Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31347, 31259, 31258, 31219, 31218, 30974, 30973, 30972, 30931, 30930 u 30929 tat-12-il Leġiżlatura u li issa ilhom pendenti żmien twil, u jgħid min kien il-perit inkarigat mix-xogħol li sar mill-Ministeru tiegħu fuq dawn it-toroq indikati f'kull mistoqsija? Jista' jpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq dawn it-toroq u li ġie rilaxxat mill-perit inkarigat? Jista' jgħid kemm tħallas fuq ix-xogħol li sar fuq kull triq u kemm dan l-ammont kien iżjed minn dak ippjanat fit-tender? Jista' jgħid jekk sarux testijiet fuq ix-xogħol li sar u f'liema laboratorju saru? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn it-testijiet fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarux testijiet jista' jagħti r-raġuni għaliex ma sarux?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'toroq hemm ippjanati li jsiru f'Għawdex bil-kofinanzjament tal-Unjoni Ewropea minn issa sas-sena 2021? Jista' jgħid meta hu mistenni li jibda x-xogħol fuq kull triq li se ssir b'kofinanzjament tal-Unjoni Ewropea u meta hu mistenni li jispiċċa l-istess xogħol fuq kull triq?
Response (BORG, IAN)
L-allokazzjonijiet mill-flus Ewropej normalment isiru fuq toroq li huma parti minn network tat-Ten-T. It-toroq f’Għawdex li huma fuq din in-network kienu saru xi snin ilu (2011) u għaldaqstant ma kienx hemm allokazzjonijiet ta’ fondi fl-2017.
Infrastructure Malta bdiet il-ħidma tagħha fis-sajf tal-2018 u mill-ewwel qabdet ritmu ta’ xogħol mgħaġġel ħafna, b’għadd ta’ proġetti ta’ titjib u bini mill-ġdid ta’ toroq arterjali, residenzjali u rurali. Fl-2019 din il-ħidma żdiedet b’ferm aktar proġetti ta’ titjib ta’ toroq arterjali u bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali.
Ix-xogħol fit-toroq ta’ Għawdex jaqa’ fir-responsabbiltà tal-Ministeru ta’ Għawdex, waqt li Infrastructure Malta qed tappoġġjah f’din il-ħidma. Għaldaqstant, il-mistoqsija dwar xogħlijiet fit-toroq ta’ Għawdex għandha tiġi riferuta lill-Ministeru konċernat.
Bħalissa, Għawdex qed jibbenifika minn proġett ta’ €6 miljuni b’fondi tal-Unjoni Ewropea li qed jitwettaq minn Infrastructure Malta fil-Menqa tal-Port tal-Imġarr biex jitjiebu l-faċilitajiet tas-sajjieda f’din iz-zona. Bħala parti minn dan il-proġett, qed jinbnew mill-ġdid il-mollijiet u l-iskali, se jiġu installati erba’ puntuni ġodda kif ukoll faċilitajiet oħrajn għal aċċessibilità aħjar, aktar sigurtà u iżjed spazji ġodda fejn is-sajjieda jistgħu jorbtu d-dgħajjes u l-laneċ tagħhom għall-kenn tal-Port.
MCCAA — Vacancies għal kariga ta' diretturi ġenerali
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk attwalment hemmx xi vacancies fil-kariga ta’ xi wieħed jew aktar mid-Diretturi Ġenerali fi ħdan l-MCCAA, u jekk hemm kemm ilha vakanti din il-kariga?
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 11537 fis-seduta tal-4 ta’ Novembru 2019, tista’ l-Ministru tgħid:
a. attwalment ma’ liema entitajiet regolatorji Maltin, l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) jew xi entità fi ħdanha għandha xi MoU; u
b. jekk attwalment hemm xi MoUs, f’kull każ kemm ilhom operattivi u liema settur jew setturi jkopru?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur għandha tmien (8) MoUs in vigore.
1. Building Regulation Office: ilu fis-seħħ minn Jannar 2014. L-għan ta' dan il-MoU huwa relatat mal-providiment ta' kontroll indipendenti għaċ-Ċertifikati tal-Prestazzjoni tal-Enerġija maħruġa mill-Uffiċċju tar-Regolamenti tal-Bini.
2. Water Services Corporation: ilu fis-seħħ minn Mejju 2016. L-għan ta’ dan l-MoU huwa relatat mas-servizzi ta’ laboratorju.
3. Malta Laboratories Network: ilu fis-seħħ minn Settembru 2016. L-għan ta’ dan l-MoU huwa relatata mal-kooperazzjoni fil-qasam tal-metroloġija.
4. Dipartiment tal-Agrikoltura: ilu fis-seħħ minn Mejju 2018. L-għan ta’ dan l-MoU huwa relatat mal-ispezzjonijiet fuq it-Tagħmir ta' Applikazzjoni tal-Pestiċidi (PAE).
5. National Accreditation Board: ilu fis-seħħ minn Ġunju 2018. L-għan dan l-MoU huwa relatat biex l-MCCAA tagħti appoġġ amministrattiv lil NAB.
6. Cyprus Organization for Standardisation: ilu fis-seħħ minn Settembru 2018. L-għan ta’ dan l-MoU huwa relatat mal-kooperazzjoni u l-kollaborazzjoni fil-qasam tal-istandardizzazzjoni.
7. The Competition Authority of the Republic of Albania: ilu fis-seħħ minn Diċembru 2018. L-għan ta’ dan l-MoU huwa relatat mal-kooperazzjoni bejn iż-żewġ entitajiet fil-qasam tal-investigazzjonijiet tal-kompetizzjoni u l-evalwazzjoni tal-konċentrazzjonijiet.
8. The Malta Customs Department: ilu fis-seħħ minn Mejju tal-2020. L-għan ta’ dan l-MoU huwa relatat mal-iskambju ta’ informazzjoni u komunikazzjoni bejn iż-żewġ entitajiet.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) għandux xi MoU jew MoUs ma’ entitajiet regolatorji Maltin oħra? Jekk hemm xi MoU jista’ f’kull każ jgħid ma’ min, kemm ilhom operattivi u x’inhi l-materja koperta?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-REWS m’għandha l-ebda MoU ma’ entitajiet regolatorji Maltin oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) għandhiex xi MoU jew MoUs ma’ entitajiet regolatorji Maltin oħra? Jekk hemm xi MoU jista’ f’kull każ jgħid ma’ min, kemm ilhom operattivi u x’inhi l-materja koperta?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) għandha numru ta’ MoUs li ġew iffirmati tul is-snin ma’ diversi awtoritajiet jew entitajiet oħra lokali sabiex tkun tista’ twettaq id-dmirijiet tagħha skont il-liġi b’mod aktar effettiv u effiċjenti, u wkoll sabiex min naħa tagħha hija tkun tista’ tassisti awtoritajiet jew entitajiet oħra fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom.
Il-lista li telenka dawn l-MoUs tinsab fuq il-
website
tal-istess Awtorità, u qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tagħti lista sħiħa tal-liġijiet kollha, inkluż il-liġijiet sussidjarji, li huma infurzati minn kull waħda mill-entitajiet li jagħmlu parti mill-MCCAA skont l-Kap. 510 tal-Liġijiet ta’ Malta?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-lista tal-liġijiet kollha, inkluż l-liġijiet sussidjarji li huma infurzati minn kull waħda mill-entitajiet li jagħmlu parti mill-MCCAA huma msemmija hawn taħt.
MCCAA:
· Cap. 510 Malta Competition and Consumer Affairs Authority Act
· Cap. 419 Malta Standards Authority Act
· S.L. 419.01 Standard Mark (Sanitary Requirements) Regulations
· S.L. 419.02 Malta Standards Authority (Licensing) Regulations
· S.L. 419.03 Malta Standards Authority (Establishment of Directorates) Order
· S.L. 419.04 Establishment of the Metrology Directorate Order
· S.L. 419.05 Establishment of the Accreditation Directorate Order
· S.L. 419.06 Notification Procedure Regulations
· S.L. 419.07 National Accreditation Board (Malta) (Establishment) Regulations
· S.L. 419.08 Product Contact Point (Designation) Regulations
N.B – the MSA Act and the subsidiary legislation made thereunder are included in view of the fact that according to Article 70 of the MCCAA Act, “ Regulations made under the Malta Standards Authority Act shall continue to be in force as if made under the provisions of this Act and may be amended and revoked accordingly”.
Technical Regulations Division:
· Cap. 427 Product Safety Act
· S.L. 427.01 Simple Pressure Vessels Order
· S.L. 427.02 Shoes and Footwear Order
· S.L. 427.04 Crystal Glass Order
· S.L. 427.05 Textiles Regulations
· S.L. 427.06 Detergents (Implementation) Regulations
· S.L. 427.07 Dangerous Imitations Order
· S.L. 427.08 Batteries and Accumulators Order
· S.L. 427.10 Active Implantable Medical Devices Regulations*
· S.L. 427.14 Dangerous Substances Regulations
· S.L. 427.16 In Vitro Diagnostic Medical Devices Regulations*
· S.L. 427.17 Efficiency Requirements for New Hot-Water Boilers Fired with Liquid or Gaseous Fuels (Implementing Measures) Regulations
· S.L. 427.19 Noise Emission in the Environment by Equipment for Use Outdoors Regulations
· S.L. 427.22 Certification and Marking of Wire-Ropes, Chains and Hooks Regulations
· S.L. 427.23 EC Type-Approval of Motor Vehicles and their Trailers Regulations
· S.L. 427.24 Indication by Labelling and Standard Product Information of the Consumption of Energy and other Resources by Household Appliances Regulations
· S.L. 427.26 Aerosol Dispensers Regulations
· S.L. 427.28 Dangerous Substances and Preparations Regulations
· S.L. 427.29 Pressure Equipment Regulations
· S.L. 427.30 Transportable Pressure Equipment Regulations
· S.L. 427.31 Interoperability of the Rail System Regulations
· S.L. 427.34 Low Voltage Electrical Equipment Regulations
· S.L. 427.35 Electromagnetic Compatibility Regulations
· S.L. 427.36 Machinery Regulations
· S.L. 427.37 Lifts Regulations
· S.L. 427.39 Equipment and Protective Systems intended for Use in Potentially Explosive Atmospheres Regulations
· S.L. 427.40 Safety of Toys Regulations
· S.L. 427.41 Radio Equipment and Telecommunications Terminal Equipment and the Mutual Recognition of their Conformity Regulations
· S.L. 427.43 Approval and Market Surveillance of Two or Three-Wheel Vehicles and Quadricycles Regulations
· S.L. 427.44 Medical Devices Regulations*
· S.L. 427.45 Method for designating Conformity Assessment Bodies Regulations
· S.L. 427.46 Fresh Flowers (Marketing Standards) Regulations (Not yet in force)
· S.L. 427.47 Poultry Marketing Standards Regulations (Not yet in force)
· S.L. 427.48 Egg Marketing Standards Regulations (Not yet in force)
· S.L. 427.51 Electrical Accessories Regulations
· S.L. 427.52 Geographical Indications and Designations Regulations
· S.L. 427.53 Certificates of Specific Character Regulations
· S.L. 427.55 Further Provisions for Product Withdrawal and Recall Regulations
· S.L. 427.56 Good Laboratory Practice Regulations
· S.L. 427.57 Restriction of Use of Hazardous Substances in Electrical and Electronic Equipment Regulations
· S.L. 427.58 Cosmetic Products Regulations
· S.L. 427.59 Approval and Market Surveillance of Agricultural and Forestry Vehicles Regulation
· S.L. 427.60 Conformity Assessment of Marine Equipment Regulations
· S.L. 427.61 Recreational Craft Regulations
· S.L. 427.62 Child-Resistant and Novelty Lighters Regulations
· S.L. 427.63 Inspection of Lifts Regulations
· S.L. 427.64 Framework for the Setting of Ecodesign Requirements for Energy-Using Products Regulations
· S.L. 427.65 Fertilisers (Implementation) Regulation
· S.L. 427.66 Registration, Evaluation, Authorisation and Restriction of Chemicals (Reach) (Implementation) Regulations
· S.L. 427.67 Registration, Evalutation, Authorisation and Restriction of Chemicals Enforcement (E-Reach) Committee Regulations
· S.L. 427.68 Community Energy-Efficiency Labelling Programme for Office Equipment (Implementation) Regulations
· S.L. 427.69 Classification, Labelling and Packaging of Substances and Mixtures (CLP) (Implementation) Regulations
· S.L. 427.70 Placing on the Market of Pyrotechnic Articles Regulations
· S.L. 427.71 Spirit Drinks Regulations
· S.L. 427.72 Regularisation of non-CE Marked Lifts Regulations
· S.L. 427.73 Market Surveillance and CE Marking Regulations
· S.L. 427.74 Steel for the Reinforcement of Concrete Regulations
· S.L. 427.75 Energy Labelling of Household Air - Conditioners (Implementing Measures) Regulations
· S.L. 427.76 Energy Labelling of Household Combined Wash-Driers (Implementing Measures) Regulations
· S.L. 427.77 Energy Labelling of Electric Household Dish Washers (Implementing Measures) Regulations
· S.L. 427.78 Energy Labelling of Electric Household Electric Ovens (Implementing Measures) Regulations
· S.L. 427.79 Energy Labelling of Household Lamps (Implementing Measures) Regulations
· S.L. 427.80 Energy Labelling of Electric Household Refrigerators, Freezers and their combinations Implementing Measures) Regulations
· S.L. 427.81 Energy Labelling of Household Electric Tumble Driers (Implementing Measures)Regulations
· S.L. 427.82 Energy Labelling of Household Washing Machines (Implementing Measures) Regulations
· S.L. 427.83 Construction Products (Implementation) Regulations
· S.L. 427.84 Labelling of Tyres with respect to Fuel Efficiency and Other Essential Parameters (Implementation) Regulations
· S.L. 427.85 Measures Against the Emission of Gaseous and Particulate Pollutants from Internal Combustion Engines to be Installed in Non-Road Mobile Machinery Regulations
· S.L. 427.86 Ecodesign Requirements for Air Conditioners and Comfort Fans (Implementation) Regulations
· S.L. 427.87 Notification of Products Regulations
· S.L. 427.88 Marketing and Use Of Explosives Precursors (Implementation) Regulations
· S.L. 427.89 Establishment of the National Register of Traditional Agro-Food Products of Malta Regulations
· S.L. 427.90 Establishment of the ‘Product of Quality’ National Scheme Regulations
· S.L. 427.91 Traceability of Pyrotechnic Articles Regulations
· S.L. 427.92 Export and Import of Hazardous Chemicals Regulations
· S.L. 427.93 Organic Production and Labelling of Organic Products Regulations
· S.L. 427.94 Fluorinated Greenhouse Gases (Implementing) Regulations
· S.L. 427.95 Personal Protective Equipment Regulations
· S.L. 427.96 Energy Labelling (Implementing Measures) Regulations
· S.L. 427.97 Appliances Burning Gaseous Fuels Regulations
· S.L. 427.98 Cableways Installations (Implementing) Regulations
· S.L. 427.99 Interoperability of the Rail System Regulations
*To be transferred to Medicines Authority
Standards and Metrology Institute:
· Cap. 454 Metrology Act
· S.L. 454.01 Measuring Instruments and Methods of Metrological Control Regulations
· S.L. 454.02 Non-Automatic Weighing Instruments Regulations
· S.L. 454.12 Use of Bottles as Measuring Instruments Regulations
· S.L. 454.13 Making-Up by Weight or By Volume of Certain Pre-packaged Products Regulations
· S.L. 454.14 Net Quantity of Prepackaged Foodstuffs Regulations
· S.L. 454.15 Measuring Instruments Regulations
· S.L. 454.16 Nominal Quantities for Prepacked Products Regulations
· S.L. 454.17 Measurements subject
to Metrological Control Regulations
Office for Consumer Affairs:
· Cap. 378 Consumers Affairs Act
· S.L. 378.05 Display of Pricelists in Bars and Kiosks Regulations
· S.L. 378.06 Notice for the purposes of the interpretation of "trader" in the Consumer Affairs Act
· S.L. 378.07 Consumer Claims Tribunal (Arbiter's Remuneration) Notice
· S.L. 378.09 Consumer Affairs Act (Price Indication) Regulations
· S.L. 378.10 Credit Agreements for Consumers relating to Residential Immovable Property Regulations
· S.L. 378.12 Consumer Credit Regulations
· S.L. 378.13 Pricing of Air Services Regulations
· S.L. 378.14 Denied Boarding (Compensation and Assistance to Air Passengers) Regulations
· S.L. 378.15 Rights of Passengers in Bus and Coach Transport Regulations
· S.L. 378.16 Rights of Passengers when travelling by Sea and Inland Waterway Regulations
· S.L. 378.17 Consumer Rights Regulations
· S.L. 378.18 Consumer Alternative Dispute Resolution (ADR) (General) Regulations
· S.L. 378.19 Consumer Alternative Dispute Resolution (Residual ADR) Regulations
Office for Competition:
· Cap. 379 Competition Act
· S.L. 379.01 Applicability of Competition Act (Declaration) Order
· S.L. 379.08 Control of Concentrations Regulations
Sptar Ġenerali ta' Għawdex — Ingaġġ ta' nurses barranin
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kif f'dawn il-ġranet Steward ser jimpjegaw nurses barranin fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex meta f'Malta hemm mijiet ta' nurses Għawdxin li jixtiequ jmorru jaħdmu Għawdex? Jista' jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru tiegħu biex dan ma jseħħx?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-taħdidiet għadhom għaddejjin sabiex tinstab soluzzjoni ġusta għal dan.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-attività ta’ “Inħobbok Concert” li sar li fiż-żmien ta' Jum San Valentinu tas-sena 2019? Jista’ jgħid x'tip ta' tenders jew quotations ħarġu rigward din l-attività, min organizza din l-attività (isem u kunjon l-individwu/kumpanija) kemm tħallsu u fejn ġiet organizzata din l-attività u x'kera tħallset għall-użu tal-postijiet fejn saru dawn l-attivitajiet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-attivita msemmija ġiet tiswa s-somma ta’ €29,561 (VAT eskluż) u ġiet imtella taħt il-miżura tal-baġit ‘Festivals Tematiċi’. Is-supplier ta’ din l-attivita, li ttellgħet fi Pjazza t-Tokk, kien Christian Azzopardi.
Il-Qala Għawdex – Triq il-Wardija – tibdil tal-mains tal-ilma
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jinbidlu l-mains tal-ilma fi Triq il-Wardija fil-Qala Għawdex u dan peress li r-residenti ta’ din it-triq qed jirċievu ilma bis-sadid fir-residenzi tagħhom u m’hemmx pressa tajba ta' ilma?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq din it-triq beda.
Ir-Rabat Għawdex – Triq l-Imgħallem – bini ta’ triq
Question
B'referenza għax-xogħol li xi darba għandu jsir fuq il-bini mill-ġdid tat-Triq l-Imgħallem ġewwa r-Rabat Għawdex u li ta' kuljum jgħaddu mijiet ta' karozzi u trakkijiet minn din l-imsemmija triq, jista’ l-Ministru jgħid:
a. jekk hux ser isir
storm water culvert
minħabba l-ilmijiet kbar li jinżlu minn din it-triq;
b. jekk hux ser isiru
walk through culverts
biex is-servizzi jgħaddu minn ġo fihom u b’hekk qatt ma jkun hemm bżonn li terġa’ tinqala’ din it-triq arterjali;
c. kemm-il kisja ta’ asfalt ser tingħata din it-triq u kemm hi l-ħxuna ta’ kull kisja asfalt;
d. jekk hux ser jintuża asfalt apposta fuq din it-triq minħabba l-
skid
resistance
; u
e. jekk din it-triq ewlenija u importanti ġewwa Għawdex, hux se tinbena skont
standards
tal-Unjoni Ewropea, Transport Malta u
standards
ta' Infrastructure Malta?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’din it-Triq se jsir storm water culvert. Se jsiru żewġ kisjiet ta’ hot rolled asphalt li jikkonsistu f’base course ta’ 80mm ħxuna u f’wearing course ta’ 40mm ħxuna. Din it-triq se tinbena skont standards tal-Unjoni Ewropea u ta’ Transport Malta, u hija kklassifikata bħala ‘Construction Class V PAVEMENT CONSTRUCTION 4 - ASPHALT, TYPE 1 AND FOUNDATION COURSE’.
Ministeru għal Għawdex – Wild Bird Regulation Unit
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14177, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari kollha kemm hi u jgħid il-11-il ħaddiem li jaħdmu fis-sezzjoni tal-Wild Bird Regulation Unit (WBRU) fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex ġewwa Għawdex x’inhu l-grad tagħhom wieħed wieħed , x’tip ta’ xogħlijiet jagħmlu u kemm minnhom ġew magħżula wara sejħa għall-applikazzjoni? Jista' jgħid fejn jinsabu l-uffiċini ta’ din is-sezzjoni ġewwa Għawdex? Kemm hemm ippjanati li jiddaħħlu aktar ħaddiema fil-ġimgħat u xhur li ġejjin f’din is-sezzjoni?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 14177 .
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-attività ta' Gozo Alive li saret matul is-sena 2019? Jista’ jgħid x'tip ta’ tenders jew quotations ħarġu rigward din l-attività, min organizza din l-attività (isem u kunjom l-individwu/kumpanija) kemm tħallsu u fejn ġiet organizzata din l-attività u jekk tħallsitx kera għall-postijiet li ntużaw?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-avveniment ta’ Gozo Alive li sar fis-sena 2019 ġie jiswa s-somma ta’ €385,331.39. Għal din l-attivita’ nħarġu tenders, intalbu kwotazzjonijiet, saru sejħiet lill-Kunsilli Lokali biex jipproponu attivitajiet min-naħa tagħhom u kif ukoll saret sejħa għall-artisti taħt l-iskema Call for Artists. Kien hemm ukoll direct orders f’ċirkostanzi fejn ma setax isir mod ieħor.
Dan l-avveniment ġie organizzat mill-working group li jikkonsisti minn ħaddiema taċ-ċivil fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex kif ukoll oħrajn li huma midħla sew tax-xena kulturali. Il-ħaddiema tal-Gvern minn Skala 7 ’l isfel ġew imħallsa overtime jekk ħadmu wara l-ħin tax-xogħol tagħhom, filwaqt li Clint Bajada u Alfred Zammit tħallsu €3,500 eskluż il-VAT kull wieħed.
Dan l-avveniment ġie organizzat f’numru ta’ postijiet madwar Għawdex u ma kien hemm l-ebda kera involuta peress li l-attivitajiet saru fil-propjetajiet tal-Gvern u l-Gvern lokali.
Tista’ l-Ministru tgħid mill-2017 sal-lum sena b’sena kemm-il laqgħa kellu l-Coordination Committee f’ħdan l-MCCAA li hu stabbilit skont l-artikolu 5 tal-Kap. 510?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kumitat ta’ Kordinazzjoni iltaqa’ 35 darba minn Jannar 2017 sa Mejju 2020. Kellu 9 laqgħat fis-sena 2017, 11-il laqgħa fis-sena 2018, 10 laqghat fis-sena 2019 u din is-sena diġà iltaqa’ 5 darbiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' nies jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta' Mejju 2020 f'Għawdex? Kemm minnhom kienu jirreġistraw fuq Part I u kemm minnhom kienu jirreġistraw fuq Part II tar-Reġistru?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol f’Għawdex fl-aħħar t’April 2020, li huma l-aħħar ċifri ppublikati, kien ta’ 306 persuni; 284 persuna kienu qed jirreġistaw fuq l-ewwel parti tar-reġistru, filwaqt li 22 persuna kienu qed jirreġistaw fuq it-tieni parti tar-reġistru.
Jista' l-Ministru jgħid mill-programming period preżenti (2014-2020), kemm kienet in-nefqa ta' fondi Ewropej f’Għawdex u jgħid f’liema oqsma saret din in-nefqa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa tal-programm attwali li għadu qed jiġi implimentat, sa Ġunju 2020 kienet kif ġej:
Nefqa għal Għawdex
€
Investiment Produttiv
0.5 m
Infrastruttura
27.3 m
Soċjali
7.3 m
Total
35.1 m
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari W76, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien bħala persentaġġ tan-nefqa kollha f'Malta ta' Fondi Ewropej dak li ntefaq f'Għawdex mill-istess fondi matul il-perjodu indikat fir-risposta tiegħu stess?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża ta’ €95.732 miljun tirrapreżenta madwar 8.5%
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija Gozo Channel applikatx biex f'dan il-perjodu tal-imxija tal-Covid-19 ma tħallasx il-kera tat-terminals taċ-Ċirkewwa u l-Imġarr ma' Transport Malta? Jista' jgħid jekk din it-talba jekk saret ġietx milqugħa? Jista jpoġġi kopja tat-talba u tar-risposta ta' Transport Malta? Kemm tħallas kera għat-terminals taċ-Ċirkewwa u l-Imġarr kull xahar il-kumpanija Gozo Channel?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija Gozo Channel (Operations) Ltd. applikat mal-Ministeru tat-Transport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali biex ma tħallasx il-kera tat-terminals taċ-Ċirkewwa u tal-Imġarr f’April li għadda.
Is-somma li qed titħallas lit-Transport Malta għall-kera tat-terminals tal-Imġarr u taċ-Ċirkewwa, kif ukoll il-mollijiet li jorbtu magħhom il-vapuri hija ta’ €68,750 fix-xahar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies li huma sekondati minn mal-Gvern għal mal-Caritas f'Malta? Jista' jara li l-Caritas f'Għawdex ikollhom persuna professjonali sekondata magħhom biex ikunu jistgħu jwettqu aħjar ix-xogħol tagħhom fost familji u persuni bi problemi ta' faqar jew problemi oħra f'Għawdex u dan peress li sal-lum ma hemm l-ebda persuna professjonali sekondata mal-Caritas f'Għawdex?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba se tkun qed tingħata waqt seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jsir ix-xogħol neċessarju fil-Korsa taż-Żwiemel f'Ta Xħajma biex parti minnha tkun tista' tintuża mill-atleti Għawdxin li jipprattikaw f'dan il-post? Jista' jikkonferma li tliet xhur ilu kien wiegħed lil dawn l-atleti li kellu jsir ix-xogħol neċessarju, iżda sal-lum dan baqa' ma sarx?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm maħsub proġett għall-Korsa ta’ Xhajma li se jkun jakkomoda diversi dixxiplini sportivi.