Legislature:
Category:
Reset
Active:

Regolamenti LS 409.02, LS 409.16 u LS 409.19 — proċeduri legali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid sena b’sena mill-2017 s’issa, kemm-il proċeduri legali ttieħdu fir-rigward ta’ allegat ksur tad-dispozizzjonijiet tal-L.S. 409.02? F’kull każ li ġie mitmum x’kien l-eżitu? Tista’ tgħid sena b’sena mill-2017 s’issa kemm-il proċeduri legali ttieħdu fir-rigward ta’ allegat ksur tad-dispożizzjonijiet tal-L.S. 409.16. F’kull każ li ġie mitmum x’kien l-eżitu? Tista’ tgħid sena b’sena mill-2018 s’issa kemm-il proċeduri legali ttieħdu fir-rigward ta’ allegat ksur tad-dispozizzjonijiet tal-L.S. 409.19. F’kull każ li ġie mitmum x’kien l-eżitu? Tista’ tgħid kemm attwalment hemm uffiċjali f’ħdan l-MTA li huma responsabbli għall-infurzar tar-regolamenti L.S. 409.02, L.S.409.16 u L.S. 409.19.?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmata li: Ma jirriżultax li kien hemm proċeduri legali fir-rigward ta’ L.S. 409.02 jew L.S. 409.16 mis-sena 2017 sal-24 t’April 2020. Fir-rigward ta’ L.S. 409.19, f’Malta ttieħdu seba’ (7) azzjonijiet legali fil-konfront ta’ Aġenziji tal-Ivjaġġar – ħamsa (5) fl-2018, waħda (1) fl-2019 u oħra (1) fl-2020. F’kull każ ġiet mogħtija multa amministrattiva. Apparti minn hekk f’żewġ każi tal-2018 kien hemm Avviż ta’ Infurzar ( Enforcement notice) li ġie irtirat wara li l-ksur waqaf u l-pożizzjoni ġiet irregolata, u Avviż ieħor ta’ Infurzar ( Enforcement notice) biex l-operazzjoni turistika tieqaf. F’Għawdex ittieħdu erba’ (4) azzjonijiet legali fir-konfront ta’ Aġenziji tal-Ivjaġġar: tnejn (2) fl-2018 u tnejn (2) oħra fl-2019. Fi tliet każijiet minnhom ġew mogħtija multa amministrattiva, filwaqt li fir-raba’ każ inħareġ Avviż ta’ Infurzar sabiex l-operazzjoni turistika tieqaf minnufih. Bħalissa hawn dsatax-il persuna (19) fi ħdan id-Direttorat tal-Infurzar ( Compliance and Regulatory) li huma responsabbli mill-infurzar tal-operazzjonijiet turistiċi li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet tal-liġijiet ikkonċernati taħt Cap 409 – erbatax-il persuna (14) f’Malta u ħames persuni (5) f’Għawdex.
Leg 13 PQ #13743 Sitting 324 2020-04-30 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ir-Rabat Għawdex – bini ta’ triq arterjali ta’ Wara s-Sur

Question

B'referenza għax-xogħol li xi darba għandu jsir fuq il-bini mil-ġdid tat-triq arterjali ta' Wara s-Sur ġewwa r-Rabat Għawdex u li minna ta' kuljum jgħaddu mijiet ta' karozzi u trakkijiet, jista’ l-Ministru jgħid: a. jekk hux se jsir storm water culvert minħabba l-ilmijiet kbar li jinżlu minn din it-triq; b. jekk hux se jsiru walk through culverts biex is-servizzi jgħaddu minn ġo fihom u b’hekk ma jkunx hemm bżonn li terġa’ tinqala din it-triq arterjali meta jkunu se jsiru servizzi jew tiswijiet fuqhom; c. kemm-il kisja ta’ asfalt se tingħata din it-triq u kemm hi l-ħxuna ta’ kull kisja asfalt; d. jekk din it-triq prinċipali ġewwa Għawdex hux ser titwessa’ fl-iktar parti dejqa tagħha fejn ma jgħaddux żewġ karozzi fl-istess ħin; u e. jekk din it-triq ewlenija u importanti ġewwa Għawdex hux ħa tinbena skont standards tal-Unjoni Ewropea, Transport Malta u standards ta' Infrastructure Malta?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’din it-triq ser isir storm water culvert. Ser isiru żewġ kisjiet ta’ hot rolled asphalt li jikkonsistu f’base course ta’ 80mm ħxuna u f’wearing course ta’ 40mm ħxuna. Din it-triq ħa tinbena skont standards tal-Unjoni Ewropea u ta’ Transport Malta u kklasifikata bħala “Construction Class V PAVEMENT CONSTRUCTION 4 - ASPHALT, TYPE 1 AND FOUNDATION COURSE’.
Leg 13 PQ #13744 Sitting 324 2020-04-30 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

In-Nadur – Triq it-Torri ta’ Kenuna — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jibda x-xogħol fi Triq it-Torri ta' Kenuna fin-Nadur u dan peress li din it-triq issa ilha magħluqa b'ħajt tal-kantun għal diversi xhur u x-xogħol għadu ma bediex? Jista' jgħid meta hu mistenni li jispiċċa dan ix-xogħol?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq parti minn Triq Fatima tlesta. Ix-xogħol fi Triq it-Torri ta’ Kenuna mistenni jibda fil-ġranet li ġejjin.

Għajnsielem Għawdex — Misraħ il-Fliegu - xogħlijiet għat-trinek għas-substation

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għadhom ma sarux ix-xogħlijiet meħtieġa ta' trinek għas-substation il-ġdida ġewwa Misraħ il-Fliegu f'Għajnsielem Għawdex biex tissaħħaħ u titjieb il-provvista ta' dawl ġewwa partijiet tal-lokalità ta' Għajnsielem Għawdex?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li l-kuntrattur magħżul oriġinarjament biex jagħmel ix-xogħlijiet ma onorax il-ftehim li kellu, Enemalta qegħda f’diskussjonijiet ma’ kuntrattur ieħor magħżul mill-Kunsill Lokali biex jibda x-xogħlijiet relatati tat-trinek f’Misraħ il-Fliega f’Għajnsielem.

Rabat Għawdex – ħlas ta’ kirja ta’ hotel

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-kirja tal-hotel fir-Rabat, Għawdex li fiha ttieħdu l-anzjani li kienu residenti f'Sant' Anna hux qed titħallas mill-Gvern jew inkella minn Steward Healthcare?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #13764 Sitting 324 2020-04-30 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — accounts

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta kien l-aħħar li l-kumpanija Gozo Channel u l-kumpaniji l-oħra kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Ministeru tiegħu, li ppubblikaw l-accounts tagħhom? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn l-accounts fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jgħid għaliex l-accounts tas-snin sussegwenti għadhom ma ġewx pubblikati?

Response (CAMILLERI, CLINT)

L-aħħar darba li ġew ippubblikati l-accounts tal-Gozo Channel (Operations) Ltd kienu tas-sena li tagħlaq fil-31 ta’ Dicembru 2017, liema rapport qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #13770 Sitting 324 2020-04-30 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – tħawwil ta’ siġar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm, fejn u x'tip ta siġar tħawlu mill-Ministeru għal Għawdex fl-ewwel kwart tas-sena 2020 ġewwa l-gżira ta' Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Xewkija Għawdex – Triq Santa Eliżabetta – xogħol

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 12676 fejn fit-tweġiba li ngħatat intqal li x-xogħol fuq il-bini mill-ġdid u storm water culvert fuq Triq Santa Eliżabetta fix-Xewkija Għawdex ‘hu ppjanat li jinbeda f’Marzu ta’ din is-sena’, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-raġunijiet li x-xogħol fuq l-imsemmija triq għadhom ma nbdewx?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tax-Xewkija li qegħdin isiru diskussjonijiet mal-Water Service Corporation peress li reġgħet rrivediet ix-xogħlijiet f’din it-triq fejn oriġinarjament kienu ser isiru biss house services u issa qed tipproponi li jinbidel il-main ukoll.
Leg 13 PQ #13738 Sitting 323 2020-04-29 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Il-Qala — Triq l-Imġarr - water culverts

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex jitneħħa l-periklu li hemm fi Triq l-Imġarr fil-Qala, Għawdex kull darba li tagħmel ix-xita? X' qed isir biex isiru water culverts f'din it-triq u dan peress li qed jinħoloq periklu għas-sewwieqa peress li l-ilma tax-xita meta saret it-triq erba' snin ilu ntefa' biex jgħaddi minn nofs it-triq? Jista' jiġi kunsidrat li l-ilma tax-xita jintefa' f'Wied Biljun b'tali mod li ma jagħmilx ħsara lir-raba' li hemm fl-istess Wied?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għaddej bi pjan ta’ ħidma mifrux madwar Għawdex kollu. Irrid ngħid li din it-triq mill-Qala li twassal sa Ta’Sannat, saret fil-leġiżlatura preċedenti, liema triq kienet ilha ma tara manutenzjoni għexieren ta’ snin.

Ħondoq ir-Rummien — xogħol fuq l-impjant tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq l-impjant tal-ilma f'Ħondoq ir-Rummien? Jista' jgħid meta hu mistenni li jibda jiffunzjona dan l-impjant? Jista' jgħid min għamel l-istudji dwar kif l-operat ta' dan l-impjant ser jaffettwa l-baħar tal-madwar? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn l-istudji u l-konklużjonijiet taghhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor Interpellant li x-xogħol relatat mar-restawr tal-binja u bini intern huwa fi stadju avvanzat ħafna u għaddej skont il-pjanijiet. Il-partijiet mill-impjant relatati mal-proċess ta’ desalazzjoni bdew jaslu għalkemm qed nistennew impatt minħabba s-sitwazzjoni preżenti. Għaldaqstant dan jaf ikollu effett fuq id-data finali tat-tlestija tal-proġett. L-istudji ta’ kif l-operat se jimpatta l-area tal-madwar sar fl-istadju tal-applikazzjoni fejn il-konklużjonijiet kienu li l-impatt se jkun negliġibbli. Fil-fatt l-applikazzjoni ġiet aċċettata kemm mill-ERA u kif ukoll mill-PA. Ta’ min wieħed ifakkar li dan il-proġett se jagħti ħajja, u jsebbaħ area li sa ftit ilu kienet fi stat ta’ abbandun u tistona mal-ambjent pittoresk ta’ din il-bajja popolari ma’ ħafna. Minħabba raġunijiet ta’ sigurta tal-infrastruttura dan l-istudju ma jistax jiġi ppublikat.
Leg 13 PQ #13740 Sitting 323 2020-04-29 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Iż-Żebbuġ Għawdex — xogħlijiet fuq id-daħla tal-lokal

Question

Jista' l-Ministru jgħid issa li ngħalqet parti mid-daħla prinċipali għar-raħal taż-Żebbuġ f'Għawdex x'inhu x-xogħol li hu rikjest li jsir fis-sies li jagħti fuq id-daħla ta' dan il-lokal? Jista' jgħid x'evalwazzjoni tas-sies saret, minn min saret u jpoġġi kopja tal-istess evalwazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jgħid hux se ssir sejħa pubblika għal dawn ix-xogħlijiet li hemm bżonn isiru? Jekk iva din inħarġet? Jista' jgħid meta hu mistenni li jibda x-xogħol fuq dan il-post peress li din hija l-uniku daħla b'sigurtà għall-vettura għal-lokal taż-Żebbuġ peress li l-ebda triq ohra li twasslek għaż-Żebbuġ ma hija aċċessibbli għat-Trasport Pubbliku jew vetturi kbar?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol rikjest fuq dan is-sies huwa shortcrete u beda nhar l-Erbgha 22 ta’ April 2020. L-evalwazzjoni tas-sies saret minn Perit tal-Ministeru u kif ukoll minn espert imqabbad mill-Ministeru. Dan ix-xogħol qed isir fuq bażi ta’ direct order minħabba n-natura urgenti tax-xogħlijiet. Din id-direct order ingħatat lill-kumpanija Terracore.
Leg 13 PQ #13741 Sitting 323 2020-04-29 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

In-Nadur – Triq il-Madonna ta’ Fatima — railing

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir ir-railing minflok il-ħajt tal-bricks li sar temporanjament fi Triq il-Madonna ta' Fatima fin-Nadur, f'dik il-parti tat-triq li kienet ċediet bl-ilma tax-xita?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet mistennija jsiru fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 13 PQ #13742 Sitting 323 2020-04-29 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

In-Nadur – Triq it-Torri ta’ Sopu — tender

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex it-tender biex issir Triq it-Torri ta' Sopu fin-Nadur waqa'? Jista' jgħid jekk dan it-tender hux ser jerġa’ jinħareġ u meta hu mistenni li jsir ix-xogħol fuq din it-triq peress li tinsab fi stat ħażin ħafna, minkejja li fl-aħħar tliet snin ir-residenti ġew imwiegħda diversi drabi mill-Ministeru għal Għawdex li din it-triq kellha issir fi żmien qasir imma qatt ma saret?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender waqa’ għaliex l-ebda offerta sottomessa ma laħqet il-kriterji amministrattivi, tekniċi u finanzjarji mitlubin fid-dokument tat-tender. Bħalma qiegħed isir m’ Għawdex kollu, il-Ministeru huwa kommess li din it-triq issir.
Leg 13 PQ #13722 Sitting 322 2020-04-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Ir-Rabat Għawdex – bini ta’ skola primarja ġdida

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fil-konkret u jagħti time-frames speċifiċi meta hu ppjanat li jibda x-xogħol ta' skavar, piles u bini ta' skola primarja ġdida għall-istudenti li jattendu l-Iskola Primarja tal-Vajringa u li hi ppjanata li tinbena ħdejn il-Middle School ġewwa r-Rabat Għawdex? Jista' jgħid x’inhu jsir biex l-ammont kbira ta' parkeġġ li ser jintilef fiċ-Ċentru tar-Rabat, bil-bini ta' din l-iskola jiġi kkumpensat?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol ta’ skavar beda f'nofs April. Ix-xogħol ta' kostruzzjoni isegwi x-xogħol ta' skavar. Rigward il-postijiet ta' parkeġġ, bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bejn l-awtoritajiet konċernati biex il-faċilitajiet ta' parkeġġ fl-inħawi jiġu organizzati aħjar u jitjiebu.
Leg 13 PQ #13723 Sitting 322 2020-04-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ir-Ramla – Master Plan – proċess ta’ konsultazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12386 u jgħid min qed imexxi l-proċess ta' konsultazzjoni dwar il-master plan tar-Ramla? Jista' jgħid jekk ġiex sottomess xi dokument biex iservi bħala bażi ta' konsultazzjoni u jekk iva jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża s’issa fuq dan il-proċess għall-master plan tar-Ramla u jispeċifika min tħallas s’issa u kemm? Jista' jgħid kif ser jitkompla dan il-proċess u meta hu maħsub li ser jingħalaq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex ħareġ tender [call-off] u ġie assenjat Perit fuq dan il-proġett fis-26 ta’ Settembru 2019. Bdew l-ewwel stadji preparatorji, fejn ġiet sottomessa proposta u għaddejjin b’diskussjonijiet mal-Environment and Resources Authority. Għaldaqstant, għadu ma beda ebda proċess ta’ konsultazzjoni. Sa issa għad ma sar ebda pagament.
Leg 13 PQ #13724 Sitting 322 2020-04-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

MCAST – xogħol ta’ kostruzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid: a) meta huwa previst li jitlesta x-xogħol ta' kostruzzjoni fl-MCAST ta' Corradino Hill; b) x'persentaġġ ta' xogħol sar s'issa; u ċ) kemm sewa x-xogħol li sar s'issa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li x-xogħol ta' kostruzzjoni fl-MCAST ta' Corradino Hill tlesta minnu madwar 55% tax-xogħol u s’issa sewa €16,700,000 waqt li hu previst li ma jaqbiżx l-2022.
Leg 13 PQ #13729 Sitting 322 2020-04-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ir-Rabat Għawdex — Triq ta' Wara s-Sur u Triq l-Imgħallem - tender

Question

Jista' l-Ministru jaġġorna l-Kamra dwar t-tender għat-Triq ta' Wara is-Sur u Triq l-Imgħallem ġewwa r-Rabat Għawdex, li kellhom issiru matul is-sena 2019 u jgħid jekk dawn ġewx awarded, u jgħid f'liema xahar u sena hu ppjanat li jibda x-xogħol infrastrutturali u jitlestew fuq dawn iż-żewġ toroq arterjali fir-Rabat, Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender għat-Triq ta' Wara is-Sur u Triq l-Imgħallem fir-Rabat Għawdex, ġie awarded, bix-xogħol infrastrutturali fuq dawn iż-żewġ toroq arterjali se jibda fil-ġimgħat li ġejjin, hekk kif tinfetaħ mill-ġdid Pjazza San Franġisk li bħalissa x-xogħol fuqha wasal fi stadju avvanzat. Dan sabiex ma jkunx hemm konġestjoni tat-traffiku ġewwa ir-Rabat.

Tender CT2039/2017 Part 2

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender CT2039/2017 Part 2 Negotiated Procedure for the refurbishment and upgrading works (part 2) at Deep Water Quay Marsa Malta, li ġiet ippubblikata fl-24 ta' Mejju 2019 u li għalqet fit-2 ta' Lulju 2019? Jista’ jgħid jekk din it-tender ġietx awarded u jekk le x' inhuma r-raġunijiet għalfejn din it-tender għadha ma ġietx awarded? Jekk ġiet awarded jista’ jgħid lil min ġiet awarded u b'liema prezz?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpelanti li ninsab infurmat mill-Awtorità tat-Trasport li l-proċedura ta’ negozzjati għat-Tender CT2039/2017 Part 2 Negotiated Procedure for the refurbishment and upgrading works (part 2) at Deep Water Quay Marsa Malta, ġiet evalwata u mgħoddija lid-dipartement tal-kuntratti. L-evalwazzjoni ta’ dan it-tender ġiet approvat min General Contracts Committee u bħalissa jinsab fil-fażi tal-appell. Huwa important li ngħidu li waqt il-proċess ta’ evalwazzjoni ma kien hemm l-ebda offerta li tilħaq l-ispeċifikazzjonijiet mitluba.
Leg 13 PQ #13736 Sitting 322 2020-04-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Tender għall-parkeġġ ġewwa x-Xlendi

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 12966, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12966 kollha kemm hi u jgħid jekk it-tender għall-parkeġġ ġewwa x-Xlendi ġiex ippubblikat u jekk le x’inhi r-raġuni li għadhom ma ħarġux it-tenders biex isir ix-xogħol neċessarju fuq il-parkeġġ u f’liema xahar u sena hu ppjanat li jibda x-xogħol u jitlesta?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa ppjanat li x-xogħol fil-parkeġġ tax-Xlendi jsir permezz ta’ framework contract. Ta’ min jgħid li preżentament, kważi lestejna x-xogħol fuq id-dry-standing facility fix-Xlendi għall-benefiċċju tas-sajjieda Għawdxin filwaqt li bil-ħaddiema tal-Gvern, qegħdin nagħmlu l-manutenzjoni neċessarja tal-waterfront.
Leg 13 PQ #13704 Sitting 321 2020-04-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ħondoq ir-Rummien – spezzjoni minn uffiċjali tal-Ministeru

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10628 fejn intqal li fit-8 ta' Frar 2019 saret spezzjoni mill-Uffiċjali tal-Ministeru għal Għawdex fin-niżla li twassal għall-Bajja ta' Ħondoq ir-Rummien, jista’ l-Ministru jgħid x'sar fuq din l-imsemmija triq (niżla) li sar xogħol fuqha u li ġiet asfaltata fl-2015, peress li partijiet minn din it-triq qegħdin iċedu u huma ta' periklu għan-nies li jużaw din it-triq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet mistennija jibdew fil-ġimgħat li ġejjin.