Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #15285 Sitting 346 2020-06-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – tenders, direct orders jew quotations għal xogħol ta’ ħadid

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tender, direct order jew quotation ħarġet minn Marzu 2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari mill-Ministeru għal Għawdex għal xogħol ta' ħadid u xogħol ieħor relatat? Jista' jgħid fejn sar ix-xogħol, min tefa' t-tenders, quotations jew ingħata direct order u l-ammont li swiet kull biċċa xogħol? Jista' jindika min ħa t-tender, quotation jew direct order?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika eżatt x’tip ta’ xogħlijiet qed jirreferi għalihom.
Leg 13 PQ #15286 Sitting 346 2020-06-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – tenders, direct orders jew quotations għal xogħol ta’ injam

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tender, direct order jew quotation ħarġet minn Marzu 2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari mill-Ministeru għal Għawdex għal xogħol ta' injam? Jista' jgħid fejn sar ix-xogħol, min tefa' t-tenders, quotations jew ingħata direct order u l-ammont li swiet kull biċċa xogħol? Jista' jindika min ħa t-tender, quotation jew direct order?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li, sakemm ma jridx ikun iżjed speċifiku, din it-talba tirrikjedi wisq xogħol u riżorsi.

Fabbriki u garaxxijiet industrijali — ħaddiema

Question

Jista` l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati full-time f'kull fabbrika u garaxx industrijali u x'tip ta' xogħlijiet jagħmlu dawn l-istess fabbriki u garaxxijiet industrijali li kienu qed joperaw fil-Qasam Industrijali fix-Xewkija f'Għawdex matul l-aħħar sitt snin, u dan għal kull sena separatament?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. l-informazzjoni għadha qed tingabar.
Leg 13 PQ #15172 Sitting 345 2020-06-17 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – miżuri favur l-ambjent

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri favur l-ambjent ħa l-Ministeru għal Għawdex fl-uffiċini u d-dipartimenti tal-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu f’dawn l-aħħar tliet snin u x'miżuri oħra ambjentali fl-istess uffiċini u dipartiment tal-entitajiet hemm ippjanati li jittieħdu fix-xhur li ġejjin sal-aħħar tas-sena 2020?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’Mejju 2017 il-Ministeru għal Għawdex applika għal u ngħata fondi Ewropej biex iwettaq il-proġett hekk imsejjaħ ‘Retrofitting u Upgrading’ taċ-Ċentru Amministrattiv, liema proġett huwa mmirat biex itejjeb l-effiċjenza tal-binja u jissalvagwardja l-ambjent billi jaħli ħafna inqas enerġija. Dan jinkludi żewġ tenders ewlenin li huma CT3072/2018 u CT3234/2018. L-intervent fl-ewwel tender huwa t-tibdil tal-aperturi minn twieqi bi ħġieġ single glazed għal twieqi bi ħġieġ double glazed. Dak fit-tieni tender huwa t-tibdil tas-servizzi mekkaniċi u elettriċi li jinkludu tibdil ta’ split-type air-conditioning units għal sistema ċentralizzata ta’ VRF, installazzjoni ta’ ventilazzjoni mekkanika, introduzzjoni ta’ air-to-water heat pumps, tibdil ta’ dawl għall-LEDs, installazzjoni ta’ Building Management System, installazzjoni ta’ insulazzjoni fuq ġewwa għall-bjut u ħitan esterni, u xogħlijiet ta’ waterproofing fuq il-bjut. Sal-aħħar ta’ din is-sena hu mistenni li jitlesta x-xogħol fuq it-tibdil tal-aperturi, filwaqt li l-waterproofing fuq il-bjut tlesta’. Fir-rigward tal-Gozo Channel Operations Limited, bħalissa għaddej proċess biex tiġi installata sistema elettrika ġdida li se tkun eco friendly . Dan apparti sistema ta’ separazzjoni tal-iskart li ukoll se tkun implimentata.
Leg 13 PQ #15173 Sitting 345 2020-06-17 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – tenders, direct orders u quotations għall-manutenzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tender/direct order/quotation ħarget mit-8 ta' Marzu 2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari mill-Ministeru għal Għawdex għal xogħol ta' air-conditioning u manutenzjoni tagħhom, fejn twaħħlu, min tefa' t-tenders, jekk hux b’quotation jew ingħatat direct order u l-ammont? Jista' jindika min ħa t-tender, u jekk hux b’quotation jew b’direct order?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #15174 Sitting 345 2020-06-17 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – tenders, direct orders u quotations għal tabelli u sinjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tender/direct order/quotation ħarġet mit-8 ta' Marzu 2013 sad-data meta tigi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari mill-Ministeru għal Għawdex għal xogħol ta' tabelli u sinjali, fejn saru, min tefa' t-tenders, quotation jew ingħata d-direct order u l-ammont? Jista' jindika min ħa t-tender, quotation jew direct order?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Vetturi li ġew garaged

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew garaged vetturi kull xahar matul ix-xhur ta' Frar, Marzu, April u Mejju 2020? Jista' jgħid kemm kien it-telf fi ħlas ta' liċenzji għal Transport Malta minn dan l-iggaraxxjar ta' dawn il-vetturi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-ammont ta’ vetturi garaged kull xahar matul ix-xhur ta' Frar, Marzu, April u Mejju 2020 huwa kif jidher: 2020JannarFrarMarzuAprilMejju Vetturi Garaged1,0038972,3052,8221,439 Hija fażi normali li matul is-sena sidien tal-vetturi jiggaraxxjaw il-vettura tagħhom speċjalment fix-xhur li ma jkunux ser jużaw il-vettura u dan sabiex jiffrankaw l-ħlas ta’ liċenzja ta’ triq kif ukoll l-ħlas ta’ l-assikurazzjoni kif fil-fatt ġara dawn l-aħħar xhur imħabba l-pandemija COVID-19 u għaldaqstant ma jistax jiġi kwantifikat jekk kienx hemm telf ta’ liċenzji.
Leg 13 PQ #15199 Sitting 345 2020-06-17 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel – Bars – żieda fil-prezzijiet

Question

Jista' l-Ministu jgħid liema prezzijiet ta' ikel u xorb li jinbiegħu mill-bars tal-Gozo Channel żdied il-prezz tagħhom matul l-aħħar xahrejn? Jista' jgħid kemm kienet iż-żieda fil-prezz ta' dawn il-prodotti u r-raġuni għaliex l-kumpanija Gozo Channel ħasset li proprju f'dan iż-żmien diffiċli, tiddeċiedi li tgħolli dawn il-prezzijiet?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-aħħar xahrejn il-kafetterija tal-vapur kienet magħluqa. Apparti l-fatt li l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali, ngħarraf lill-Interpellant li l-prezzijiet tal-prodotti li jinbiegħu mill-kafetteria jiġu aġġustati kontinwament. Dan jiddependi minn diversi fatturi.
Leg 13 PQ #15200 Sitting 345 2020-06-17 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — skema ta' inċentivi fuq il-pagi tal-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kumpanija Gozo Channel applikatx għal xi skema ta' inċentivi fuq pagi tal-ħaddiema tagħha mingħand il-Malta Enterprise matul iż-żmien tal-pandemija? Jekk iva meta applikat? Ġiet aċċettata l-applikazzjoni tal-Gozo Channel? Jekk le x'kienet ir-raġuni li ma ġietx aċċettata? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-applikazzjoni u r-risposta tal-Malta Enterprise?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li iva, il-kumpanija Gozo Channel (Operations) Ltd applikat mal-Malta Enterprise għall-COVID-19 Wage Supplement.

Direttiva (UE) 2019/944 – miżuri leġislattivi u amministrattivi għal ħarsien tal-indipendenza ta’ awtorità regolatorja

Question

B'referenza għall-Artikolu 57 – b’mod partikolari l-paragrafu 5 tiegħu – tad-Direttiva (UE) 2019/944 – jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri kemm leġislattivi kif ukoll amministrattivi qed jiġu kkunsidrati biex tiġi tassew imħarsa l-indipendenza tal-awtorità regolatorja kompetenti f’Malta f’dan il-qasam – attwalment ir-REWS – b’mod partikolari biex fost l-oħrajn, din tkun tassew indipendenti minn kwalunkwe entità politika (ara s-subparagrafu (a) tal-paragrafu 5), ikollha allokazzjonijiet annwali separat tal-baġit u awtonomija fl-implimentazzjoni tal-baġit tagħha (ara s-subparagrafu (ċ) tal-paragrafu (5)), u li l-President u l-membri tal-Bord jinħatru a bażi ta' kriterji oġġettivi, trasparenti u ppubblikati, fi proċedura indipendenti u imparzjali, u minn fost il-kandidati li jkollhom il-ħiliet u l-esperjenza meħtieġa għall-pożizzjoni relevanti (ara s-subparagrafu (e) tal-paragrafu 5)?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-deadline tat-traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/944 mistenniha li ssir fl-ewwel ta’ Jannar tal-2021. Il-miżuri leġislattivi opportuni għadhom qegħdin jiġu żviluppati u diskussi.

Entitajiet — ingaġġ ta' ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ddaħħlet taħdem taħt l-entitajiet li jaqgħu taħtu, kemm impjegati direttament kif ukoll impjegati tramite kuntratturi li joffru servizz b'effett minn Jannar 2020 sal-lum? Jista' jagħti break down mil-liema lokalitajiet huma dawn il-persuni li ġew ingaġġati? Jista' jgħid f'kull każ x'inhu l-grad ta' dik il-persuna li ġiet ingaġġata?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Proġett ta' Taxiway Lima

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-proġett tat-Taxiway Lima u jgħid meta huma ppjanati li joħorġu t-tenders għal dan il-proġett, fejn huwa maħsub li jiġu ppubblikati dawn it-tenders u kemm hu stmat li ser jiswa dan il-proġett?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġett inkwistjoni jinkludi xogħol infrastrutturali estensiv fuq l-aċċess bil-għan li l-aċċess ikun adekwat għal ajruplani klassfikati sa Code E bil-possibilita’ li fil-futur ikun modifikat bl-inqas intervent possibli għal ajruplani sa Code F. It-Tender relatat mas-servizzi professonali ta’ disinn, Supervizjoni u Immaniġjar tal-Proġett, kien ippublikat bin-numru ta’ referenza CT 2349/2019 u eventwalment aġġudikat. Dan filwaqt li t-tender fuq ix-xogħol qiegħed jiġi finalizzat u jkun ippublikat wara li jsiru l-verifiki neċessarji mid-Dipartiment tal-Kuntratti.

Tender Trenching and Pipelaying for the Second Class Water (New Water) Distribution Network in Gozo — Water Services Corporation

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li fit-tender Trenching and Pipelaying for the Second Class Water (New Water) Distribution Network in Gozo - Water Services Corporation - CT3085/2019 ir-rakkomandazzjoni tal-award ta' din l-imsemmija tender ġiet deċiża mat-tieni Evalutation Round?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għaddiet dan il-kuntratt biex jiġi ffinalizzat mid-Dipartiment tal-Kuntratti skont proċeduri stabbiliti. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jikkjarifika xi jrid iffiser b’Evaluation Round.
Leg 13 PQ #15143 Sitting 344 2020-06-16 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

MCAST Għawdex – studenti li qed isegwu kors fl-Inclusive Education – research proposal

Question

B’referenza għall-istudenti li jaħdmu bħala LSEs u li qed isegwu kors fl-Inclusive Education fl-MCAST ta' Għawdex fejn dawn f'Lulju 2019 ġew mitluba biex jissottomettu r-Research Proposal tagħhom, anke jekk ma ġewx assenjati tutors, f'Marzu 2020 reġgħu ġew mitluba jippreżentaw proposal oħra mingħajr spjegazzjoni għaliex kien qed jintalab dan, u issa xahrejn u nofs wara, fejn mhux l-istudenti kollha rċevewha flimkien, irċevew risposta, għaldaqstant jista’ l-Ministru jgħid għaliex: 1) mhux l-istudenti kollha ġew infurmati flimkien bid-deċiżjoni dwar il-proposta tagħhom? 2) għaliex fil-bidu wħud kienu infurmati li l-proposta tagħhom ġiet aċċettata u issa qed jintalbu jibdlu l-proposta tagħhom u qed jingħataw biss ġimgħa biex jagħmlu dan? u 3) kemm hu mistenni li jdumu biex jirċievu l-approval għall-proposta ġdida tagħhom dawn l-istudenti u dan peress li huma jridu jippreżentaw id-dissertation tagħhom sa mhux aktar tard minn Jannar 2021 u jridu jagħmlu x-xogħol fuqha matul is-sajf?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li r-risposti, fl-istess ordni numeriku tad-diversi mistoqsijiet li saru f'din l-interpellanza, huma kif ġej: 1) L-istudenti ġew infurmati bid-deċiżjoni dwar il-proposta tagħhom f’perjodu ta’ żmien qasir minn mindu ntbagħtu l-ewwel risposti. Ma setgħetx tintbagħat risposta ġenerali minħabba li kull tweġiba kienet tinkludi informazzjoni għal kull persuna speċifika. 2) L-istudenti ntalbu jissottomettu tliet kompiti biex jiġu assessjati; id-dikjarazzjoni tal-intenzjoni kienet waħda minn dawn it-tlieta msemmija. Id-dikjarazzjoni tal-intenzjoni tkun assessjata mill-Bord tal-Etika biex ikun assigurat li kollox jimxi kif suppost. Kull persuna li rċeviet risposta bil-kodiċi A setgħet tipproċedi bir-riċerka. Kull persuna li rċeviet risposta bil-kodiċi B għandha tagħmel tibdiliet żgħar, filwaqt li dawk li rċevew risposta bil-kodiċi C , huma meħtieġa li jimxu skont ir-rakkomandazzjonijiet li ġew mibgħuta lilhom. F’dan ir-rigward, matul l-ewwel ġimgħa ta’ Ġunju 2020, speċifikament nhar l-4 u l-5 ta’ Ġunju saru laqgħat mal-persuni konċernati sabiex jiġi mfisser dan il-proċess. 3) Huwa mistenni li dawk li jimxu mar-rakkomandazzjoni tal-Bord, jirċievu risposta sal-15 ta’ Ġunju, 2020.
Leg 13 PQ #15171 Sitting 344 2020-06-16 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Sport Complex – ftuħ ta’ premises

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gozo Sports Complex hux ser jerġa’ jiftaħ il-premises tiegħu mill-4 ta' Ġunju 2020 biex l-isportivi Għawdxin ikunu jistgħu jipprattikaw id-diversi dixxiplini sportivi ġewwa dan l-uniku kumpless sportiv tal-gvern fil-gżira Għawdxija?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-iSports Complex ma jistax jintuża għax apparti li bħalissa huwa okkupat mic-CPD, daqt ser jibdew xogħlijiet prepatorji relatati mal- bini tal-pixxina.

Qorti ta’ Għawdex – Perspex fir-Reġistru

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fil-Qorti ta' Għawdex għadu ma sarx il-perspex fir-Reġistru meta dan issa ilu miftuħ għall-pubbliku numru ta' ġimgħat? Jista' jgħid għaliex fil-Qorti ta' Għawdex wieħed ma jistax iħallas bil-cards meta jippreżenta l-atti fir-Reġistru, meta dan huwa possibbli f'Malta?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab ifurmat li l-perspex fir-Reġistru huwa ordnat u ser ikun qed jitwaħħal fil-ġranet li ġejjin, filwaqt li Electronic Point of Sale (EPOS) biex jista’ jsir il-ħlas bil-cards ġiet installata fl-10 ta’ Ġunju 2020.

Għawdex – festi — nar

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 10513 u 11756, u in vista tal-fatt li l-Gvern ta permess biex fil-festi ta' din is-sena, għalkemm se jsiru b'mod differenti jista' xorta waħda jinħaraq ċertu nar tal-ajru, jista’ l-Ministru jikkonferma li għall-istaġun tal-festi ta’ din is-sena, f’Għawdex se jintużaw l-istess proċeduri bħal f’Malta? U allura l-organizzaturi tan-nar fil-festi f’Għawdex ma jkollhomx għalfejn iħallsu kif kienu qed jagħmlu sas-sena li għaddiet biex ikollhom pulizija fuq il-post fejn jinħaraq in-nar minn meta jasal in-nar sa meta dan jinħaraq kollu, meta f’Malta dan ma jsirx u fil-mument li n-nar jasal fuq il-post fejn ikun se jinħaraq, ir-responsabilità tgħaddi fuq min għandu l-liċenzja u jkun inħareġ il-permess fuqu? Jista’ jikkonferma li din l-ispiża żejda għall-festi f’Għawdex meta mqabbel ma’ Malta se titneħħa kif kien qal il-Ministru preċedenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li mhux ser isir ħlas għall-ispejjeż tal-Pulizija fuq il-post fejn isir ħruq tan-nar tal-festi din is-sena, kemm f’Malta kif ukoll Għawdex. Dan fid-dawl li l-ħinijiet tal-ħruq huma limitati ħafna meta mqabbla ma’ snin oħra. Minkejja dan, l-obbligu tal-pulizija jibqa’ skont il-liġi.

Għawdex – Fondi Ewropej

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa kollha ta' Fondi Ewropej f'Għawdex mis-sena 2013 sal-lum? Jista' jgħid kemm flus tħallsu s'issa minn din in-nefqa? Jista' jagħti dan it-tagħrif skont in-natura tal-investiment, pereżempju investiment produttiv, infrastruttura u soċjal u jgħid x'inhuma l-proġetti f'kull każ u jagħti n-numru ta' referenza ta' kull proġett? Jista' jagħti dan l-investiment bħala persentaġġ tan-nefqa kollha f'Malta ta' Fondi Ewropej għall-istess oqsma ta' investiment?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li d-dettalji dwar in-nefqa tal-fondi Ewropej illi jirrigwardjaw lil Għawdex mill-2013 sal-1 ta’ Ġunju 2020, jinsabu fit-tabella t’hawn taht: Mill-2013 sa 01.06.2020 Nefqa għall - Għawdex € Investiment Produttiv 1.769 m Infrastruttura 78.485 m Soċjali 15.478 m Total 95.732 m

Ix-Xewkija Għawdex — Żona Industrijali - site plan

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-site plan taż-Żona Industrijali fix-Xewkija Għawdex, kif ukoll jindika fuq din is-site plan l-areas li għad baqa mhux żviluppati u li jistgħu jiġu żviluppati fihom fabbriki u/jew garaxxijiet industrijali?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill Onorevoli interpellant illi din l-informazzjoni ghada qedt tingabar.
Leg 13 PQ #14983 Sitting 343 2020-06-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Faċilitajiet Sportivi - rinnovar u mmodernizzar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' rinnovar u immodernizzar sar fil-faċilitajiet sportivi f'Għawdex li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex f'dawn l-aħħar tliet xhur waqt li l-istess faċilitajiet kienu kollha magħluqin?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li waqt li l-faċilitajiet sportivi kienu magħluqin f’dawn l-aħħar tlett xhur minħabba l-imxija tal-COVID19, f’dawn l-istess faċilitajiet sar xogħol ta’ rinovar u modernizzar kif indikat: Korsa Ta’ Xħajma: · Beda xogħol ta’ rinovar tat -toilets kemm tan-nisa kif ukoll tal-irġiel · Beda xogħol ta’ rinovar tal-uffiċini/bdil ta’ bibien u twieqi · Żdied ir-ramel tal-Korsa u xogħol ieħor konness mal- upkeep tal-istess korsa · Ġie finalizzat il-proċess għal xiri ta ’ tractor ġdid Żebbuġ Shooting Range: · Inxtara Grass-cutter ġdid. · Intefgħet applikazzjoni mal-Awtorita’ tal-Ippjanar għall-izvilupp u rinovar tax-Shooting Range fiż-Żebbuġ, Għawdex. Gozo Aquatic Centre: · Baqa’ għaddej x-xogħol fuq il-proġett tal-pixxina u l-innovar tal-Kumpless Sportiv fejn fil-ġimgħat li ġejjin għandu jibda x-xogħol.