Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħataw fuq ix-xogħol tar-riġenerazzjoni tat-Terminal taċ-Ċirkewwa? Jista’ jgħid ukoll għal kull każ, lil min ingħataw, x’kien l-ammont u liema xogħol kien ikopri?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant lix-xogħol li sar dan l-aħħar fuq it-terminal kien jinvolvi xogħol ta’ emergenza fuq il-lift shafts tat-Terminal, kif ukoll il-bini mill-ġdid tal-kolonni ta’ l-istess terminal.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-artijiet kollha li ser jittieħdu fil-partijiet ta’ Triq ta’ Marsalforn (it-triq li tieħu mir-Rabat sa Marsalforn) li ser titwessa’ fix-xogħlijiet li qed isiru fuqha fil-fatt ġewx esproprjati? Jista’ jgħid liema artijiet ġew esproprjati għal dan il-għan u jqiegħed kopja tal-istess esproprjazzjonijiet fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għamel espropju tal-partijiet tal-artijiet fejn ser titwessa t-triq. Il-espropjazzjonijiet dehru fuq il-Gazzetti tal-Gvern Numru 20,575, 20,585 u 21,171.
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 30101 u 31115, ġialadarba r-Regolament UE 2024/900 daħal fis-seħħ fl-10 ta’ Ottubru 2025, jista’ l-Prim Ministru jgħid a tenur tal-artikolu 22 tar-Regolament imsemmi, b’mod partikolari fil-kuntest tal-paragrafu (4) tiegħu, liema hi l-awtorità kompetenti biex tinforza n-normi relevanti tal-istess regolament?
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 30165 u 31114, jista’ l-Ministru jagħti indikazzjoni ta’ meta ser jiġu ppubblikati u applikati l-emendi inkwistjoni tenut kont li r-Regolament (UE) 2024/1309 jibda japplika mit-12 ta’ Novembru 2025?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-emendi inkwistjoni mistennija jiġu ppubblikati fil-jiem li ġejjin, bħala parti minn konsultazzjoni pubblika.
In-Nadur - Triq l-Emigranti - Xogħlijiet mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’tip ta’ xogħlijiet kienu qed jagħmlu l-ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) f’dawn l-aħħar ġranet u ġimgħat fi Triq l-Emigranti fin-Nadur, Għawdex, fejn fl-istess triq fix-xhur li għaddew kien inbeda x-xogħol tas-servizz f’din it-triq minn kuntrattur imqabbad mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar li kienu qegħdin jagħmlu xogħol ta’ trinek tas-servizzi tal-ilma u tad-drenaġġ?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-proġett tat-triq indikata l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed taħdem f’kollaborazzjoni mal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar u wettqet dawn ix-xogħlijiet:
· kummissjonar ta’ Drainage Pumping Station;
· konnessjonijiet ta’ rising u gravity mains li ġew installati minn qabel mill-kuntrattur imqabbad mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar;
· konnessjonijiet tad-djar ma’ dawn il-gravity mains ġodda li permezz tagħhom ġiet eliminata l-fossa f’din it-triq;
· installazzjoni ta’ dual water mains.
Il-konnessjonijiet tad-djar mas-sistema l-ġdida tal-ilma għandhom jitwettqu fi żmien qasir u meta jiġu finalizzati l-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar ikun jista’ jwettaq xogħlijiet fuq it-triq u finalment jingħata l-asfalt.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31030 fl-intier tagħha u jgħid meta nbeda x-xogħol fuq Triq l-Emigranti, fin-Nadur? Jista’ jgħid ukoll kemm fiha tul din it-triq, meta ser jitlesta minn kollox ix-xogħol u kemm hu stmat li ser jiġi jiswa x-xogħol f’din it-triq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li x-xogħol fuq din it-triq huwa stmat li jiswa’ madwar Euro 300,000.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12697, jista’ l-Ministru jgħid meta se jibdew u jkunu ffinalizzati x-xogħlijiet kollha fi Triq Wied Sara, fir-Rabat Għawdex, peress li tinsab fi stat ħażin ħafna u ta’ periklu għas-sewwieqa li jgħaddu minn din it-triq? Jista’ jgħid ukoll jekk ingħatawx fondi lill-Kunsill Lokali għal dan ix-xogħol u jekk iva, għal kemm jammontaw dawn il-fondi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Għasri li x-xogħol se jitlesta fil gimghat jew xhur li gejjin. Sal-lum ingħataw €354,827 lill-Kunsill ta’ l-Għasri għal dan il-proġett.
Ta’ Sannat - Triq Ta’ Xagħman u Triq Dun Lazzru Camilleri
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29497 li ngħatat fit-2 ta’ Lulju 2025 fejn ġie mwieġeb li “x-xogħlijiet mistennija jkomplu fil-jiem li ġejjin.”, u tat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31026 fejn intqal li x-xogħlijiet “huma skedati li jitkomplew f’Jannar 2026.”, jista’ l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħlijiet ser jitkomplew iktar minn tliet xhur u nofs oħra? Jista’ jgħid ukoll x’hemm maħsub li jsir fl-immedjat biex l-inkonvenjent kbir li hemm għar-residenti u kull min juża dawn it-toroq jitnaqqas kemm jista’ jkun?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li m'għandix xi nżid mat-tweġibiet li tajt għad-domandi parlamentari 29497 u 31026.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il skema għall-Kunsilli Lokali Għawdxin ħarġet matul l-2024 u l-2025 mill-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid ukoll:
a. Kemm kien l-ammont allokat għal kull skema?
b. Kemm applikaw kunsilli lokali għal kull skema?
ċ. Liema kienu l-kunsilli lokali li ħadu għajnuna minn kull skema u liema kienu dawk il-kunsilli li applikaw u ma ħadux għajnuna f’kull skema?
d. Kemm kien l-ammont totali li ngħata lil kull kunsill lokali f’kull skema u għal liema proġetti jew inizjattivi?
e. Kemm hu l-ammont li sal-lum tħallas lil kull kunsill lokali f’kull każ u f’kull skema?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li EkoGħawdex ħareġ skema waħda matul l-2024. Din l-iskema, marbuta mar-restorazzjoni ta’monumenti jew niċeċ kif ukoll mat-tisbieħ tal-isqaqien fil-lokalitajiet, kellha allokazzjoni ta’ € 500,000.00 u li għaliha applikaw 9 kunsilli lokali. Il-Kunsilli li ħadu għajnuna huma Għasri, San Lawrenz, Nadur, Xaghra, Ta’ Kerċem, Għarb, Għajnsielem, Rabat u Żebbuġ.
L-ammont totali li minnu ser jibbenifikaw il-kunsill lokali jammonta għal € 335,254.20. S’issa għad ma kienx hemm ħlasijiet.
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsija parlamentari 10041 fejn ġejt riferut għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9730, tista' l-Ministru tagħti aġġornament dwar is-sejħa ‘Competitive Procedure with Negotiation’ għall-proġett to design, build and operate a waste-to-energy plant in Magħtab, fiex wasal il-proċess ta' aġġudikazzjoni ta' din is sejħa, u meta hu maħsub li jiġi konkluż?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender inkwistjoni jinsab fl-istadju ta’ evalwazzjoni.
Għawdex u Kemmuna – Distribution Centres u Substations ġodda
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru Distribution Centres u Substations ġodda f’Għawdex u Kemmuna matul l-2022, l-2023, l-2024 u l-2025? Tista’ tgħid ukoll kemm hemm Distribution Centres u Substations ġodda ppjanati li jsiru mill-Enemalta f’Għawdex u Kemmuna matul l-2026 u l-2027?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li Enemalta għaddejja b’tisħiħ kontinwu tas-sistema tad-distribuzzjoni inkluż f’Għawdex. Matul dawn l-aħħar erba’ snin ikkummissjonat 20 substation ġdida f’Għawdex f’lokalitajiet diversi. Ifisser li ġew ikkummissjonati medja ta’ erba’ substations fis-sena f’Għawdex, fejn dan in-numru jaf ivarja skont l-esiġenzi tan-network tagħha. Bħalissa għaddej il-proċess biex tiġi identifikata art fejn tkun tista’ tinbena distribution centre ġdida.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31031 u jgħid kemm kien hemm LSAs u għalliema tal-Kindergarten, tal-Primarja u tas-Sekondarja li bdew jaħdmu f’Għawdex fis-sena skolastika 2025-2026 u f’liema skola?
Jista’ l-Ministru jgħid liema xogħlijiet, inkluż dawk tekniċi u professjonali, saru s’issa fuq moll ġdid u xogħol ieħor f’Ras Ħanżir permezz ta’ Direct Order u għal kemm jammontaw? Jista’ jgħid ukoll għaliex ma ħarġitx sejħa pubblika?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interperlant f’Ras Ħanżir, minn meta ġie terminat il-kuntratt, baqa’ għaddej xogħol magħruf bħala Deep Soil Mining. Għal dan ix-xogħol ġew inkarigati is-subcontractors oriġinali li diġa’ kienu għaddejjin b’dan ix-xogħol. Id-Deep Soil Mining kompla sabiex il-proġett ma jkollux problemi ta’ deadlines mill-Unjoni Ewropea. Dan ix-xogħol se jiġi eskuż mit-tender il-ġdid li x-xogħol fuqu ser jitħallas minn fondi Ewropej meta joħroġ it-tender minn Infrastructure Malta.
B’referenza għax-xogħol ta’ tindif fil-Wied ta’ Marsalforn, fiż-żona magħrufa bħala Ta’ Kittina, li nbeda f’dawn l-aħħar ġimgħat, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra s-Site Plan ta’ fejn qed isir ix-xogħol ta’ tindif f’dan il-wied u ta’ dak li hemm ippjanat li jsir fl-istess wied? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Commencement Notice u s-Summary Responsibility Form relatati ma’ dawn ix-xogħlijiet ukoll?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet ta’ rijabilitazzjoni fil-wied ta’ Marsalforn - fiż-żona mgħarufa bħala ta’ Kittina - qegħdin isiru skont is-siteplan tal-permess. In-numru ta’ referenza huwa PA/06686/17.
Site at Triq il-Moll tax-’Shipwrights’ c/w, Triq il-Bacir, Paola Description of works: The placing on land of plant required temporarily as per class 9 - in connection with PA 5917/22 and PA 8472/19
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti l-applikazzjoni li saret minn Infrastructure Malta permezz ta’ DNO “Site at, Triq il-Moll tax-’Shipwrights’ c/w, Triq il-Baċir, Paola Description of works: The placing on land of plant required temporarily as per class 9 - in connection with PA 5917/22 and PA 8472/19”? Jista’ jgħid ukoll ta’ min hi l-art fejn saret din l-applikazzjoni u jispjega fid-dettall għal xiex u minn min kienet qed tintuża f’dawn l-aħħar xhur u fil-preżent, u x’kera qed titħallas?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanti li dan is-sit kien qed jintuża bħala parti mill-proġetti ta’ Infrastructure Malta f’Ras Ħanżir u proġetti oħra.
Traspożizzjoni tad-Direttivi tal-UE 2022/2555 u 2022/2557 - Konsultazzjonijiet pubbliċi
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27648, jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol sar fir-rigward tal-implimentazzjoni u t-tħaddim effettiv tad-Direttivi tal-Unjoni Ewropea bin-numri 2022/2555 u 2022/2557, tenut kont li dawn kellhom jiġu implimentati sas-17 ta’ Ottubru 2024?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-Avviż Legali 71 tal-2025, li kien ippublikat fil-Gazzetta tal-Gvern nhar it-08 t’April 2025, ittrasponi d-Direttiva tal-UE 2002/2555.
L-Uffiċċju tal-Prim Ministru – Penalitajiet amministrattivi
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew imposti penalitajiet amministrattivi mill-entitajiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u kemm minnhom ġew kontestati?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li l-Awtorita tax-Xandir imponiet dawn l-penalitajiet amministrativi kif ġej:
2022
10
2023
14
2024
19
2025
4
Nfurmat ukoll li kien hemm żewġ penali amministrattivi li ġew kkontestati. Iż-żewġ deċiżjonijiet ta’ dawn il-penali amministrattivi ħarġu fl-2024. Mhiex id-deċiżjoni li tista’ tiġi appellata iżda l-proċedura. L-appell ma jsirx quddiem l-Awtorita imma quddiem il-Qorti.
Jista’ l-Ministru l-mistoqsija jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30837 u jaġġorna lill-Kamra dwar il-proġetti ta’ rinnovazzjoni sħiħa għall-iskejjel primarji taż-Żebbuġ u ta’ Kerċem? Jista’ jgħid ukoll meta x-xogħlijiet fuq dawn iż-żewġt iskejjel nbdew, x’sar s’issa, x’fadal isir u meta hu maħsub li x-xogħlijiet kollha jitlestew?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li rigward l-iskola primarja taż-Żebbuġ inħarġet sejħa pubblika għall-offerti skont CT 2046/2025 li permezz tagħha gie magħżul il-kuntrattur offerent li ser ikun qiegħed jagħmel ix-xogħol. Il-kuntratt relattiv ġie ffirmat u prezentament għaddejjin diskussjonijiet mal-istess kuntrattur sabiex jiġu ordnati l-
prefabricated units
li ser jiġu nstallati fl-istess sit tal-iskola preżenti minn fejn see tingħata l-edukazzjoni primarja sakemm isir ix-xogħol ta’ rinovar extensiv tal-binja tal-iskola primarja. Ix-xogħol huwa maħsub jitlesta matul is-sena 2026 sabiex l-iskola tkun tista’ tilqa t-tfal u l-edukaturi ghas-sena akademika li jmiss.
Fl-iskola primarja Ta’ Kerċem ġew installati l-prefabricated units, inkluż, is-servizzi kollha fosthom l-arja kondizzjonata minn fejn bdiet tingħata l-edukazzjoni mal-bidu tas-sena skolastika Settembru 2025. Dan filwaqt li għaddej ix-xogħol fil-binja tal-iskola eżistenti għal dak li jirigwardja M&E, xogħol ta’ kisi tal-klassijiet u kurituri u restawr tal-faċċata tal-iskola. Ix-xogħol huwa maħsub jitlesta matul is-sena 2026 sabiex l-iskola tkun tista’ tilqa t-tfal u l-edukaturi għas-sena akademika li jmiss.
Is-sejħiet pubblika għall-offerti nhargu mil-Foundaiton for Tomorrow’s Schools (FTS).