Jista' l-Ministru jgħid x'għamlet fl-aħħar sena l-Awtorità tal-Artijiet dwar it-Torri tal-Qbajjar f'Marsalforn, Għawdex liema fortifikazzjoni storika tinsab fi stat ħażin ħafna? X'beħsiebha tagħmel l-Awtorità biex tassigura li dan is-sit ma jiġġarrafx u jispiċċa darba għal dejjem? Għaliex l-Awtorità qed tkaxkar saqajha fuq dan is-sit storiku?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din id-domanda għandha ssir lill-Ministeru kkonċernat, f'dan il-każ, il-Ministeru għal Għawdex.
Ministeru għal Għawdex — Public Cleansing Department - ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ħaddiema tal-Public Cleansing Department li jaqa' taħt il-Ministeru tiegħu u li jaħdmu fil-bajjiet mhumiex jitħallsu tal-Ħdud u festi pubbliċi kif ukoll mhumiex jiffirmaw meta jidħlu jaħdmu fil-Ħdud u festi pubbliċi? Jista' jgħid kif qed isir dan meta ħaddiema oħra fl-istess dipartiment u li jaħdmu bħala attendants ma' latrini pubbliċi jitħallsu tal-Ħdud u festi pubbliċi? Jista jgħid dawn il-ħaddiema kinux tkellmu miegħu fl-aħħar xhur u x'passi ħa biex din l-anomalija fil-Ministeru tiegħu tiġi rranġata?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħaddiema tal-Public Cleansing tal-bajjiet jaħdmu ħinijiet differenti matul is-sena u s-siegħat ivarjaw skont il-ħtieġa. Id-direttorat jipprova jaħdem sistema li tlaħħaq 40 siegħa fil-ġimgħa. F’każ li s-siegħat maħduma jeċċedu l-40 siegħa xogħol fil-ġimgħa, issir it-talba għall-kumpens skont kif inhuma intitolati taħt ir-regolamenti tal-PSMC.
Accelerated Opening Tender for the Procurement of Additional Bed Spaces for the Temporary Transfer of Elderly Residents from GGH to Private Facilities
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti t-tender li ħarġet permezz ta' Accelerated Opening Tender for the Procurement of Additional Bed Spaces for the Temporary Transfer of Elderly Residents from GGH to Private Facilities - CT2168/2020? X’inhu l-ħsieb li jsir permezz ta' din it-tender? Kemm hu mistenni li tkun l-ispiża fuq din it-tender? X’inhuma l-kundizzjonijiet prinċipali ta' din s-sejħa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Ekokontribuzzjoni fuq l-akkomodazzjoni turistika f’Għawdex – proġetti u inizjattivi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid fuq liema proġetti jew inizjattivi ġew użati s’issa l-flus miġbura mill-Eco-contribution fuq l-akkomodazzjoni turistika f’Għawdex u fiex hemm ippjanati li jintużaw matul ix-xhur li ġejjin?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għat-Turiżmu wettaq diversi xogħlijiet ġewwa Għawdex permezz tal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu. L-MTA investiet prinċiparjament fl-immaniġġjar tal-bajjiet f’Għawdex u f’Kemmuna bil-għan li jitjiebu l-faċilitajiet u s-servizzi f’diversi żoni turistiċi. Dan jikkonsisti f’maintenance, beach supervision, lifeguards, first-aiders u anke marina ambulances. Bis-saħħa tal-investiment li sar, Għawdex issa għandu 3 bajjiet li rebħu l-istatus ta’ Blue Flag – il-bajja tal-Marsalforn, Ħondoq ir-Rummien u l-Bajja tar-Ramla l-Ħamra. Ta’ min wieħed isemmi li mill-2013 ‘l hawn, l-MTA investiti aktar minn miljun u nofs Ewro ġewwa Għawdex. Flimkien mal-Ministeru għal Għawdex, l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu għal sena oħra reġgħet qed torganizza l-International Fireworks Festival propju ġewwa l-gżira Għawdxija.
Min-naħa tal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu u Conventions Malta, Għawdex qiegħdha tiġi promossa bħala destinazzjoni minnha nnifisha li għandha n-neċessitajiet kollha għal avventimenti MICE. Filfatt waqt fieri MICE, Għawdex qed tkun promossa bħala post ideali għal programmi soċjali u inċentivi marbuta ma’ negozju minbarra li sservi wkoll bħala destinazzjoni alternattiva.
Huwa ppjanat li fix-xhur li ġejjin tibqa’ għaddejja l-ħidma u l-investiment kif deskritt għall-benefiċċju tal-industrija tat-turiżmu f’Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni tal-Ministeru tiegħu fuq it-Torri tal-Qbajjar li jinsab fi stat ħażin ħafna u fil-periklu imminenti li jiġġarraf? Ma jaħsibx il-Ministru li għandha ssir xi ħaġa mmedjata biex dan il-bini storiku ma jiġġarrafx?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jaġġorna dwar it-tender 'Framework agreement for the provision, maintenance and regular collection of open skips at various sites in Gozo. (CfT CA Unique ID: MGOZ/MPU T 32/2019)' li għalqet fis-17 ta' Ġunju 2019 u jgħid jekk din it-tender ġietx awarded u jekk le x'inhuma r-raġunijiet li din it-tender għadha ma ġietx awarded u meta se tiġi awarded?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onoervoli Interpellant li l-proċeduri tas-sejħiet għall-offerti bħalissa huma sospiżi minħabba l-fatt li ġiet ippreżentata oġġezzjoni oħra mal-PCRB fil-11 ta' Mejju 2020. Barra minn hekk, Applikazzjoni kuntestwali ġiet ippreżentata mal-PCRB fil-21 ta' Mejju 2020 bis-sessjoni tal-PCRB saret fid-29 ta' Mejju 2020. Madankollu, fl-10 ta' Ġunju 2020, l-appellant ippreżenta rikors quddiem il-Qorti tal-Appell, liema rikors ikopri oġġezzjoni għad-deċiżjoni tal-PCRB imsemmija aktar kmieni.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tan-nefqa li saret b'rabta mal-inawgurazzjoni tas-7 ta’ Novembru 2019 tal-Gozo Innovation Hub fix-Xewkija Għawdex, proġett iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea? Jista' jgħid fil-preżent kemm hemm nies jaħdmu f'dan l-Innovation Hub u ma' liema kumpaniji qed jaħdmu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill onorevoli iterpellant li din l-informazzjoni ghadha qedt tingabar.
Jista’ l-Ministru jgħid fil-proġett li għaddej bħalissa ta’ riġenerazzjoni tal-Menqa fil-Promenade ta' Marsalforn x'varjazzjonijiet kien hemm s’issa, min talab għalihom, kemm ġew jiswew u min awtorizza dawn il-varjazzjonijiet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li f'dawn l-aħħar ġimgħat ma tkomplewx ix-xogħlijiet fuq l-uniku junction li twasslek għar-raħal ta’ Tas-Sannat Għawdex? Jista’ jgħid meta huma ppjanati li jitlestew ix-xogħlijiet kollha fuq din il-junction?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ta’ Sannat li x-xogħlijiet fuq l-junction li twasslek għar-raħal ta’ Tas-Sannat Għawdex twaqqfu peress li qed isiru xi xogħlijiet fi Pjazza San Franġisk ġewwa r-Rabat.
Infurmat ukoll illi x-xogħlijiet twaqqfu sabiex jiġu evitati problemi fis-servizz tat-transport pubbliku minħabba li ma hemmx rotta alternattiva oħra bħalissa.
Ix-xogħlijiet fuq l-imsemmija junction huma ppjanati li jitlestew sal-aħħar t’Awwissu 2020.
Tender for the Construction of a Block of Apartments and Open Spaces at the Housing Estate at taċ-Ċawla, Victoria, Gozo
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għat-tieni darba konsekutiva t-tender CT2356/2019 - Tender for the Construction of a Block of Apartments and Open Spaces at the Housing Estate at taċ-Ċawla, Victoria, Gozo, fil-15 ta' Mejju 2020 din it-tender ġiet ikkanċellata? Jista’ jgħid x'jagħmel fl-immedjat biex din it-tender tiġi awarded u jkun jista’ jibda x-xogħol minnu fih?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-offerti sottomessi kienu amministrattivament, teknikament jew finanzjarjament mhux konformi mat-termini u kundizzjonijiet ippubblikati fis-sejħa għal offerti. Bħalissa qed titħejja sejħa għal offerti ġdida.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' kemm hemm persuni impjegati full-time u part-time kemm tal-gvern kif ukoll tal-Community Work Scheme li jaħdmu ġewwa l-Gozo Sports Complex fir-Rabat, Għawdex u jagħti informazzjoni dwar ir-rwol tagħhom u l-kundizzjoni tax-xogħol tagħhom?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-kumpless Sportiv t'Għawdex hemm; erba' mpjegati fuq bażi full time li jaqew taħt l-iSkema tal-Community Workers; dsatax -il uffiċjal tal-Gvern fuq bażi full time; u hemm impjegat ieħor tal-Gvern fuq bażi Part Time.
L-informazzjoni l-oħra mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm uffiċjali fi ħdan l-MCCAA li huma inkarigati li jaġixxu ta’ spetturi għall-finijiet tal-Kap. 454? Tista’ tgħid b’sena b’sena mill-2017 s’issa kemm l-proċeduri legali ttieħdu minħabba xi allegat ksur ta’ xi dispożizzjoni tal-Kap.454, u jekk ittieħdu f’kull każ x’ kien l-allegat ksur u x’kien eżitu finali tal-proċeduri?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmata li l-ispezzjonijiet jitwettqu kemm minn uffiċjali tal-Awtorità stess kif ukoll minn żewġ kumpaniji li huma awtorizzati mill-Awtorità. L-ispettur u l-uffiċjali oħra li huma inkarigati fuq dan ix-xogħol jagħmlu spezzjonijiet u verifiki fuq strumenti ta’ kejl li hemm fuq is-suq u awditjar fuq iż-żewġ kumpaniji awtorizzati.
Mill-2017 s’issa kien hemm proċedura legali waħda. Dan hu każ fejn pompa tal-petrol instabet mhux konformi u ngħalqet. Iżda l-operatur kompla jopera mingħajr permess. Il-każ se jibda jinstema’ fil-Qorti fil-ġranet li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta' proġetti wettqet l-entità Projects Malta ġewwa l-gżira ta' Għawdex minn meta twaqqfet sal-lum u x' kien il-valur tagħhom? Jista’ jgħid ukoll x'proġetti hemm ippjanati li jsiru minn Projects Malta ġewwa Għawdex matul is-sena 2020 u s-sena 2021?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern dejjem ta u se jkompli jagħti prijorità liIl-gżira Għawdxija fejn jidħol it-tfassil ta' proġetti ġodda. Sa mit-twaqqif tagħha, Projects Malta Ltd. ħadmet fuq proġetti f’oqsma differenti għal Għawdex fosthom fil-qasam tal-edukazzjoni u s-saħħa, bħall-immaniġġjar tal-operat tas-servizzi mediċi u anċillari fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex u anke biex isir investiment ġdid fi skola medika.
Bħalissa Projects Malta Limited għaddejja minn proċess ta’ ristrutturar hekk kif issa tinsab taħt ir-responsabbilta’ tal-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali u ser tkun qed tistudja ideat li potenzjalment jistgħu jissarrfu fi proġetti li jkunu varati fix-xhur li ġejjin.
Iż-Żebbuġ – Belveder – Triq Santa Marija – tender għal xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'tip ta' xogħlijiet qed jagħmel il-Kunsill taż-Żebbuġ fil-Belveder li jinsab fi Triq Santa Marija? Jista' jgħid meta ħarġet it-tender biex isir dan ix-xogħol u jpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra ta' dan it-tender? Jista' jgħid kemm kien il-prezz li bih ġiet awarded dan l-istess tender u jekk dan ix-xogħol hux ser ikun lest kollu, sa qabel jibda is-sajf 2020?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ Għawdex li dan ix-xogħol jikkonsisti f’xogħol ta’ pavimentar ġdid.
It-tender għal dan ix-xogħol kien inħarġet fl-2019 u ma kien hemm l-ebda offerent. Sabiex jiġi evitat kull periklu, dan ix-xogħol qed isir bħala parti mit-tender Period Contract for General Paving Works at ¯ebbuġ and Marsalforn, Gozo u maħsub li jitlesta sal-aħħar ta’ Lulju 2020.
Tender for the reinforcing and resurfacing of road leading to Blue Lagoon Bay — Comino
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti t-tender li ħarġet fid-9 ta' Ġunju 2020 MGOZ/MPU T 56/2020 Tender for the reinforcing and resurfacing of road leading to Blue Lagoon Bay - Comino? Jista’ jgħid meta hu ppjanat li jsir dan ix-xogħol? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permessi min-naħa tal-ERA u tal-PA biex isir dan ix-xogħol li hu rikjest minn din it-tender?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
B’referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 14180, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-applikazzjoni biex f'Għawdex ikun hemm pompi li minnhom wieħed ikun jista' jagħti l-gass lill-karozzi li ġew maqluba għal gass, ġietx approvata u din il-pompa bdietx topera tal-gass u dan peress li f'dik ir-risposta kien qal li din il-pompa mistennija tibda topera fi ftit jiem?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed jiġu finalizzati l-aħħar ċertifikazzjonijiet u mistennija tibda topera fil-jiem li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tender li kien qed jiġi abbozzat f'Ottubru 2016 għall-baga akbar għall-cruise liners fix-Xlendi issa ġiex ippubblikat u jekk intgħażilx min se jagħmel dan ix-xogħol? Meta hu maħsub li din il-baga tkun lesta u meta hu ppjanat li jorbtu magħha l-ewwel cruise liners? Kemm hi l-ispiża totali maħsuba għal dan il-proġett?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw contracts for service mill-Ministeru inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2013 sal-lum, sena b’sena? Jista’ jagħti wkoll dettalji dwar it-tul ta’ żmien ta’ kull kuntratt, is-servizzi li ngħataw, kif ukoll il-pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra fir-rigward ta’ kull tali kuntratt?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra.
Ir-Rabat — Triq Sannat – perit inkarigat mix-xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kien il-perit inkarigat mix-xogħol li sar mill-Ministeru tiegħu fuq parti minn Triq Sannat bejn ir-Rabat u s-Sannat, Għawdex? Jista' jpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq din it-triq u li ġie rilaxxat mill-perit inkarigat? Jista' jgħid kemm tħallas fuq ix-xogħol li sar fuq din it-triq u kemm dan l-ammont kien iżjed minn dak ippjanat fit-tender? Jista' jgħid jekk sarux testijiet fuq ix-xogħol li sar u f'liema laboratorju saru? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn it-testijiet fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarux testijiet jista' jagħti r-raġuni għaliex ma sarux?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra.