Tista’ l-Ministru tgħid x'produzzjonijiet/films oħra inġabu sa issa matul is-sena 2020 u kemm huwa ppjanat li jinġibdu produzzjonijiet/films ġewwa Għawdex matul il-kumplament tas-sena 2020 u kemm hu maħsub li jkun il-valur fi flus ta’ dawn il-produzzjonijiet/films?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għal din is-sena s’issa ma kienx hawn produzzjonijiet li nġibdu f’Għawdex. Ġejt infurmata min naħa tal-Film Commission li kien hemm produzzjonijiet li kienu interessati jiffilmjaw f’Għawdex, iżda minħabba l-imxijja tal-Covid-19, dawn ġew sospiżi.
Intant, il-Kummissjoni Maltija għall-Films għaddejja b’ħidma kontinwa biex tattira aktar produzzjonijiet lejn pajjiżna, inkluż lejn Għawdex.
Ministeru għal Għawdex – direct orders għal xogħol ta’ tindif — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f'direct orders għal xogħol ta' tindif ta' binjiet/postijiet mill-Ministeru għal Għawdex xahar b’xahar mit-8 ta' Marzu 2013 sal-lum? Jista' jgħid ukoll f'kull każ min ingħata din id-direct order u kemm kien il-ħlas finali fuq ix-xogħol li sar?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għal Għawdex – direct orders għal xogħol ta’ security — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f'direct orders għal xogħol ta' security mill-Ministeru għal Għawdex xahar b’xahar mit-8 ta' Marzu 2013 sal-lum? Jista' jgħid f'kull każ liema kumpanija jew individwu ngħata din id-direct order u kemm kien il-ħlas għal dan is-servizz?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Reġistru tal-Artijiet f’Għawdex – reġistrazzjoni ta’ medded ta’ art fin-Nadur
Question
Jista' l-Ministru jgħid fir-reġistrazzjoni ta' medded ta' art fin-Nadur li sar mar-Reġistru tal-Artijiet f'Għawdex u li jġibu n-numri 89/2020 u 250/2020, x'dokumenti ġew ippreżentati min-naħa tar-Reġistru mid-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat ta' approvazzjoni sal-lum? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn id-dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq arterjali u distributorji li sar xogħol ta' bini mill-ġdid ta' triq / ingħata wiċċ ġdid mit-8 ta' Marzu 2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Għal kull triq, jista’ jgħid x'tip ta' xogħol (intervent) sar, meta kellu jibda u meta tlesta dan ix-xogħol, kemm kienet l-istima u kemm attwalment ġie jiswa flus kull intervent għal kull triq separatament? Fejn ix-xogħol għadu mhux lest, jista’ jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol s'issa u meta hu mistenni jitlesta x-xogħol?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Infrastructure Malta – xogħlijiet fit-toroq f’Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru xogħlijiet ġewwa Għawdex f'kilometri ta' toroq arterjali, distributorji u residenzjali separatament sena b'sena minn meta twaqqfet Infrastructure Malta sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll x'toroq arterjali, distributorji u residenzjali hemm ippjanati li jsiru ġewwa Għawdex xahar b'xahar sal-aħħar tas-sena 2020?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 12973 f’Seduta 306.
It-tagħrif għandu jiġi mitlub lill-Ministeru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba kellhom il-Gvernijiet Lokali (Kunsilli Lokali) ġewwa l-lokalitajiet ta' Għawdex (b'mod individwali) sabiex jintramaw/jitwaqqfu tower cranes fuq siti ta' kostruzzjoni u f'toroq residenzjali fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom? Jista’ jgħid ukoll jekk tħallsux xi miżati lill-kunsilli lokali talli okkupaw parti minn triq biex jopera t-tower crane mill-ewwel tas-sena 2016 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-informazzjoni miġbura mill-Kunsilli Lokali ta’ Għawdex jirriżulta li mill-ewwel tas-sena 2016 sal-lum, kien hemm 23 talba sabiex jintramaw/jitwaqqfu tower cranes fuq siti ta' kostruzzjoni u f'toroq residenzjali fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom.
Jirriżulta wkoll li kien hemm 3 Kunsilli Lokali li ħadu l-ħlas minn miżati talli okkupaw parti minn triq biex jopera t-tower crane.
L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella indikata hawn taħt.
Kunsill Lokali
Ammont ta’ talbiet
Mi¿ati mħallsa
Għajnsielem
2
Iva
L-Għasri
3
Iva
Il-Qala
13
Iva
Ix-Xagħra
2
Le
Iż-Żebbuġ
3
Le
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 10513 u 11756, jista’ l-Ministru jikkonferma li għall-istaġun tal-festi ta’ din is-sena, f’Għawdex se jintużaw l-istess proċeduri bħal f’Malta? U allura l-organizzaturi tan-nar fil-festi f’Għawdex ma jkollhomx għalfejn iħallsu kif kienu qed jagħmlu sas-sena li għaddiet biex ikollhom pulizija fuq il-post fejn jinħaraq in-nar minn meta jasal in-nar sa meta dan jinħaraq kollu, meta f’Malta dan ma jsirx u fil-mument li n-nar jasal fuq il-post fejn ikun se jinħaraq, ir-responsabilità tgħaddi fuq min għandu l-liċenzja u jkun inħareġ il-permess fuqu? Jista’ jikkonferma li din l-ispiża żejda għall-festi f’Għawdex meta mqabbel ma’ Malta se titneħħa kif kien qal il-Ministru preċedenti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma l-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12203, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm fadal persuni li għamlu l-aħħar eżami għal Assistant Principal u li għaddew iżda għadhom ma ġewx imsejħa biex jingħataw l-appointment f'din il-kariga? Jista' jgħid jekk sa meta ser jiskadi l-validità ta' dan l-eżami, jekk hemmx il-ħsieb li dawk li għaddew jingħataw l-appointment li ħadmu għalih u għaddew minn eżami għalih?
Response (ABELA, ROBERT)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 12203, ninsab informat li l-ingaġġ isir skont HR Plan, u dan ikun jirrifletti l-esiġenza tas-servizz.
In-Nadur Għawdex – artijiet fiċ-ċentru — applikazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid min issottometta l-applikazzjoni fl-aħħar xahar jew xahrejn biex żewġ medded kbar ta' art fiċ-ċentru tan-Nadur Għawdex jiġu reġistrati fuq ismu? Jista' jgħid kemm għaddew ġranet jew sigħat minn meta ġiet sottomessa l-applikazzjoni sa meta r-Reġistratur ħareġ l-approvazzjoni ta' din l-applikazzjoni lill-persuna li applikat fuq dawn iż-żewġ medded ta' art? Jista' jgħid minn meta saret l-applikazzjoni sa meta nħarġet l-approvazzjoni bil-miktub jekk ir-Reġistratur talabx informazzjoni addizzjonali u jekk iva x'kienet din l-informazzjoni li talab? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-korrispondenza li għaddiet fejn intalbet din l-informazzjoni addizzjonali? Jista' jgħid wara li nħarġet l-approvazzjoni jekk ir-Reġistratur tal-Artijiet talabx informazzjoni oħra mill-applikant? Jekk iva għaliex din l-informazzjoni ma ntalbitx qabel inħarġet l-approvazzjoni u ntalbet wara? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-korrispondenza li għaddiet wara li nħarġet din l-approvazzjoni?
B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 10168 jista’ l-Ministru jgħid jekk id-diskussjonijiet li kienu għaddejjin bejn il-Pulizija u Transport Malta ġewx konklużi u allura ġiet indirizzata l-materja indikata fil-mistoqsija u ċjoè għaliex kull darba li qed jintalab permess mill-organizzaturi tal-festi f'Għawdex biex iġibu logħob tan-nar minn Malta lejn Għawdex, qed jiffaċċjaw problemi dwar fejn għandu jidħol dan in-nar f'Għawdex? Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-portijiet f'Għawdex li huma dikjarati bħala siguri biex jiddaħħal il-logħob tan-nar li jiġi trasportat minn Malta u min jiddeċiedi fejn għandu jiddaħħal in-nar ta' kull festa f'Għawdex? Jekk ġiet indirizzata kif ġiet indirizzata u x’inhi s-soluzzjoni li nstabet? Jekk ma ġietx indirizzata, minkejja r-risposta indikata meta hu maħsub li tkun indirizzata?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li wara diskussjonijiet bejn il-Pulizija u Transport Malta, Imġarr ix-Xini kien ġie identifikat bħala port fejn jiddaħħal il-logħob tan-nar li jiġi trasportat minn Malta biex jintuża fil-festi f'Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-preżent hemmx skema għaddejja dwar skrappjar ta' vetturi? Jekk iva, x’inhuma l-kundizzjonijiet ta' din l-iskema u meta nfetħet? Jekk ma hemm l-ebda skema simili miftuħa, jista' jgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li jerġa' jagħmel skema simili u meta hu ppjanat li tinfetaħ?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat, bħalissa l-Awtorità dwar it-Transport ta’ Malta qiegħda tagħmel l-aħħar tħejijiet sabiex tifinalizza l-Avviżi meħtieġa u infurmat li fil-ġranet li ġejjien jiġu mħabbra l-iskemi.
B’referenza għar-reġistrazzjoni ta' medded ta' art fin-Nadur, Għawdex li saru fl-aħħar ġimgħat, jista’ l-Ministru jgħid jekk id-disposizzjonijiet tal-Kapitolu 296 tal-Liġijiet ta' Malta ġewx osservati kollha? In vista tal-protesti u talbiet tar-residenti, jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx investigazzjoni biex jiġi assigurat li dawn id-disposizzjonijiet ġew osservati meta saret din ir-reġistrazzjoni u sussegwentament inħareġ iċ-ċertifikat ta' approvazzjoni u dan b'mod partikolari għall-Artikolu 56 , l-Artikolu 8(1) u l-Artikolu 25 tal-istess Liġi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament l-Aġenzija għar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet għaddejja bi proċess ta’ kjarifika dwar dak imsemmi mill-Onor. Interpellant.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid ġewwa l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex:
a. kemm hemm ħaddiema direttament impjegati mal-gvern?
b. kemm hemm kumpaniji privati li qed jagħtu servizz lill-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, kemm iħaddmu kull waħda minnhom, x'tip ta' servizz jagħtu, u b’liema mod intgħażlu dawn il-kumpaniji privati biex joffru s-servizz lill-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u kemm ilhom joffru dan is-servizz?
c. kemm hu n-numru ta' ħaddiema li ġew impjegati direttament mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u x'inhu l-grad tagħhom u f’liema sena ġew impjegati u kif intgħażlu dawn il-ħaddiema?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor.nterpellant li fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex hemm 812 ħaddiema direttament impjegati mal-gvern. Rigward l-informazzjoni tal-kumpaniji privati li qed jagħtu servizz lill-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, ma tistax tingħata peress li hija kummerċjalment sensittiva. In-numru ta’ ħaddiema li huma mpjegati mal-kumpanija msemmija separatament, sal-aħħar ta’ Frar ta’ din is-sena kien ta’ 302. Il-gradi ta’ dawn il-ħaddiema huma varji u bdew jiġu impjegati ħaddiema sa mill-2016.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex fir-Reġistru tal-Qorti ta' Għawdex, min irid jippreżenta atti ma jistax iħallas bi credit jew debit card? Ma jaħsibx li wasal il-mument li din il-faċilità tingħata wkoll fil-Qorti ta' Għawdex?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li qed isiru l-arranġamenti neċessarji biex dawn il-faċilitajiet jibdew iseħħu fil-Qorti ta’ Għawdex.
Din il-faċilità għandha tkun implimentata fi ftit ġimgħat oħra.
Bajjiet f'Għawdex u Kemmuna — servizz ta' lifeguarding
Question
Tista' l-Ministru tgħid matul is-sena 2018 min ta s-servizz ta' lifeguarding fil-bajjiet f'Għawdex u Kemmuna? Tista' tgħid kif ġie magħżul min ta dan is-servizz u jekk dan ingħatax wara tender, expression of interest jew direct order? Kemm kien l-ammont totali li tħallas għal dan is-servizz fis-sena 2018? Tista' tikkonferma li l-NGO li tat dan is-servizz fil-fatt kienet waħda li kellha r-reġistrazzjoni mal-Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Għaqdiet Volontarji approvata għas-sena 2018? Tista' l-Ministru tgħid matul is-sena 2019 min ta s-servizz ta' lifeguarding fil-bajjiet f'Għawdex u Kemmuna? Tista' tgħid kif ġie magħżul min ta dan is-servizz u jekk dan ingħatax wara tender, expression of interest jew direct order? Kemm kien l-ammont totali li tħallas għal dan is-servizz fis-sena 2019? Tista' tikkonferma li l-NGO li tat dan is-servizz fil-fatt kienet waħda li kellha r-reġistrazzjoni mal-Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Għaqdiet Volontarji approvata għas-sena 2019?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmata li fl-2018 u 2019, is-servizz ta’ lifesaving ġewwa l-bajjiet f’Għawdex, Kemmuna u fil-fliegu ngħata mill-Emergency Response & Rescue Corpos (ERRC).
L-ERRC kienet l-unika organizzazzjoni li kellha ċertifikazzjoni mill-
International Life Saving Federation
li taħdem f’dan it-territorju. L-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu setgħet tagħmel dan abbażi tar-Regolament numru 7 sub-paragrafu (r) tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (Avviż Legali 352 ta’ 2016).
L-ammont totali li tħallas għas-snin imsemmija kien ta’ €336,746.20. Skont is-sottomissjonijiet li għandha l-Awtorità, in-numru ta’ reġistrazzjoni tal-organizzazzjoni volontarja huwa VO/0503.
Tista’ l-Ministru tgħid mit-twaqqif tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) fl-2011 sal-lum, jekk il-ħatriet tal-persuni li ġew appuntati bħala chairman kenux fuq bażi full-time jew part-time u fuq kull każ għal kemm żmien kienet il-ħatra? Tista’ tgħid ukoll mit-twaqqif tal-MCCAA fl-2011 sal-lum jekk il-ħatriet tal-persuni li ġew appuntati bħala membri fuq il-Bord kenux fuq bażi full-time jew part-time u fuq kull każ għal kemm żmien kienet il-ħatra? Tista’ l-Ministru tgħid mit-twaqqif tal-MCCAA fl-2011 sal-lum kemm-il-persuna nħatret bħala Direttur Ġenerali ta’ diversi entitajiet fi ħdan l-MCCAA u f’kull każ għal kemm żmien kienet il-ħatra tal-persuna inkwistjoni?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmata li mit-twaqqif tal-MCCAA fl-2011 sal-lum:
·
Chairman
tal-Awtorità dejjem ġie maħtur fuq bażi
full
-
time
għal perjodu ta’ tliet snin;
· Membri fuq il-Bord tal-MCCAA ġew maħtura fuq bażi
part
-
time
għal perjodu ta’ sena;
· Inħatru żewġ (2) Diretturi Ġenerali għall-Uffiċju tal-Kompetizzjoni; żewġ (2) Diretturi Ġenerali għall-Uffiċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur; żewġ (2) Diretturi Ġenerali għad-Diviżjoni dwar Regolamenti Tekniċi; u Direttur Ġenerali għall-Istitut dwar l-Istandards u Metroloġija. Il-ħatriet kienu kollha għal terminu ta’ tliet snin, skont l-Att dwar l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur.
Bord tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma — laqgħat
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 12820, jista’ l-Ministru jgħid preċiżament mil-liema dispożizzjoni tal-liġi r-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) huma projbiti milli jagħtu t-tagħrif mitlub f’dik il-mistoqsija u ċjoè:
(1) kemm-il laqgħa saret mill-Bord tar-REWS xahar b’xahar mill-bidu tal-2017 sal-lum?
(2) u jekk saru laqgħat tul dan iż-żmien, f’kemm minn dawk il-laqgħat ittieħed vot?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Board meetings tar-REWS tlaqqgħu skont kif meħtieġ mill-Att tar-Regolatur Kap. 545 tal-Liġijiet ta’ Malta.
B’kollox saru 38 laqgħa mill-bidu tal-2017 sa llum u mill-informazzjoni li għandi, kull deċiżjoni ttieħdet b’mod unanimu u ma kien hemm bżonn ta’ l-ebda vot.
Nadur Għawdex – areas irreġistrati mad-Dipartiment tal-Artijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta fl-aħħar sena partijiet min-Nadur Għawdex ġew inklużi bħala areas ta' reġistrazzjoni mad-Dipartiment tal-Artijiet? Jista' jgħid min ħa din id-deċiżjoni u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-deċiżjoni u kull korrispondenza li għaddiet mar-Reġistratur tal-Artijiet jew l-Uffiċċju tiegħu biex dawn l-areas tan-Nadur jiġu inklużi bħala areas ta' reġistrazzjoni?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12081 u 12324 u jagħti rendikont tan-nefqa li saret b'rabta mal-inawgurazzjoni tas-7 ta’ Novembru 2019 tal-Gozo Innovation Hub fix-Xewkija Għawdex, proġett iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea? Jista' jgħid kemm hemm nies jaħdmu f'dan l-Innovation Hub u ma' liema kumpaniji qed jaħdmu u jekk fis-7 ta' Novembru meta saret din l-inawgurazzjoni x-xogħol kollu kienx lest jew kienx għad fadal xogħol xi jsir mill-kuntratturi inkarigati? Jista' jgħid jekk ix-xogħol fuq dan il-Hub għadux għaddej?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Bħalissa għaddej xogħol ta’ rfinar, verifika, u commissioning tal-apparat. Irid ukoll jingħad li waħda mill-karatteristiċi uniċi tal-binja hija li kull business unit jista’ jiġi adattat għall-bżonnijiet speċifiċi tal-kumpaniji innovattivi li se jiġu allokati spazju fil-Gozo Innovation Hub. Għaldaqstant, ix-xogħol ma jistax jieqaf għal kollox qabel l-ispazju ikun kollu allokat.
Fost il-kumpaniji li kienu allokati spazju fil-Gozo Innovation Hub, hemm il-kumpaniji Noovle u J2 Group li se jkunu qed jaħdmu mal-kumpaniji ta’ fama internazzjonali bħal Google u Microsoft. Dawn iż-żewġ kumpaniji se jkunu qed iħaddmu 60 ruħ bejnithom fi żmien 3 snin.
Sadanitant il-Malta Industrial Parks Ltd flimkien mal-Malta Enterprise komplew għaddejjin bid-diskussjonijiet u negozjati ma’ numru ta’ kumpaniji oħrajn li wrew l-interess li jibdew joperaw mill- Gozo Innovation Hub.