Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #63 Sitting 337 2020-06-01 Written · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Vapur Nikolaus — twaqqif

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta r-raba' vapur - il-vapur Nikolaus - twaqqaf mis-servizz bejn Malta u Għawdex? Jista' jgħid ghal kemm żmien twaqqaf u meta ser jgħaddi dan iż-żmien hux ser jerga' jiddaħħal fis-servizz? Fejn qed jinżamm dan il-vapur meta mhux qed jaħdem bejn Malta u Għawdex? Kemm hu l-ħlas li qed jingħata lis-sidien tal-vapur għal kull ġurnata li huwa wieqaf mis-servizz?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-vapur M.V Nikolaos se jerġgħa jiddaħħal fis-servizz fil-ġimgħat li ġejjin. Il-Ministeru għal Għawdex u l-kumpanija Gozo Channel huma kommessi li jkomplu jagħtu l-aħjar servizz ta’ konnettivita’ bejn iż-żewġ gżejjer.

Għawdex — pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Pulizija stazzjonalti f'Għawdex u xi grad għandhom? Jista' jgħid f'liema taqsimijiet huma mqassma dawn il-Pulizija fid-distrett ta' Għawdex?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li t-tgħarif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.

Għawdex — breathalyzer tests

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il breathalyzer test sar mill-Pulizija f'Għawdex matul is-sena 2017, 2018, 2019 u 2020 sal-lum sena b'sena u kemm minnhom irriżultaw li l-ammont kien jaqbeż il-limitu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi bejn is-sena 2017 u l-aħħar t’April 2020 in-numru ta’ breathalyzer tests li saru mill-Pulizija f'Għawdex u l-ammont li rriżulta li kien qabeż il-limitu u kien pożittiv, kien kif jidher fit-tabella hawn taħt: Għawdex 2017 2018 2019 2020 (Sa April) Breathalyzer tests 15 17 20 5 Każijiet pożittivi 6 6 4 3
Leg 13 PQ #14416 Sitting 337 2020-06-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Santa Luċija - konservazzjoni ta' Għajn Abdul

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar snin x'passi ttieħdu biex jiġu konservati l-għerien ta' Għajn Abdul f'Santa Luċija Għawdex, liema għerien hemm indikazzjonijiet li kienu l-post fejn għammru l-ewwel nies li qatt ġew fil-gżejjer Maltin u liema għerien huma eqdem mill-Ġgantija u Għar Dalam? Jista' jgħid x'hemm ippjanat biex jiġu konservati dawn l-għerien storiċi min-naħa tal-Ministeru għal Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Inerpellant li ż-żona ndikata hija proprjeta' privata. Madankollu, il-Ministeru qed jikkunsidra l-possibilitajiet kollha biex fil-futur dan is-sit jiġi kkonservat.

Għawdex — Uffiċċju tal-NSO - ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu fl-Uffiċċju tal-NSO f'Għawdex? Jista' jgħid meta ġie ppubblikat l-aħħar Gozo in Figures (bi statistika tal-NSO dwar diversi setturi f'Għawdex)? Jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jgħid għaliex ma ġewx ippubblikati iżjed din it-tip ta' pubblikazzjoni dwar Għawdex?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm tmien (8) impjegati jaħdmu fl-Uffiċċju tal-NSO f'Għawdex. Dawn jinkludu persuna f’kariga maniġerjali u seba’ (7) persuni fil-karigi ta’ Senior Statistician u Statistician. L-istatistika fuq Għawdex toħroġ b’mod regolari u l-pubblikazzjoni hi magħrufa bħala Regional Statistics MALTA. Qiegħed ninkludi l-URL tal-edizzjonijiet ta’ bejn is-sena 2016 u 2019, f’verżjoni elettronika: https://nso.gov.mt/en/publicatons/Publications_by_Unit/Documents/02_Regional_Statistics_(Gozo_Office)/Regional%20Statistics%20MALTA%202017%20Edition.pdf https://nso.gov.mt/en/publicatons/Publications_by_Unit/Documents/02_Regional_Statistics_(Gozo_Office)/Regional%20Statistics%20MALTA%202019%20Edition.pdf Il-pubblikazzjoni Regional Statistics MALTA li jmiss mistennija toħroġ fl-aħħar ġimgħa ta’ Mejju 2020. Il-Gozo in Figures kien ippublikat darbtejn fl-2014 u l-2015. Qed ninkludi l-URL tal-verżjoni elettronika ta’ din l-edizzjoni: https://nso.gov.mt/en/publicatons/Publications_by_Unit/Documents/02_Regional_Statistics_(Gozo_Office)/Gozo_in_Figures_2015.pdf Gozo in Figures kien studju speċjali żviluppat f’pubblikazzjoni b’kontenut analitiku, u bħall-Onorevoli Interpellant nistenna li l-NSO jaġġornaw dan l-istudju dwar Għawdex. L-informazzjoni qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #14418 Sitting 337 2020-06-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Taċ-Ċawla – kiri ta’ appartamenti

Question

B'referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 13901, jista' l-Ministru jgħid: a) kemm ser jiswa l-blokk ta' appartamenti għal skop ta' housing soċjali li ser jinbena f'Taċ-Ċawla; b) kemm-il appartament se jkun fih dan il-blokk; c) kemm area li llum hija spazju pubbliku ser tittieħed biex jinbnew dawn l-appartamenti; d) kemm hemm appatamenti f'Għawdex mikrija mingħand il-privat li qed jintuzaw għal skopijiet ta' housing soċjali; u e) meta kien l-aħħar li nkrew appartamenti mingħand il-privat għal dan l-iskop?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-blokk ta’ appartamenti se jkun jiswa s-somma ta’ madwar miljun ewro, liema prezz jinkludi l-bini, il-finishing tal-blokk tal-appartamenti u kif ukoll l-open area tal-madwar. Se jkun hemm 8 appartamenti b’kollox u l-footprint area tal-blokk se tkun ta’ madwar 220 metru kwadru. Kiri ta’ appartamenti mingħand il-privat għal dan l-iskop qed isir mill-Ministeru ikkonċernat.

MCCAA – Direttorat għall-Ilmenti u Medjazzjoni — każijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid id-Direttorat għall-Ilmenti u Medjazzjoni fi ħdan l-MCCAA fil-kapaċità ta’ entità tal-ADR, kemm irċeva każijiet sena b’sena mill-2017 s’issa, u f’kull każ x’kienet il-materja u kemm minn dawn il-każijiet ġew konklużi u b’liema mod? Tista’ tippreżenta quddiem il-Parlament kopja ta’ kull rapport li sar s’issa mill-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur a tenur tar-regolament 20(5) ta’ L.S. 378.18?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mill-ġurnata tat-tnedija tal-LS 378.19 sad-data ta’ din it-tweġiba, ġew trattati għaxar (10) każijiet mid-Direttorat tal-Ilmenti u Medjazzjoni. Dawn kienu jvarjaw minn reżoluzzjoni għal diżgwid fuq servizz ta’ telekomunikazzjoni, għal tqegħid ta’ madum, u tiswija ta’ karozza u ta’ kamra tal-banju. Tlieta (3) kienu ġew trattati fl-2018, sitta (6) ġew trattati fl-2019 u każ wieħed (1) sa issa fl-2020 kif spjegat hawn taħt: Fl-2018 il-każi kienu: · ilment dwar tqegħid ta’ madum fejn il-kummerċjant irrifonda s-somma lill-konsumatur; · fuq tiswija ta' karozza fejn il-konsumatur ġie rrifondat; u · fuq ilment fir-rigward ta’ kumpanija ta' telekomunikazzjoni li rrifondat lill-konsumatriċi. Fl-2019 il-każi kienu kollha rigward kumpaniji ta’ telekomunikazzjoni fejn intlaħaq dan il-ftehim: · konsumatur ingħata SIM card ġdida u kreditu ta’ €5 ewro; · f’każ ieħor li kien jirrigwardja roaming charges il-konsumatriċi ingħatat €155 bħala kreditu; · konsumatur ingħata ċekk filwaqt li ż-żewġ numri ċellulari tiegħu ġew ittoppjati; · f’każ ieħor il-kumpanija ta’ telekomunikazzjoni rrifondat is-somma ta’ €60 lill-konsumatur; · konsumatur ġie kkreditat s-somma ta’ €70 fil-kont tiegħu; u · rifużjoni ta’ €200 lill-konsumatur. Il-każ li kien hemm s’issa din is-sena jittratta konsenja ta’ aċċessorji ta’ kamra tal-banju, fejn il-kummerċjant offra lill-konsumturi li jagħtihom ħames aċċessorji b’xejn waqt li wieħed baqa’ a spejjeż tal-konsumaturi. Intant qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ rapporti li saru mill-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur a tenur tar-regolament 20(5) ta’ LS 378.18.

Nutar Prinċipali tal-Gvern – notifiki ta’ terminazzjoni ta’ mandati dwar proprjetà immobbli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-2017 s’issa, kemm saru notifiki ta’ terminazzjoni ta’ mandati speċjali li jikkonċernaw proprjetà immobbli bejn persuni fiżiċi lin-Nutar Prinċipali tal-Gvern a tenur tal-L.S. 16.14? Kemm minn dawn saru b’mod elettroniku? Jista’ jgħid kemm mill-2017 s’issa, saru notifiki ta’ terminazzjoni ta’ mandati ġenerali bejn persuni fiżiċi lin-Nutar Prinċipali tal-Gvern a tenur tal-L.S. 16.14? Kemm minn dawn saru b’mod elettroniku? Jista’ jipprovdi l-link għas-sit fejn wieħed jista’ jikkonsulta r-reġistru pubbliku li għalih hemm referenza fil-L.S. 16.14?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Il-formoli ta’ applikazzjoni sabiex wieħed jittermina prokura jistgħu jitniżżlu b’mod elettroniku mis-sit tal-Ministeru tal-Ġustiżżja, Ugwaljanza u Governanza. Il-formoli jiġu milqugħa fl-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern u jiġu kollha sottomessi elettronikament f’Reġistru mill-istess uffiċċju. Wieħed jista’ jkollu aċċess għar-Reġistru fl-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern jew b’mod elettroniku mis-sit https://justicecms.gov.mt/mt/ntg/Pages/Termination-of-Mandates.aspx Mis-sena 2017 sas-7 ta’ Mejju 2020 intlaqgħu b’kollox 397 applikazzjonijiet: Mandati Ġenerali Mandati Speċjali Kummenti 314 83 Kollha sottomossi elettronikament mill-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern
Leg 13 PQ #14454 Sitting 337 2020-06-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — servizz ta' helper lill-anzjani fi djarhom

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jergġa' jibda jingħata s-servizz ta' helper lill-anzjani fi djarhom u dan peress li hemm numru kbir ta' anzjani f'Għawdex li ilhom xahrejn ma jingħataw dan is-servizz u dan qed jikkreja problemi kbar lil dawn l-anzjani tant li wħud minnhom ma jistgħux jibqghu jgħixu fil-komunità mingħajr dan is-servizz? Jista' jara li dan jibda jingħata bil-prekawzjonijiet kollha li hemm bżonn?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. lnterpellant li l-Ministeru għal Għawdex dejjem mexa mal-istruzzjonijiet maħruġin mill-Awtorita’ tas-Saħħa Pubblika. Hekk kif nhar it-13 ta’ Marzu 2020, kienet saret miżura fejn il-kuntatt personali tal-anzjani kellu jkun minimu għall-aħħar, issa billi l-istess Awtorita’ tat direttiva li s-servizz jista’ jerġa jibda jingħata bħal qabel, mill-lum stess, dan il-Ministeru reġa’ beda jagħti dan is-servizz.
Leg 13 PQ #14299 Sitting 336 2020-05-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Xogħlijiet fil-pjazez f’Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema xogħlijiet fi pjazez f'Għawdex hemm ippjanati minbarra x-xogħol fuq Pjazza San Franġisk fir-Rabat, għall-kumplament tas-sena 2020? Jista' jgħid dan ix-xogħol fuq pjazez li hemm ippjanat, fiex ser ikun jikkonsisti u kemm mistennija tkun l-ispiża għalih?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm xogħlijiet ippjanati għar-riġenerazzjoni tal-Pjazza ta’ Sannat, għar-riġenerazzjoni ta’ parti mill-Pjazza tal-Munxar u kif ukoll tibdil tad-dwal għal sistemi aktar eco-friendly fi Vjal 8 ta’ Settembru li tagħti għall-Pjazza tax-Xagħra.

Qala Għawdex – Triq il-Kunċizzjoni – xogħol

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13176 fejn it-tender għal xogħol ta' resurfacing u water culvert fi Triq il-Kunċizzjoni fil-Qala Għawdex intqal li t-tender ġiet awarded u l-kuntratt ġie ffirmat fid-19 ta' Frar 2020, jista’ l-Ministru jgħid f’liema xahar u sena hu ppjanat li jibda u jitlesta x-xogħol infrastrutturali fuq l-imsemmija triq?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Qala li sakemm jgħaddi l-proċess kollu tal-evalwazzjoni tal-Perit, li għalih inħarġet sejħa separata, ma jistax jingħata bidu għax-xogħol ta’ resurfacing u water culvert fi Triq il-Kuniċizzjoni fil-Qala Għawdex. Hemm indikazzjonijiet li x-xogħol jkun jista’ jibda f’Ġunju.

Xewkija Għawdex – Triq il-Qlugħ – xogħol

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8935 fejn intqal “Għas-sena 2019 hemm ippjanat il-qlugħ u l-bini mill-ġdid ta’ Triq il-Qlugħ, dan b’kollaborazzjoni mal-MGOZ, jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq il-Qlugħ fix-Xewkija Għawdex li kellha tinqala’ u tinbena mill-ġdid matul is-sena 2019 sarx ix-xogħol fuqha u tlestietx, u jekk le x'inhuma r-raġunijiet li ma bediex u ma tlestiex ix-xogħol fuq l-imsemmija triq?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li tlesta l-proċess tas-sejħa għall-offerti mill-Ministeru għal Għawdex (CT2075 / 2019), saret konsultazzjoni mal-istess Ministeru u l-Malta Industrial Parks Ltd u entitajiet oħrajn b'rabta mas-servizzi, fejn ġew mitluba pjanti eżistenti tas-servizzi kif inbnew fiż-żona. Wara dan il- proċess, Malta Industrial Parks Ltd ġew informati li l-kuntrattur għandu jibda x-xogħol fil-jiem li ġejjin.

Vaċċin Prevnar

Question

Jista' l-Ministru jara li l-vaċċin Prevnar, issa li ġie mħabbar li ser tingħata b'xejn mill-Gvern, tingħata b'xejn wkoll, fid-doża li jonqoshom, lil dawk li laħqu ħadu xi parti minnha? X'jistgħu jagħmlu dawk li laħqu ħallsu u ħadu xi parti minn din il-vaċċin Prevnar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-4 ta’ Mejju ta’ din is-sena ġiet introdotta tilqima ġdida fl-Iskema Nazzjonali tat-Tilqim Maltija. Din hi t-tilqima kontra il-pneumococcus. Dan il-mikrobu jista’jikkawża meninġite jew infezzjoni fid-demm (septicaemia) speċjalment fit-tfal ta’ taħt is-sentejn. It-tilqima tilqa’ kontra 10 tipi ta’ pneumococcus u jisimha Synflorix™. Qed tingħata lil tfal ta’ xagħrejn, b’doża oħra ta 4 xhur u t-tielet doża ta’ sena. Dawk it-tfal li diġa ħadu xi doża/dożi mill-vaċċin Synflorix™ fil-privat, issa se jkunu jistaw ikomplu jieħdu l-kumplament ta’ din it-tilqima mingħajr ħlas. Minn-naħa l-oħra hu rrakommandat mill-awtoritajiet tas-saħħa internazzjonali li wieħed għandu jkompli l-kors ta’ tilqim bl-istess tip ta’ vaċċin li jkun beda’ bih u allura min ikun beda’ kors tilqim ta’ ditta oħra qed jingħata l-parir li jispiċċa dan il-kors.
Leg 13 PQ #14333 Sitting 336 2020-05-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

MCAST Għawdex — studenti

Question

B'referenza għall-MCAST f'Għawdex jgħid: a. kemm hemm studenti jattendu fl-MCAST ta' Għawdex fis-sena skolastika li waslet biex tispiċċa; b. liema korsijiet qed isegwu dawn l-istudenti; c. kemm hemm għalliema full-time u part-time fl-MCAST ta' Għawdex; d. liema korsijiet ġodda huma mistennija jiżdied fl-MCAST ta' Għawdex fis-sena skolastika li jmiss; u e. peress li l-MCAST ftit tas-snin ilu ħa l-binja ġdida li kienet l-Iskola tal-Arti f'Għajnsielem, hemm il-ħsieb li jinbena campus tal-MCAST ġdid f'Għawdex fis-snin li ġejjin? Qed isir xi tħejjijiet dan is-sens?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li r-risposti, fl-istess ordni alfabetiku tad-diversi mistoqsijiet li saru f'din l-interpellanza, huma kif ġej: a. fl-MCAST ta' Għawdex hemm 219-il student irreġistrat fuq bażi full-time (figura tat-8 ta' Mejju 2020) Fuq bażi part-time hemm 165 student b. il-korsijiet li qed isegwu dawn l-istudenti huma: i) ara d-dokument li qed jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra għall-breakdown tal-219-il student full-time, f'kull kors. ii) Fuq bażi part-time: Award in Inclusive Education - 4 studenti Certificate in Inclusive Education - 12-il student Higher Certificate in Inclusive Education - 19 -il student Top-Up Degree in Inclusive Education - 77 student Stone Masonry - 10 studenti Waste Collection and Transportation of Waste - 35 student EU-Funded - Farming Students - 4 studenti EU-Funded Agribusiness Students - 4 studenti c. hemm 31 lettur fuq bażi full-time, 2 LSEs fuq bażi full-time, 18-il lettur fuq bażi part-time d. kors ġdid li se jkun offrut fis-sena akkademika 2020-21 se jkun l-Advanced Diploma in Finance and Insurance. Ta' min isemmi li fis-sena akkademika 2019-20 infetħu żewġ korsijiet ġodda: l- MCAST Higher Diploma in Advanced Studies in the Early Years (MQF L5) u l- ACCA Qualification (MQF levels 6 u 7). e. s'issa m'hemmx pjanijiet f'dan ir-rigward. L-MCAST jikkunsidra l-possibiltà ta' estensjoni għall-binja eżistenti jekk ikun meħtieġ. Fl-istess ħin, l-MCAST qed jaħdem ukoll fuq binarji oħra, fosthom billi jsaħħaħ l-infrastruttura u l-apparat ta' videoconferencing (fejn sar investiment importanti ħafna) li permezz tagħhom se jkompli jżid l-opportunitajiet ta' taħriġ u tagħlim lill-istudenti Għawdxin f'Għawdex stess b'mod effettiv u ekonomikament vijabbli.
Leg 13 PQ #14395 Sitting 336 2020-05-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

In-Nadur – Għar tal-Mixta

Question

B’referenza għar-risposta tal-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 13843, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser jagħmel it-talba b’mod uffiċjali biex l-Għar tal-Mixta, għar ta’ importanza kbira storika u naturali, jittieħed lura mill-Gvern u ssir l-konservazzjoni li hemm bżonn u dan peress li dan l-għar oriġinarjament kien mikri lill-privat biex jinżammu l-annimali fih u llum ma hemm l-ebda annimali fih u ilu snin ma jintuża għal dan l-iskop? Jaħsibx il-Ministru li dan l-għar li tant jintuża biex jiġu reklamati Malta u Għawdex jerġa’ jgħaddi f’idejn il-Gvern issa li ġie stabbilit li huwa proprjetà pubblika imma huwa mikri lill-privat, u dan billi l-Ministeru jagħmel it-talba biex tiġi terminata l-kirja għal skopijiet pubbliċi?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-aċċess għal dan l-għar huwa diġa miftuħ għall-pubbliku u diġa iżuruh mijiet ta’ persuni. Il-Ministeru qed jikkunsidra t-talba msemmiegħa.
Leg 13 PQ #14244 Sitting 335 2020-05-26 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Rabat Għawdex – Pjazza San Franġisk — Funtana

Question

Peress li f’dawn l-aħħar xhur il-funtana li kien hemm ġewwa Pjazza San Franġisk fir-Rabat Għawdex inqalgħet minn postha, jista’ l-Ministru jgħid fejn tinsab bħalissa din il-funtana u fejn hemm il-ħsieb li titpoġġa l-istess funtana issa li tneħħiet minn Pjazza San Franġisk?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-funtana tinsab fit-taqsima tar-restawr fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex. Meta tneħħiet minn posta, ħaddiema mill-istess taqsima rrestawraw u ħażnu l-funtana sakemm din terġa titpoġġa f’post alternattiv.
Leg 13 PQ #14245 Sitting 335 2020-05-26 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Xewkija Għawdex – proġett ta’ riġenerazzjoni tal-Pjazza prinċipali

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ kemm kien hemm periti jew kumpaniji ta' periti li ħadmu mill-fażi tad-disinni sa meta tlesta, fil-Proġett li sar mill-Ministeru għal Għawdex fuq ir-riġenerazzjoni tal-Pjazza prinċipali tax-Xewkija, kif ukoll kif intgħażlu u kemm tħallsu kull wieħed u waħda minnhom?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Perit li ħadem fuq il-Pjazza tax-Xewkija hu l-Perit Frank Muscat li ġie mħallas €37,628.80 (excl VAT) mill-EOI. Il-ħlas jinkludi disinn, kunsultazzjoni pubblika, preparamenti ta’ BOQ’s, drawings u specifications, supervizjoni tax-xogħol u kif ukoll certification.
Leg 13 PQ #14295 Sitting 335 2020-05-26 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Marsalforn – parking – kisi ta’ tarmac

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li qabel l-istaġun tas-sajf il-parking ta’ Marsalforn jitkompla jinkesa bit-tarmac peress li parti kbira mill-istess parkeġġ għadu qatt ma ġie mogħti t-tarmac u kull sena l-kundizzjoni tiegħu qed ikompli jiddeterjora?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol f’dan il-parkeġġ ser isir skont skeda ta’ prijoritajiet amministrata mil-Ministeru għal Għawdex.
Leg 13 PQ #14296 Sitting 335 2020-05-26 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Rabat Għawdex – Triq in-Neolitiċi u parti minn Triq 31 ta’ Marzu – tarmac ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser isir ix-xogħol mill-Ministeru għal Għawdex biex Triq in-Neolitiċi u parti minn Triq 31 ta’ Marzu fir-Rabat Għawdex jingħataw wiċċ bit-tarmac għall-ewwel darba u jitneħħa l-inkonvenjent kbir għar-residenti? Jista’ jgħid jekk hemmx tender għal dan ix-xogħol u jekk iva meta mistenni jibda x-xogħol? Jekk le, hemm ħsieb li dawn it-toroq isiru matul is-sena 2020?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm kuntratt wara sejħa għal offerti MGOZ/MPU T 27/2019. Ix-xogħol fuq din it-triq beda, imma qegħdin nistennew clearance mingħand is-Sovraintendenza tal-Patrimonju Kulturali.
Leg 13 PQ #14297 Sitting 335 2020-05-26 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Rabat Għawdex – Triq Ġorġ Pisani — tarmac

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu maħsub li Triq Ġorġ Pisani fir-Rabat Għawdex issir bit-tarmac għall-ewwel darba u jitneħħa l-inkonvenjent li qed jiffaċċjaw ir-residenti?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fit-triq Ġorġ Pisani ser isiru bħala parti mil-link il-ġdid għat-triq ta’ Marsalforn.