Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il vjaġġ extra b’dangerous goods sar mill-kumpanija Gozo Channel minn Malta għal Għawdex u minn Għawdex għal Malta u jgħid meta saru dawn il-vjaġġi u x’ħin matul ix-xahar ta’ April 2020? Jista’ jgħid kemm swew lill-kumpanija dawn il-vjaġġi u kemm daħlet mill-fees li tħallsu għal dan is-servizz?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din hija mistoqsija ta’ natura kummerċjali. Il-kumpanija dejjem għamlet vjaġġi extra kull meta kien hemm il-bżonn li jsiru.
Jista’ l-Ministru jgħid fl-aħħar ta’ Jannar, Frar, Marzu u April 2020 kemm kien in-numru ta’ nies jirreġistraw għax-xogħol f’Għawdex xahar b’xahar? Jista’ jgħid ukoll fl-aħħar ta’ kull xahar indikati kemm kien in-numru ta’ Għawdxin li kienu qed jaħdmu fl-iskema ta’ Xogħol fil-Komunità?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni dwar in-numru ta’ persuni jirreġistraw għax-xogħol f’Għawdex xahar b’xahar u n-numru ta’ persuni jaħdmu fl-iskema tal-Community Work Scheme Enterprise Foundation (CWSEF) fl-aħħar ta’ kull xahar tinsab fit-tabella t’hawn taħt.
Xahar
Numru ta' persuni jirregistraw għax-xogħol f'Għawdex
Numru ta' Għawdxin li kienu qed jaħdmu fl-iskema CWSEF
Jannar 2020
174
265
Frar
159
272
Marzu
179
300
April
306
302
Nadur Għawdex – Triq it-Torri ta’ Kenuna – approvazzjoni mill-ERA għax-xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess u meta ġew sottomessi l-applikazzjonijiet u d-dokumenti meħtieġa biex ikun jista’ jibda x-xogħol ta’ emerġenza ġewwa Triq it-Torri ta’ Kenuna fin-Nadur Għawdex, u meta hu mistenni li l-ERA tagħti l-clearance biex ikun jista’ jibda x-xogħol meħtieġ?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni se tinghata f’seduta ohra ghax ghada qed tingabar.
Għawdex – persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq kirjiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet ġewwa Għawdex u f’liema raħal sena b’sena mill-1 ta’ Jannar 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u kemm kienet l-ispiża għal kull sena? Jista’ jgħid fil-preżent kemm hemm persuni f’Għawdex li qed jiġu mogħtija sussidju fuq il-kera u kemm hu l-għola rata ta’ sussidju li qed tingħata u l-iżgħar rata tal-istess sussidju li qed tingħata?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant huwa kif muri fid-dokument li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 13538, jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-allokazzjoni tal-kunsilli lokali f’Għawdex għas-sena 2020, hemm indikat li jrid jintuża bilfors għat-tipping fees, u dan kunsill b’kunsill? Jista’ jgħid matul is-sena 2019, kemm kull kunsill lokali f’Għawdex ġie mitlub iħallas f’tipping fees?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi kif ġej:
a) Allokazzjoni għall-Kunsilli Lokali għal Għawdex biex jintefqu fuq
tipping fees
għas-sena 2020:
Allokazzjoni għall-Waste Tipping Fees
Kunsilli Lokali f’Għawdex għas-sena 2020
Kunsill Lokali
€
Ir-Rabat
67,381
Il-Fontana
10,288
Għajnsielem
35,501
L-Għarb
16,792
L-Għasri
6,143
Ta’ Kerċem
16,579
Il-Munxar
24,524
In-Nadur
47,198
Il-Qala
25,540
San Lawrenz
8,650
Ta’ Sannat
18,545
Ix-Xagħra
50,671
Ix-Xewkija
31,962
Iż-Żebbuġ
69,936
TOTAL
431,730
b) Fl-2019, kull Kunsill Lokali ġie mitlub iħallas bħala
tipping fees
sa mhux aktar mill-ammont mogħti lill-Kunsill fl-allokazzjoni.
Allokazzjoni għall-Waste Tipping Fees
Kunsilli Lokali f’Għawdex għas-sena 2019
Kunsill Lokali€
Ir-Rabat42,764
Il-Fontana6,529
Għajnsielem22,531
L-Għarb10,657
L-Għasri3,899
Ta’ Kerċem10,522
Il-Munxar15,565
In-Nadur29,954
Il-Qala16,209
San Lawrenz5,490
Ta’ Sannat11,770
Ix-Xagħra32,159
Ix-Xewkija20,285
Iż-Żebbuġ44,386
TOTAL247,738
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 13583, jista’ l-Ministru jgħid x’inhu jagħmel il-Ministeru għal Għawdex sabiex jassigura li fl-inqas żmien possibbli t-toroq segwenti f’Għawdex ikollhom sistema tad-drenaġġ peress li dawn sal-lum għadhom bla sistema tad-drenaġġ?
Raħal
Toroq
Raħal
Toroq
Nadur
il-Qortin
Ix-Xagħra
Sqaq Ġorf
Taż-Żrajk
Ta’ Stellini
l-Emigranti
Il-Buskett
Rabat
San Leonardu
Daħlet Qorrot
Munxar
Ta’ Rinota area
Xewkija
Tal-Gruwa
It-Torri Gorġun
San Lawrenz
Parti minn Rokon
il-Kav. Lorenzo Zammit Haber
Kerċem
Għajn Tuta
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-maġġoranza tat-toroq u żoni imsemmija hemm problemi ta’ pendil negattiv. Pero’ ninsabu infurmati li l-Korporazzjoni ghas-Servizzi tal-Ilma qiegħda tagħmel ħilitha biex jiġi provdut is-servizz fiż-żona ta’ Rinota fil-Munxar u fi Triq ta’ Stellini fix-Xagħra peress li ma hemmx problemi ta’ pendil. Dawn ix-xogħlijiet huma ippjanati li jsiru fl-2021. Il-Korporazzjoni ghas-Servizzi tal-Ilma qiegħda toffri is-servizz ta’ tbattil tal-fosos privati b’xejn fit-toroq l-oħrajn.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija 12931, jista’ l-Ministru jgħid x’irwol għad għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew il-kumpanija tiegħu, liema individwu deher waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fl-20 ta’ Diċembru 2019 ġewwa l-Menqa f’Marsalforn fejn intqal minnu stess u spjega li kien inkarigat mill-proġett tal-Menqa f’Marsalforn u fiex jikkonsisti dan il-proġett ġewwa ż-żona tal-Menqa f’Marsalforn?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li la l-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament u lanqas il-kumpanija tiegħu m’għad fadlilhom x’jaqsmu mal-Proġett tal-Menqa f’Marsalforn. Ix-xogħol fiż-żona tal-Menqa f’Marsalforn jikkonsisti f’xogħol ta’ skavar, bdil tas-servizzi u pavimentar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm bdiewa f’Għawdex irreġistrati full-time u part-time fil-bidu tas-sena 2013 u kemm hemm bdiewa rreġistrati full-time u part-time f’Għawdex illum fl-2020? Jista’ jgħid kemm kien hemm sajjieda f’Għawdex irreġistrati full-time u part-time fil-bidu tas-sena 2013 u kemm hemm sajjieda rreġistrati full-time u part-time f’Għawdex illum? Jista’ jgħid fil-preżent x’inizjattivi u investimenti qed jagħmel f’Għawdex biex jixpruna l-oqsma tal-biedja u s-sajd li huma tant importanti għall-gżira Għawdxija?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru tal-bdiewa f’Għawdex irreġistrati fil-bidu tas-sena 2013 kienu 1,502 filwaqt li fl-2020 huma 2,023. Ninfurmah ukoll li ma tinżammx informazzjoni dwar jekk il-bdiewa humiex full-time jew part-time, għaliex l-iskop tar-reġistrazzjoni huwa marbut ma’ l-attivita` agrikola u l-immaniġġjar tal-art. Kif diġa` nfurmajt fir-risposta għall-mistoqsija nru. 11835, tali nformazzjoni għanda tintalab lill-Ministeru kkonċernat.
Fir-rigward tas-sajjieda, ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ma jinżammux rekords ta’ sajjieda reġistrati, iżda ta’ bastimenti tas-Sajd reġistrati. In-numru ta’ bastimenti tas-Sajd registrati fil-kategoriji professjonali tas-Sajd
full-time
u
part-time
(MFA u MFB) f’Għawdex fl-2013, kien ta’ 82 bastiment
full-time
u
132
part-time
. Ninsab infurmat li llum f’Għawdex hemm 66 bastiment tas-sajd
full-time
u 104
part-time
.
Sabiex jixpruna s-settur agrikolu, il-gvern fassal politika agrikola nazzjonali illi tagħti direzzjoni lis-settur għas-snin li ġejjin. Din il-politika fiha numru ta’ miżuri li jħarsu lejn varji aspetti bħal dawk ekonomiċi, soċjali, ta’ governanza, kif ukoll immaniġġjar ta’ riżorsi.
Wieħed mill-aspetti ta’ din il-politika li jindirizza l-sfidi ta’ dan is-settur huwa l-promozzjoni ta’ prodotti ta’ kwalita. Il-passi li tieħdu min meta tnhediet l-Istrategija Nazzjonali jinkludu il-Kampanja Wines of Distinction immirata lejn promozzjoni ta’ inbejjed ta’ kwalità u l-introduzzjoni u l-promozzjoni ta’ skema ta’ kwalità għall-prodotti agrikoli f’Malta. Il-Ministeru għadu kif nheda kampanja mmirata lejn l-apprezzament tax-xogħol tal-bidwi u r-raħhal Malti permezz tal-Kampanja ‘Agħżel il-frisk, Agħżel il-bnin’.
Permezz ta’ fondi Ewropej taħt il-programm għall-Iżvilupp Rurali, il-Gvern qed jiffinanzja investimenti fl-ażjendi agrikoli u tal-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli, kif ukoll investimet f’ toroq rurali. Barra min hekk offra diversi skemi ta’ għajnuna diretta lil bdiewa u raħħala u skemi marbuta mal-promozzjoni tal-prodotti agrikoli, trasferiment tal-għarfien u servizzi ta’ konsulenza. Fil-qasam tas-sajd, il-Gvern qed jaċċerta li kull miżura u inizjattiva li tittieħed, tiġi milħuqa mis-sajjieda kollha, inkluż dawk Għawdxin. Barra minn hekk qed tiġi ffaċiltata l-amministrazzjoni għall-bdiewa u sajjieda Għawdxin billi s-servizzi jingħatawlhom minn Għawdex stess.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-estensjoni tal-Gozo Campus tal-Università ġewwa x-Xewkija Għawdex? Jista’ jgħid ukoll liema xogħol ieħor hu ppjanat li jsir fl-istess campus u jagħti time frames dettaljati ta’ meta huma ppjanati li jitlestew dawn ix-xogħlijiet? Jista’ jgħid kemm ser jiġi jiswa dan ix-xogħol?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett tal-estensjoni tal-Kampus tal-Università ta' Għawdex wasal fl-istadju tal-kostruzzjoni. Dawn ix-xogħlijiet se jiġu segwiti bix-xogħlijiet elettriċi, mekkaniċi kif ukoll xogħol ta’ finitura. Huwa antiċipat li dawn ix-xogħlijiet jitlestew sa Ġunju 2021, bi spiża ta’ Eur 1.3 miljun.
Ir-Rabat Għawdex – bini ta’ triq arterjali ta’ Wara s-Sur
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13743 kollha kemm hi u jgħid b’referenza għax-xogħol li xi darba għandu jsir fuq il-bini mill-ġdid tat-triq arterjali ta' Wara s-Sur ġewwa r-Rabat Għawdex u li minnha ta' kuljum jgħaddu mijiet ta' karozzi u trakkijiet,
a. jekk hux se jsiru
walk through culverts
biex is-servizzi jgħaddu minn ġo fihom u b’hekk ma jkunx hemm bżonn li terġa’ tinqala’ din it-triq arterjali meta jkunu se jsiru servizzi jew tiswijiet fuqhom;
b. jekk din it-triq prinċipali ġewwa Għawdex hux ser titwessa’ fl-iktar parti dejqa tagħha fejn ma jgħaddux żewġ karozzi fl-istess ħin?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex qiegħed jikkonsulta mal-Perit u esperti tekniċi rigward hemmx bżonn l-imsemmiegħa walk through culverts u t-twessiegħ ta’ parti mit-triq.
Ministeru għal Għawdex – għajnuna lill-għaqdiet sportivi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema għaqdiet sportivi f’Għawdex ingħataw kontribuzzjonijiet, għajnuna fi flus jew għajnuna oħra mill-Ministeru tiegħu jew xi waħda mill-entitajiet li taqa’ taħt il-Ministeru tiegħu mill-1 ta’ Jannar 2017 sal-aħħar ta’ Diċembru 2019? Jista’ jgħid f’kull każ għal liema skop ingħatat din l-għajnuna?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 14235 - Ministeru għal Għawdex għajnuna lill-għaqdiet sportivi.pdf
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-Mistoqsija Parlamentari 12932 u jgħid s'issa kemm intużaw metri kubi ta' concrete ready-mix, kif ukoll min kejjel (jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra isem, kunjom u grad tal-individwu/individwi) u xi grad ta' ready-mix hu, fil-Proġett ta’ riġenerazzjoni ta’ Pjazza San Franġisk ġewwa r-Rabat Għawdex? Jista' jgħid kemm-il test sar, min għamel dawn it-testijiet (jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra isem, kunjom u grad tal-individwu/individwi) u fiex kienu jikkonsistu dawn it-testijiet min-naħa tal-Ministeru għal Għawdex s'issa u f’liema ġurnata, ħin tal-ġurnata u xahar saru u x'kien l-eżitu ta’ dawn it-testijiet kif ukoll jgħid ġewwa liema laboratorji saru dawn it-testijiet u jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s’issa ntużaw: 1,159.26m3 - C25; 260.00m3 - C20; 255.40m3 - C15. Il-kejl tax-xogħlijiet sar mil-ħaddiema tal-Ministeru għal-Għawdex. It-testijiet qegħdin isiru mill-MCCAA u nkun nista’ npoġġiehom fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif ikollna r-riżultati kollha u x’ħin ikunu iċċertifikati mill-Perit responsabbli.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il mobile classroom hemm ippjanati li jintużaw għas-sena skolastika l-ġdida u f’liema skola u lokalità? Jista’ jgħid kemm ħa jiswew lill-Gvern biex jiġu installati u attrezzati dawn il-mobile classrooms?
Response (BONNICI, OWEN)
Bħalissa fl-iskejjel tal-Istat hemm total ta' 29 temporary classrooms imqassmin f’ dawn l-iskejjel:
Kulleġġ San Tumas Moore, Skola Sekondarja, Żejtun
Kulleġġ Santa Theresa, Skola Sekondarja, Mrieħel
Kulleġġ San Nikola, Skola Primarja, Ħ'Attard
Kulleġġ Maria Reġina, Skola Primarja, San Pawl il-Baħar
Għas-sena skolastika l-ġdida hu ppjanat li jintużaw 16-il temporary classroom oħra. Minn dawn, 8 ser ikunu fil-Kulleġġ San Nikola, Skola Primarja A fir-Rabat, Malta, filwaqt li t-8 l-oħra se jkunu fil-Kulleġġ San Tumas More, Skola Sekondarja fiż-Żejtun. L-istima tal-ispiża biex jiġu installati u attrezzati dawn it-temporary classrooms il-ġodda hi ta' madwar €466,000.
It-temporary classrooms fil-Kulleġġ Maria Reġina, Skola Primarja f'San Pawl il-Baħar, mhumiex se jintużaw bħala klassijiet peress li sas-sena skolastika l-ġdida se tkun lesta l-Iskola Primarja l-ġdida fil-Qawra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il parkeġġ hemm fi Triq ir-Repubblika fir-Rabat, Għawdex? Jista' jgħid kemm minn dawn il-parkeġġi huma riservati u għal min huma riservati? Jista' jgħid ukoll kif fl-aħħar jiem żdied parkeġġ ieħor riservat faċċata tal-istabbilment Duke Shopping Complex? Għal min sar dan il-parkeġġ riservat?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li skont l-Awtorità tat-Trasport ninsab infurmat li fi Triq Repubblika, ir-Rabat Għawdex hemm 68 parkeġġ b’kollox. Min dawn hemm 39 parkeġġ li kulħadd jista jagħmel użu minnhom u 29 parkeġġ riservati kif indikat hawn taħt;
· 6 un/loading bays
· 7 reserved for disabled
· 4 riservati għal użu tal-Għassa tal-Pulizija
· 2 E-Car sharing charging pillars
· 3 keep clear quddiem Bankijiet BOV/HSCB/BANIF
· 1 riservat għall-Ministeru
· 4 quddiem garaxxijiet privati
· 1 riservat għal-banka tal-lottu
· 1 riservat għal-Isqof ta’ Ghawdex waqt ħinijiet li jkun l-Kurja
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il swab test sar kuljum, ġurnata b'ġurnata, mit-testing centre tal-Heliport f'Għawdex minn meta bdew isiru t-testijiet minn dan il-post, sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mis-26 ta’ Marzu sas-17 ta’ Mejju mit-testing centre tal-Heliport f'Għawdex saru 2794 tests.
Jista' l-Ministru jgħid meta f'Għawdex ser jkun hemm pompi li minnhom wieħed jista' jagħti l-gass lill-karozzi li ġew maqluba għal gas u dan peress li minkejja li kien hemm diversi sejhiet biex karozzi jinqalbu għal gass sal-lum f'Għawdex ma hemm l-ebda post minn fejn wieħed jista' jixtri u jagħti l-gass lill-vettura tiegħu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm applikazzjoni għall-installazjoni ta’ din it-tip ta’ pompa ġewwa Għawdex li qiegħda fil-fażijiet finali li tiġi awtorizzata u hu mistenni li l-pompa tinfetaħ fil-jiem li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13763, li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kirja tal-hotel fir-Rabat, Għawdex li fiha ttieħdu l-anzjani li kienu residenti f'Sant' Anna hux qed titħallas mill-Gvern jew inkella minn Steward Healthcare?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 13581.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-attività ta’ gala dinner għall-World Tourism Day li saret matul is-sena 2019? Jista’ jgħid x’tip ta’ tenders jew quotations ħarġu rigward din l-attività, min organizza din l-attività (isem u kunjom tal-kumpanija, individwu), kemm tħallsu u fejn ġiet organizzata din l-attività u x’kera tħallset?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpallant li l-attività ta’ Gala Dinner fl-okkażjoni tal-World Tourism Day li saret matul is-sena 2019 ġiet tiswa s-somma ta’ €36,152.37 (VAT eskluż). Is-servizzi marbutin ma’ din l-attivita gew ingaġġati permess ta’ direct order. L-attività saret fil-Villa Rundle u għaldaqstant ma kien hemm l-ebda spejjeż relatati ma’ kera.
Għajnsielem – Dar tal-Anzjani San Ġużepp – servizz minn professjonisti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm avukati, periti u professjonisti oħra taw is-servizz tagħhom u ġew mħallsa in konnessjoni mad-Dar tal-Anzjani San Ġużepp f’Għajnsielem minn meta beda dan il-proġett sal-lum? Jista’ jgħid kif ġew magħżula, min kienu, x’servizz taw u kemm kien il-ħlas f’kull każ?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Qala Għawdex – Triq Papa Pjiu XII – bdil tal-mains tal-ilma
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jinbidlu l-mains tal-ilma fi Triq Papa Piju XII fil-Qala Għawdex u dan peress li r-residenti ta’ din it-triq qed jirċievu ilma bis-sadid fir-residenzi tagħhom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandha ammont ta’ proġetti ta’ tibdil ta’ mejnijiet tal-ilma ppjanati għal din is-sena. Proġetti minnhom huma propju fir-raħal tal-Qala fejn Triq Papa Piju XII hija inkluża.