Legislature:
Category:
Reset
Active:

Aġenzija Sapport – spiża tat-trasport

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tat-trasport tal-Aġenzija Sapport sena b'sena mill-1 ta' Jannar 2015 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kull sena separatament, inkluż ukoll l-ispiża għal xiri jew kiri ta' vetturi?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-ispiża tat-trasport tal-Aġenzija Sapport minn April 2016, minn meta ġiet mwaqqfa l-Aġenzija, sad-data li qed tkun mwieġba din l-interpellanza, hija kif ġej: Kiri ta’ vetturi Sena € 2016 30,740 2017 18,361 2018 3,088 2019 8,272 2020 sal-ewwel ġimgħa ta’ Ġunju 3,495 Spiża ta’ fjuwil Sena € 2016 87,290 2017 98,297 2018 111,770 2019 138,890 2020 sal-ewwel ġimgħa ta’ Ġunju 42,592 Xiri ta’ vetturi Sena € 2016 NIL 2017 366,632 2018 22,639 2019 100,635 2020 sal-ewwel ġimgħa ta’ Ġunju 289,938 Transport għall-klijenti Sena € 2016 1,111,999 2017 1,166,948 2018 1,092,743 2019 2,219,119 2020 sal-ewwel ġimgħa ta’ Ġunju 501,349

Libreriia Pubblika u l-Arkivji Pubbliċi ta’ Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Librerija Pubblika u l-Arkivji Pubbliċi ta' Għawdex isiru iktar aċċessibbli peress li bħalissa dawn mhux aċċessibbli kemm għall-anzjani kif ukoll għall-persuni b’diżabilità?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nirringrazzja lill-Onor. Interpellant talli ġab il-premess għall-attenzjoni tieghi. Nispjega li minħabba l-fatt li dawn jinsabu ġewwa l-binja tal-Kulleġġ ta' Għawdex Skola Primarja, ser nintervjeni sabiex nassikura li dan l-aċċess jingħata.

Sptar Ġenerali t’Għawdex – twelid ta’ trabi

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm twieldu trabi fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex imma li kellhom jiġu trasferiti lejn l-Isptar Mater Dei mill-bidu tas-sena 2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u dan sena b'sena? Jista' jgħid, matul l-istess perjodu, kemm kien hemm nisa li welldu normali u kemm kien hemm li welldu b'ċesarja fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex? Jista' jgħid minn dawn, kemm kien hemm ċesarji elective u kemm kienu b'emerġenza?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ trabi li twieldu fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex li kellhom jiġu trasferiti lejn l-Isptar Mater Dei (fl-NPICU) mill-2013 sal-2019 kien 29. Matul l-istess żmien kien hemm total ta’ 1,332 mara li weldet normali u 621 li welldu b'ċesarja fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex. Minn dawn, kien hemm 362 mara li welldet permezz ta’ ċesarja (elective) u 259 b’ċesarja (emerġenza).

Kap. 520 — Direttiva dwar Representative Action for Collective Redress

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8217 fis-seduta tal-15 ta’ Jannar 2019, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li d-dritt għall-proċedimenti kollettivi skont il-Kap. 520 jiġi estiż għal oqsma oħra apparti dawk li jikkonċernaw il-ħarsien tal-konsumatur u l-kompetizzjoni?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Membru illi f’ dan l-istadju l-iżvilupp previst fid-domanda ma jiffurmax is-suġġett ta’ xi proġett ta’ liġi kurrenti. S’ intendi l-estensjoni tal-hekk imsejjħa ‘class action’ għal setturi oħra apparti dawk tal-protezzjoni tal-konsumatur u tal-kompetizzjoni ġiusta tkun tirrikjedi evalwazzjoni u studju dwar’impatt.

Coronavirus – persuni li nstabu pożittivi għal aktar minn darba — miżuri

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid s’issa kemm kien hemm persuni li nstabu li huma pożittivi fir-rigward tal-marda tal-COVID-19 aktar minn darba? Jekk kien hemm, qed jittieħdu xi miżuri partikolari fil-konfront tagħhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sa issa ħadd ma nsab li huwa pożittiv għal-COVID 19 aktar minn darba.
Leg 13 PQ #14880 Sitting 340 2020-06-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

WORLD TOURISM DAY – GALA DINNER

Question

B’referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 14230, jista’ l-Ministru jgħid: a. kemm kienu l-persuni preżenti għall-ikla tal-gala dinner għall-World Tourism Day li saret matul is-sena 2019; b. kemm kien hemm persuni mistiedna u kemm fil-fatt attendew; c. is-servizzi ta' din l-attività li ngħataw b'direct order lil min ingħataw u kemm kien l-ammont għal kull servizz li ngħata?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpallant li mill-persuni kollha mistiedna għall-attivita’ ta’ Gala Dinner fl-okkażjoni tal-World Tourism Day li saret matul is-sena 2019 – li kienu jinkludu fost l-oħrajn, l-Ambaxxaturi, il-Konsli Onorarji kollha għal Malta, flimkien ma’ ġurnalist minn kull pajjiż rappreżentat u kif ukoll entitajiet relatati mas-settur tat-turiżmu - attendew madwar 90 persuna. Min-naħa l-oħra, din l-attivita’ ġiet tiswa s-somma ta’ €36,152.37 (VAT eskluż). Is-servizzi marbutin ma’ din l-attivita gew ingaġġati permess ta’ direct order. L-attivita’ saret fil-Villa Rundle u għaldaqstant ma kien hemm l-ebda spejjeż relatati ma’ kera. Il-lista sħiħa tal-ispejjeż marbutin ma’ din l-attivita qiegħda titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.

Fond konsolidat f’Għawdex – nefqa kapitali tal-gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa kapitali tal-gvern mill-fond konsolidat f’Għawdex kull sena mill-2013 sal-lum? Jista' jagħti dan it-tagħrif skont in-natura tal-investiment, pereżempju investiment produttiv, infrastruttura u soċjal? Jista' jagħti dan l-investiment bħala persentaġġ tan-nefqa kollha f'Malta mill-fond konsolidat għall-istess oqsma ta' investiment?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor Interpellant li nefqa kapitali reali fuq Għawdex trid tiġbor fiha n-nefqa kapitali mill-Fond Konsolidat ta’ kull ministeru li parti minnha timpatta l-Għawdex. Din l-informazzjoni ma tinġabarx. L-informazzjoni li tinġabar u li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra hi biss n-nefqa kapitali li tiġi rrappurtata taħt il-Ministeru għal Għawdex u għalhekk ma hix n-nefqa sħiħa. Il-persentaġġi li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant għandhom għalhekk jiġu nterpretati f’dan is-sens.

Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur Kap.378 – konsultazzjoni pubblika

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm sottomissjonijiet fir-rigward tal-konsultazzjoni pubblika li saret fit-12 ta’ Mejju 2020 fir-rigward ta’ emendi proposti għall-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur Kap.378 u xi liġijiet oħra? Jekk kien hemm, kemm kienu u fis-sustanza f’kull każ x’kienu s-sottomissjonijiet li saru u jekk jista’ jingħad, minn min saru? Tista’ tpoġġi kopja tas-sottomissjonijiet li saru fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li fir-rigward tal-konsultazzjoni pubblika li saret bejn bejn it-22 ta’ April u t-12 ta’ Mejju 2020 dwar emendi proposti għall-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur Kap.378 u xi liġijiet oħra, kien hemm żewġ sottomissjonijiet, li saru rispettivament mill-Association for Consumer Rights (Malta) u minn Mamo TCV Advocates. Dawn is-sottomissjonijiet bħalissa qiegħdin jiġu evalwati u r-rapport għandu jiġi ppubblikat sal-15 ta’ Ġunju, 2020. Kopji taż-żewġ sottomissjonijiet imsemmija hawn fuq qiegħdin jiġu mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra.

Fondi Ewropej f’Għawdex – nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa kollha ta' Fondi Ewropej f'Għawdex mis-sena 2013 sal-lum? Jista' jgħid kemm flus tħallsu s'issa minn din in-nefqa? Jista' jagħti dan it-tagħrif skont in-natura tal-investiment, pereżempju investiment produttiv, infrastruttura u soċjal u jgħid x'inhuma l-proġetti f'kull każ u jagħti n-numru ta' referenza ta' kull proġett? Jista' jagħti dan l-investiment bħala persentaġġ tan-nefqa kollha f'Malta ta' Fondi Ewropej għall-istess oqsma ta' investiment?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f’seduta oħra.
Leg 13 PQ #14677 Sitting 339 2020-06-03 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Daħlet Qorrot fin-Nadur – xogħol fuq ħajt

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14031, jista' l-Ministru jgħid min hu l-Perit li qed iħejji r-rapport tekniku fuq il-parti mit-Triq li tagħti għall-bajja ta' Daħlet Qorrot fin-Nadur li ċediet u qiegħda f'periklu għal kull min juża din it-triq? Jista' jgħid meta ġie nkarigat dan il-Perit biex iħejji dan ir-rapport u meta hu mistenni jitlesta? Jista' jagħti żmien meta dan ix-xogħol għandu jsir biex jitneħħa dan il-periklu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Perit inkarigat huwa Perit tal-Ministeru għal Għawdex. Dan ir-rapport tekniku tlesta u bħalissa qed jiġi analizzat, bix-xogħol ippjanat li jibda fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 13 PQ #14699 Sitting 339 2020-06-03 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Il-Qala — Triq iż-Żewwieqa - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol li sar fuq Triq iż-Żewwieqa fil-Qala, Għawdex? Jista' jgħid liema Perit iċċertifika x-xogħol u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taċ-ċertifikati maħruġa? Jista' jgħid jekk ix-xogħol fuq il-ħitan tas-sejjiegħ f'din it-triq inbediex, jekk le meta ser jinbeda u meta hu mistenni li jkun lest?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol ġie ċċertifikat minn rapreżentant tal-Ministeru għal Għawdex. Il-pagamenti qed jiġu pproċessati biex l-informazzjoni tkun disponibbli fil-ġimgħat li ġejjin. Fir-rigward tax-xogħol fuq il-ħitan tas-sejjieħ, dan ser jibda aktar il-quddiem.

Special Market Policy Programme for Maltese Agriculture

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm bdiewa u raħħala li gawdew mill-għajnuna tal-Special Market Policy Programme for Maltese Agriculture (SMPPMA) sena b' sena mis-sena 2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid kemm kien il-valur? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu raħħala u bdiewa Għawdxin u kemm kien il-valur li minnu bbenefikaw il-bdiewa u raħħala Għawdxin?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-SMPPMA baqgħet fis-seħħ sal-2014. L-informazzjoni mitluba hija hekk kif ġej: SMPPMA – Tadam għall-ipproċessar: 2013 Prodott: Malta: €438,695.10 Għawdex: €191,445.54 Benefiċjarji: Malta: 152 Għawdex: 56 2014 Prodott: Malta: €357,056.76 Għawdex: €201,606.49 Benefiċjarji: Malta: 121 Għawdex: 57 SMPPMA – kultivazzjoni ta’ dwieli għall-inbid 2013 Prodott: Malta: €197,064.77 Għawdex: €29,571.89 Benefiċjarji: Malta: 822 Għawdex: 128 2014 Prodott: Malta: €141,214.04 Għawdex: €22,291.34 Benefiċjarji: Malta: 879 Għawdex: 120 SMPPMA – Frott u ħaxix: 2013 Prodotti: Malta: €500,422.23 Għawdex: €108,940.23 Benefiċjarji: Malta: 2,072 Għawdex: 426 2014 Prodotti: Malta: €464,879.43 Għawdex: €45,601.58 Benefiċjarji: Malta: 1,995 Għawdex: 385 Data fuq din l-iskema ta’ l-SMPPMA li tikkonċerna d-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja ma baqgħetx tingħata wara s-sena 2011.

In-Nadur Għawdex – medded ta’ artijiet — reġistrazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li r-reġistrazzjonijiet ta’ medded ta' art fin-Nadur minn entità waħda ma ġewx pubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern minkejja li dawn daħlu fi Frar 2020 u kull reġistrazzjoni li tiġi approvata tidher fil-Gazzetta tal-Gvern tax-xahar ta' wara? Jista' jgħid min ta l-ordni biex dawn ma jiġux ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern? Dan ifisser li r-reġistrazzjonijiet ma ġewx aċċettati? Ifisser li ma ġewx approvati? Jekk ġew approvati u ma ġewx pubblikati qed tinkiser xi provvediment tal-liġi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba parlamentari 13903.

In-Nadur – medded ta’ artijiet reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jagħmel il-Ministeru tiegħu u l-Aġenzija li taqa' taħtu biex iserraħ ras ir-residenti li l-proprjetà tagħhom intlaqtet minn applikazzjonijiet ta’ medded ta' art fin-Nadur? Jista' jgħid jekk dawn l-applikazzjonijiet li ġew approvati fi ftit sigħat, hux ser tiġi irtirata l-approvazzjoni tagħhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba parlamentari 13903.

Għawdex – reġistrazzjonijiet ta’ artijiet fil-Gazzetti tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' estratti mill-Gazzetta tal-Gvern fejn minn Frar 2020 sal-lum ġew ippubblikati r-reġistrazzjoni ta' artijiet f'Għawdex?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’: l-Avviż numru 444 li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tal-5 ta’ Mejju, 2020; u l-Avviż numru 500 li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tad-19 ta’ Mejju, 2020.
Leg 13 PQ #14468 Sitting 338 2020-06-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Marsalforn – Xogħlijiet fil-Menqa

Question

B’referenza għax-xogħol li għaddej fil-Menqa f'Marsalforn u t-triq li twassal għall-Menqa jista’ l-Ministru jgħid: a. meta huwa mistenni li jitlesta dan ix-xogħol; b. ser jingħata kumpens lill-ħwienet li jinsabu magħluqa minħabba dan ix-xogħol u li ma jistgħux joperaw lanqas bit-take away f'dan iż-żmien li huma magħluqa wkoll b'direttiva tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika; c. x'ser jiġri minn dawn il-ħwienet jekk ir-restaurants ikunu jistgħu jiftħu fil-ġimgħat li ġejjin u dawk tal-Menqa ma jkunux jistgħu joperaw minħabba x-xogħol li jkun għadu għaddej; u d. it-triq li twassal għal Menqa ser tibqa' tal-istess wisa' jew qed titwessa’ u ser tittieħed parti mill-Bajja ta' Marsalforn? Jekk iva kemm se titwessa’ u kemm ser tittieħed mill-bajja?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħwienet li jinsabu f’din iż-żona ma kinux kollha magħluqin u setgħu joperaw b’servizzi ta’ take-away skont d-direttivi mill-Awtoritajiet tas-Saħħa. Il-parti ta’ quddiem dawn ir-restaurants sal-linja tat-triq hija kompluta bil- porfido , u sal-aħħar ta’ din il-ġimgħa t-triq ser tkun lesta bil- concrete sabiex jinfetaħ l-aċċess għall-perjodu tas-sajf, fejn l-istess ristoranti ser ikunu jistgħu joperaw mingħar xkiel. It-triq li twassal għal Menqa ser tibqa’ l-istess wisa’.
Leg 13 PQ #14469 Sitting 338 2020-06-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

MCAST — studenti Għawdxin - eżamijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex studenti Għawdxin li jattendu korsijiet tal-MCAST f'Malta ma jistgħux joqogħdu għall-eżamijiet f'Għawdex stess bħalma qed isir fil-maġġoranza kbira tal-istudenti Għawdxin li jattendu korsijiet fl-Università fejn dawn qed jingħataw l-opportunità li joqogħdu għall-eżamijiet fiċ-Ċentru tal-Università f'Għawdex? X'qed jagħmel il-Ministeru biex dan ikun possibbli u x'kienet it-tweġiba tal-Ministeru għal talba li saret f'dan is-sens mill-Grupp Universitarji Għawdxin diversi xhur ilu?

Response (BONNICI, OWEN)

Infurmat li fis-snin li għaddew saru diversi arranġamenti biex studenti Għawdxin li jattendu korsijiet fuq bażi full-time f'wieħed mill-istituti tal-MCAST ġewwa Malta joqogħdu għal xi eżamijiet tagħhom ġewwa l-kampus t'Għawdex. It-talbiet isiru mill-istudenti konċernati lill-istitut tagħhom li mbagħad jara x'arranġamenti jistgħu isiru mal-kampus t'Għawdex. Wieħed irid jifhem li s-sistema ta' assessjar użata mill-MCAST hija bbażata fuq continuous assessment u mhix ibbażata biss fuq eżamijiet. Ċertu assessments jinvolvu wkoll element prattiku. Apparti minn hekk, assessments bil-miktub bħal Time Constrained Assessments mhux bilfors isiru fi żmien dedikat għall-eżamijiet (examination period) imma wkoll waqt ġranet normali tal-iskola fejn l-istudenti jkunu mistennija jattendu għal-lezzjonijiet skont l-iskeda. Però l-MCAST huwa kommess li fiż-żmien ta' synoptic assessments (resits) li normalment isiru fi tmiem is-simestru, dawn it-talbiet jibqgħu jintlaqgħu sa fejn huwa possibbli. Fejn l-eżami jinvolvi element prattiku, dan irid isir bilfors fl-istitut fejn l-istudent jattendi taħt is-superviżjoni tal-assessor. Din it-talba kienet diskussa fl-MCAST Council of Institutes f'Diċembru tal-2019 fejn kien deċiż li talbiet bħal dawn jibqgħu isiru mill-istudent lid-Direttur tal-Istitut fejn jattendi li mbagħad jevalwa n-natura tat-talba u jekk ikun possibbli jagħmel l-arranġamenti meħtieġa mad-direttur tal-kampus t'Għawdex. L-MCAST huwa kommess li jagħmel dak kollu possibbli biex jiffaċilita l-ħajja tal-istudenti, inkluż dawk Għawdxin.
Leg 13 PQ #14550 Sitting 338 2020-06-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Bordijiet — membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bordijiet li jidhru hawn taħt u li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid ukoll meta ġew appuntati dawn il-membri, u kemm hi r-remunerazzjoni tal-membri f'kull Bord fejn hemm remunerazzjoni: a. Dwejra Opportunity Fund Committee; b. Gozo Agricultural, Cultural and Industrial Society; c. Gozo Committee for National and Regional Celebrations; d. Gozo Cultural Committee; e. ITS Advisory Board (Gozo); f. ORNIS Committee; g. Sports Board – Gozo; h. Street Naming Committee; i. Gozo Wild Bird Regulation Unit; j. Gozo Channel (Operations) Ltd; u k. Gozo Heliport?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #14595 Sitting 338 2020-06-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Il-Qala: Triq San Ġużepp; Ix-Xagħra: Triq tal-Qaċċa - tarmak

Question

B’referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 13950, u ż-żewġ Press Releases maħruġa mill-Ministeru tiegħu, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il metru kwadru ta' tarmak ingħata fix-xogħol li sar fuq parti minn Triq San Ġużepp fil-Qala u fuq parti minn Triq tal-Qaċċa fix-Xagħra u f'kull każ jgħid kemm fiha metri kwadri b'kollox Triq San Ġużepp u allura x'persentaġġ ta' tarmak ingħata minnha u kemm fiha metri kwadri b'kollox Triq tal-Qaċċa u kemm persentaġġ minnha ngħata tarmak?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li parti minn triq San Ġużepp ġewwa il-Qala ġiet mibnija mill-ġdid peress li din kienet sfrondat, fejn l-użu tat-tarmac kien madwar 140m2. Fi triq ta’ Ħamet fiż-żona magħrufa tal-Qaċċa, intuża madwar 600m2 ta’ tarmac filwaqt li fi triq iż-Żewwieqa ġewwa il-Qala, intuża madwar 7085m2.

Direttiva (2018/1972) – konsultazzjoni pubblika

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12936, jista’ l-Minsitru jgħid meta saret il-konsultazzjoni pubblika dwar it-traspożizzjoni tad-Direttiva (2018/1972), jekk kienx hemm xi sottomissjonijiet f’dan ir-rigward u jekk kien hemm, minn min? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet li saru waqt il-konsultazzjoni pubblika?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddej ix-xogħol fuq id-dokumentazzjoni marbuta ma’ din il-konsultazzjoni u l-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika se jitniehda dalwaqt.