġurnata, ħin tal-ġurnata u xahar saru u x'kien l-eżitu ta’ dawn it-testijiet kif ukoll jgħid ġewwa liema laboratorji saru dawn it-testijiet u jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CAMILLERI, CLINT)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 13 PQ #12933 Sitting 304 2020-03-03 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Lista ta' entitajiet pubbliċi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jipprovdi lista komprensiva tal-entitajiet kollha pubbliċi jew li fihom il-Gvern għandu xi forma ta’ kontroll u jelenka kull entità taħt liema Ministru taqa’?

Response (ABELA, ROBERT)

Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra

Regolament (UE) 2017/2394 — obbligi

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 11352, tista’ l-Ministru tgħid fejn waslet il-ħidma hemm imsemmija f’dik it-twegiba biex allura l-obbligi stabbiliti fir-Regolament (UE) 2017/2394 jiġu implimentati, tenut kont tal-fatt li dan ir-Regoloment tal-UE daħal fis-seħħ fis-17 ta’ Jannar 2020 u suppost Malta hi diġà konformi?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11746 fejn hemmhekk ingħatat informazzjoni dwar l-istat ta’ ħidma tal-Awtoritajiet kompetenti nazzjonali l-oħra li jaqgħu taħt dan ir-Regolament. Ta’ min isemmi li fir-rigward tal-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur, l-emendi proposti huma lesti u ser jiġu ppreżentati għall-konsultazzjoni fil-jiem li ġejjin u eventwalment jiġu mqiegħda quddiem il-Parlament. Fil-każ tal-Awtoritajiet kompetenti nazzjonali l-oħra, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni għandha l-emendi proposti lesti u qegħdin jiġu kkunsidrati. L-Awtoritaà Maltija tat-Turiżmu u l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta qegħdin iħejju l-emendi fil-leġiżlazzjoni tagħhom, fejn fil-każ tal-Awtorita’ għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta l-emendi meħtieġa huma minuri sabiex ikunu kompletament konformi mar-Regolament.

MCA — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm attwalment mill-uffiċjali fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) li issa huma ta’ grad maniġerjali (jew aħjar) jew professjonali, kienu preċedentement impjegati ma’ xi waħda mill-entitajiet regolati mill-istess MCA mill-2015 s’issa?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA), għandha attwalment zewġ (2) uffiċjali fi grad maniġerjali (jew aħjar), jew professjonali, li bejn l-2015 s’issa kienu impjegati ma’ xi waħda mill-entitajiet regolati mill-MCA fl-oqsma tas-servizzi elettroniċi tal-komunikazzjoni/postali.
Leg 13 PQ #12921 Sitting 303 2020-03-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – book binders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, sena b’sena, mit-8 ta’ Marzu 2013 sal-lum: a. Kemm kien hemm persuni fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex fil-grad ta’ book binders ; b. X’korsijiet intbagħtu jagħmlu u fejn saru u minn min saru; c. Kemm minnhom jagħmlu x-xogħol ta’ book binder ; d. F’liema dipartiment/sezzjoni fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex jagħmlu x-xogħol ta’ book binders ; e. Kemm hemm ħaddiema fil-grad ta’ book binders iżda ma jagħmlux ix-xogħol ta’ book binder ? X’tip ta’ xogħol jagħmlu differenti mill-grad ta’ book binder ; u f. F’kull każ, min ta awtorizzazzjoni biex ma jibqgħux jagħmlu x-xogħol ta’ book binder ?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Fibre Optic Cable bejn Malta u Għawdex

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 11840 li saret fl-1 ta' Novembru 2019, jista’ l-Ministru jaġġorna t-tagħrif dwar il-proġett tal-Fibre Optic Cable ta’ bejn Malta u Għawdex? X’persentaġġ ta’ xogħol sar s’issa u x’fadal isir? F’liema xahar tas-sena 2020 hu ppjanat li jibda jiffunzjona?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #12923 Sitting 303 2020-03-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — in-Nadur – proġett ta' Multi Modal Hub f’Ta' Xħajma

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 11753 li ngħatat fil-28 ta' Ottubru 2019: a. jista’ l-Ministru jgħid x'sar iktar fuq il-proġett ta' Multi Modal Hub ġewwa Ta' Xħajma fin-Nadur Għawdex; b. jista’ jgħid jekk l-istudji ġeotekniċi tlestewx u jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra; c. jista' jgħid f'dawn il-ġranet u ġimgħat kemm hemm ħaddiema jaħdmu fuq dan il-proġett u x'tip ta' xogħol infrastrutturali qed isir fil-preżent; u d. jista’ jgħid jekk dan il-proġett hux ħa jkun lest minn kollox sal-aħħar tas-sena 2020 hekk kif kien intqal fit-tweġiba għall- mistoqsijia parlamentari 11753?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qegħdin nistennew li jinkisbu l-permessi meħtieġa u għalhekk bħalissa mhux isir xogħol fuq il-Multi Modal Hub ġewwa ta’ Xħajma. L-istudji ġeotekniċi tlestew u r-rapport qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Id-data tat-tlestija tal-proġett qiegħda tiġi riveduta.

Iċ-Ċittadella – latrini pubbliċi — aċċessibilità għal persuni b’diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10729 li saret fit-25 ta’ Ġunju 2019 u jgħid jekk, peress li meta sar il-proġett taċ-Ċittadella mhux il-latrini pubbliċi kollha tranġaw biex ikunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità, il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità ħaditx passi biex il-latrini pubbliċi kollha li jinsabu ġewwa ċ-Ċittadella jkunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-latrini pubbliċi eżistenti li jinsabu f’kantuniera ma’ Triq il-Bieb tal-Imdina mhumiex tali li jistgħu jiġu kkonvertiti skont l-Istandards għal Ambjent Mibni Aċċessibbli. Dan ġie kkonstatat ukoll minn uffiċċjali tal-Kummissjoni li marru fuq il-post u li kejlu l-infrastruttura preżenti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ġiet infurmata li ċ-Ċittadella Administration Office, fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, daħħal applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar sabiex kamra fi Triq iż-Żenqa fiċ-Ċittadella tiġi kkonvertita f’latrina pubblika aċċessibbli. Filfatt il-Kummissjoni vvetjat l-applikazzjoni u oġġezzjonat għall-applikazzjoni peress li l-pjanti ma kienux konformi mal-imsemmija standards . Tajjeb li wieħed jirrimarka ukoll li, l-latrina pubblika fiċ-Ċentru għall-Interpretazzjoni taċ-Ċittadella hija aċċessibbli.
Leg 13 PQ #12925 Sitting 303 2020-03-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Master Plan ta’ Kemmuna – proċess ta’ konsultazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid min qed imexxi l-proċess ta' konsultazzjoni dwar il-master plan ta' Kemmuna? Jista' jgħid jekk min qed imexxi l-proċess ta' konsultazzjoni dwar il-master plan ta' Kemmuna għandux 'esperjenzi u kwalifiki’ fi proġetti marittimi? Jista' jgħid jekk ġiex sottomess xi dokument biex iservi bħala bażi ta' konsultazzjoni u jekk iva jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jgħid kemm hi l-ispiża s’issa fuq dan il-proċess għall-master plan ta' Kemmuna u jispeċifika min tħallas s’issa u kemm? Jista' jgħid kif ser jitkompla dan il-proċess u meta hu maħsub li ser jingħalaq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpelant li l-proċess ta’ konsultazzjoni qed jitmexxa minn Doric Studio, imqabbad għan-nom tal-Ministeru għal Għawdex. Il-Ministeru għal Għawdex isottometta applikazzjoni mal-Awtorita’ tal-Ippjanar, bir-referenza PA 7028/2018, għal xogħol ta’ resurfacing tat-triq li tagħti għall-Blue Lagoon. Il-proċess jingħalaq la darba jinġiebu l-permessi kollha meħtieġa mingħand il-Planning Authority. F’Novembru 2019, l’ERA tagħat l-approvazzjoni NP 00097/19, sabiex jiġu installati temporanjament walkways u railings tal-injam fil-Blue Lagoon. S’issa tħallas € 2,815.00.
Leg 13 PQ #12926 Sitting 303 2020-03-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – impjegati b’Contract for Service

Question

Jista’ l-Ministru jgħid sena b'sena mit-8 ta' Marzu 2013 sal-lum kemm kien hemm u hemm persuni impjegati b'Contract for Service fil-Ministeru għal Għawdex? Jista’ jgħid f’liema grad qegħdin kull wieħed, xi kwalifiki għandhom, x'tip ta' xogħol jagħmlu u kemm jitħallsu kull wieħed/waħda separatament?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Bord tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma — laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa saret mill-Bord tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Energija u l-Ilma xahar b’xahar mill-bidu tal-2017 s’issa, u f’dawk il-laqgħat kemm-il darba ttieħed vot mill-membri?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma ma jistgħux jagħtu din it-tip ta’ informazzjoni minħabba li huma kemm legalament u kif ukoll funzjonalment indipendenti u kif ukoll awtonomi skond l-istatut leġislattiv tal-fundaturi tiegħu.

Bord tal-Awtorità tax-Xandir — laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa saret mill-Bord tal-Awtorità tax-Xandir xahar b’xahar mill-bidu tal-2017 s’issa, u f’dawk il-laqgħat kemm-il darba ttieħed vot mill-membri?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi l-Bord tal-Awtorità tax-Xandir tlaqqa` hekk kif hawn fit-tabelli hawn taħt. 2017201820192020 Jannar2221 Frar2131 Marzu412 April112 Mejju631 Gunju212 Lulju311 Awwissu010 Settembru221 Ottubru111 Novembru211 Diċembru112 Total2616182 Smigħ**2017201820192020 Jannar Frar1 Marzu April2 Mejju Gunju12 Lulju1 Awwissu1 Settembru Ottubru Novembru11 Diċembru1 Total47
Leg 13 PQ #12870 Sitting 302 2020-02-26 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Eko Għawdex — nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11425 li saret fit-8 ta’ Ottubru 2019 u jgħid kemm intefqu flus fuq il-kunċett ta' Eko Għawdex minn Ġunju 2017 sal-lum? Tista' tagħti lista ta' kull pagament li sar mill-vot ta' Eko Għawdex minn Ġunju 2017 sal-lum u għal xiex sar kull pagament? Tista' tgħid f'kull każ jekk il-pagament sarx wara direct order, call for quotations jew tender u lil min ingħata bħala kumpanija jew individwu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #12908 Sitting 302 2020-02-26 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuni impjegati mas-Settur Pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11423 u jgħid sal-aħħar ta’ Frar 2013, kemm kien hemm nies impjegati mas-Settur Pubbliku [inklużi intrapriżi pubbliċi)? Kemm minn dawn kienu impjegati full-time? Kemm minn dawn kienu impjegati fuq bażi part-time? Kemm minn dawn kienu impjegati f’position of trust? U kemm minn dawn kienu impjegati b’kuntratt definit?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li filwaqt fl-2013, l-persentaġġ ta’ ħaddiema mas-Settur Pubbliku kien ta’ 27%, sa Awwissu 2019, dan niżel għal 21.89%, meta dan jiġi kkomparat fuq in-numru ta dawk li jaħdmu fuq bażi nazzjonali. Irrid ukoll jitqies l-fatt li li dan sehh meta l-persuni totali li jaħdmu żdied u l-qgħad huwa ta 3.4% ,li huwa wieħed mill-inqas fl-Unjoni Ewropea. Rigward l-informazzjoni l-oħra mitluba, ninsab nformat li din titlob l-użu ta' ħafna ħin u riżorsi biex tkun imwieġba.
Leg 13 PQ #12909 Sitting 302 2020-02-26 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – għajnuna lill-parroċċi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11421 u jgħid liema parroċċi u istituzzjonijiet tal-knisja f'Għawdex ingħataw kontribuzzjonijiet, għajnuna fi flus jew għajnuna oħra mill-Ministeru tiegħu jew xi waħda mill-entitajiet li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu minn Ġunju 2017 sal-lum? Jista' jgħid f'kull każ kemm kien l-ammont jew għajnuna oħra li ngħatat jew ġie miftiehem li jingħata lil kull parroċċa u għal liema skop ingħata?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #12920 Sitting 302 2020-02-26 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Belt Victoria — Proġett ta’ triq alternattiva

Question

B'referenza għall-proġett ta' triq alternattiva għad-daħla tal-Belt Victoria f'Għawdex, jista’ l-Ministru: a. jgħid minn fejn ser tibda din it-triq, minn fejn ser tgħaddi u fejn ser tispiċċa; b. ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta ta' din it-triq; c. jgħid kemm-il metru kwadru ta' art agrikola ser tittieħed biex issir din it-triq d. jgħid min kien preżenti fil-laqgħa ta' konsultazzjoni li saret fit-8 ta' Frar 2019 fis-sala tal-Ministeru; e. jgħid fejn, meta u kif sar l-avviż ghal din il-laqgħa ta' konsultazzjoni; u f. jgħid liema NGOs kienu mistiedna jattendu għal din il-laqgha ta' konsultazzjoni?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett se jinkludi t-titjib ta’ Triq il-Kapuċċini, Triq Marsalforn, u Triq ir-Rabat li preżentament hija r-rotta ewlenija biex mir-Rabat tasal Marsalforn u vice versa. Il-proġett se jinkludi wkoll it-tisħieħ ta’ parti minn Triq ta’ Viani, li se tingħaqad ma’ Triq Patri Ġaċintu Camenzuli billi tiġi mibnija Triq Ġorġ Pisani, li hija Triq skemata mill-Awtorità tal-Ippjanar. B’din tal-aħħar se tinħoloq rotta oħra diretta li tgħaqqad ir-Rabat ma’ Marsalforn u tnaqqas it-traffiku miċ-ċentru tar-Rabat. Se tittieħed circa ta’ 12,600 metru kwadru; 3,230 metru kwadru biex tinbena Triq Ġorġ Pisani, 8,070 metru kawdru biex ikun hemm titjib fl-allinjament,inklużjoni ta’ rotta għaċ-ċiklisti u għan-nies li jkunu mixjn, u 1,300 metru kwadri bus-lays biex jiġu formalizzati rampi u aċċessi għall-bdiewa u tittejjeb il-viżabilita. Fir-rigward tal-laqgħa ta' konsultazzjoni, nhar it- 8 ta' Frar 2019 saru żewġ laqgħat ta’ informazzjoni, waħda fl-Awtorita’ tat-Turiżmu għal Għawdex, oħra l-Gozo Business Chamber, u l-oħra mal-pubbliku. L-Awtorita’ tat-Turiżmu u l-Gozo Business Chamber ġew avżati b’email. L-istakeholders oħrajn fosthom ir-residenti ta’ dawn it-toroq ġew direttament avżati mill-Ministeru.
Leg 13 PQ #12684 Sitting 301 2020-02-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Xlendi – Proġett ta’ dry standing area

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-proġett tad- dry standing area tax-Xlendi u jgħid f’liema xahar u sena hu ppjanat li jitlesta dan il-proġett u jibda jintuża mis-sajjieda tal-lokal?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq id-dry standing area tax-Xlendi miexi u hu ppjanat li jitlesta sas-Sajf.

Proġett tal-White Rocks

Question

B'referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 8203, 10123 u 11420, peress li kien intqal 'li waslu fi stadju avvanzat in-negozjati dwar il-proġett tal-White Rocks Malta' jista' l-Ministru jagħti l-aħħar żviluppi dwar dan il-proġett li diversi xhur ilu kien deskritt minnu bħala proġett ambizzjuż? Jista' jgħid fiex wasal il-proċess biex jinbeda u jsir dan il-proġett?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-proġett tal-White Rocks għadu fi stadju avvanzat ta’negozjati. Għal dan il-għan ma kienx hemm żvilupp magguri mill-aħħar mistoqsija parlamentari li saret f’dan ir-rigward.