Wage Supplement Scheme – applikazzjonijiet minn Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet totali minn Għawdex taħt il-Wage Supplement Scheme? Kemm minn dawn kienu taħt Annex A u kemm minnhom taħt Annex B? Jista’ jgħid ukoll minn dawn l-applikazzjonijiet kemm ġew milqugħa? Jista’ jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet minn Malta taħt l-istess skema u taħt Annex A u Annex B u allura x’persentaġġ ta’ applikazzjonijiet taħt l-istess skema kienu minn Għawdex?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. interpellant illi din l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex is-servizz tal-ambulanza tal-annimali f'Għawdex twaqqaf matul il-weekends? Jista' jgħid minn meta twaqqaf? Jista' jgħid ukoll min ħa din id-deċiżjoni?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz huwa eżatt bħas-snin ta' qabel u ma kien hemm l-ebda tibdil. Madanakollu, fil-jiem li ġejjin ser inżidu servizz għall-ġimgħa kollha fuq bażi ta' 24/7 service
Jista’ l-Ministru jaġġorna dwar l-aħħar żviluppi dwar il-bini ta’ Qorti ġdida ġewwa Għawdex u jgħid x'sar f'dawn l-aħħar ġimgħat u x'inhu jsir bħalissa biex dan il-proġett li ilu mwiegħed seba' snin, isir?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 13038.
Ix-Xewkija Għawdex — Żona Industrijali - site plan
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14982 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-site plan taż-Żona Industrijali fix-Xewkija Għawdex, kif ukoll jindika fuq din is-site plan l-areas li għad baqa mhux żviluppati u li jistgħu jiġu żviluppati fihom fabbriki u/jew garaxxijiet industrijali?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li attwalment m’hemm ebda sit vakanti u għaldaqstant kull allokazzjoni futura trid issir wara li tkun rilaxxata xi propjeta’ mikrija. Inkwantu għall-art li tagħmel parti miż-Żona Industrijali fix-Xewkija Għawdex, qiegħed nirreferiħ għal Avvizi Legali 139/2014, 238/2015, 184/2014, 13/2012, 12/2012 u 16/1994.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li fit-tender Trenching and Pipelaying for the Second Class Water (New Water) Distribution Network in Gozo - Water Services Corporation - CT3085/2019 ir-rakkomandazzjoni tal-award ta' din l-imsemmija tender ġiet deċiża mat-tieni Evalutation Round?
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-Proġett tad-Deep Water Quay (Phase 2) u jekk dan il-proġett hux ser jara l-bidu tiegħu matul is-sena 2020?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta twaqqfet sabiex twettaq il-pjan fit-tul tal-Gvern li pajjiżna jagħmel qabża kbira ’l quddiem fil-kwalità tal-infrastruttura ewlenija tal-pajjiż. Dan l-impenn ma jinkludix biss it-titjib tas-sistemi tat-toroq, iżda wkoll l-infrastruttura marittima fi xtutna.
Fil-fatt, fil-bidu tal-2019 l-aġenzija ħadet f’idejha wkoll it-tmexxija tal-ħidma infrastrutturali li kienet twettaq Transport Malta fil-portijiet u x-xtut f’Malta u Għawdex. Fost ix-xogħlijiet li qed twettaq fil-qasam marittimu, Infrastructure Malta bħalissa għaddejja bil-proġett ta’ titjib tal-faċilitajiet tas-sajjieda Għawdxin fil-Port tal-Imġarr, bil-bini ta’ breakwater ġdid fil-Ponta tal-Qrejten Marsaxlokk, tiswijiet ta’ strutturi u bini mill-ġdid ta’ mollijiet f’Imġarr ix-Xini, Wied il-Għajn, fil-Bajja tal-Balluta u ċ-Ċirkewwa.
Il-proġett tad-Deep Water Quay fil-Port il-Kbir huwa investiment importanti tal-Gvern sabiex inkomplu nsaħħu s-settur marittimu f’pajjiżna u diversi oqsma oħra relatati, fosthom dawk tal-cruise liners u tal-merkanzija.
Ix-xogħol tal-ewwel fażi tal-proġett kopra nofs it-tul tal-moll fejn fost xogħlijiet oħrajn saret rikostruzzjoni ta’ din il-parti, ġew installati sistemi tal-ilma tax-xita u tad-drenaġġ, kif ukoll titjib ta’ faċilijiet oħrajn bħalma huma twaħħil ta’ mooring bollards u anke sar service culvert. It-tieni fażi se tkun qed tikkonsisti mil-istess tip ta’ xogħol fil-kumplament tal-moll.
Fl-aħħar xhur ġew evalwati żewġ sejħiet għall-offerti relatati ma’ dan il-proġett, waħda għax-xogħlijiet u l-oħra għas-servizz ta’ project management. Fiż-żewġ każi, s-sejħiet għall-offerti ma ngħatawx minħabba xi nuqqasijiet li nstabu waqt l-evalwazzjoni. Għaldaqstant, f’dan l-istadju qed jiġi meqjus il-pass li jmiss sabiex ikompli l-proċess tal-akkwisti tas-servizzi meħtieġa, u x-xogħol ikun jista’ jibda meta jintemm dan il-proċess.
Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent x'tip ta’ xogħlijiet infrastrutturali għaddejjin ġewwa l-area tal-Ajruport Internazzjonali ta' Ħal Luqa u fiex jikkonsistu dawn ix-xogħlijiet u kemm huma stmati li jiswew?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li gewwa l-area tal-Ajruport qed isiru diversi proġetti kemm privat kif ukoll dawk governattivi. Jista' jispeċifika eżatt għal-liem xogħol qiegħed jirreferi.
Tender: Establishment of a Dynamic Purchasing System for the Construction and maintenance of roads in different localities in Malta and Gozo
Question
Jista’ l-Ministru jaġġorna dwar it-tender IM005/2020 Establishment of a Dynamic Purchasing System for the Construction and maintenance of roads in different localities in Malta and Gozo u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-bidders (kuntratturi) li ssotomettew għal din it-tender? Jista’ jgħid ukoll x'toroq saru jew qed isiru permezz ta' din it-tender ġewwa Għawdex u Malta u x'toroq hemm ippjanati li jsiru permezz ta' din it-tender fil-ġimgħat li ġejjin ġewwa Għawdex u Malta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi it-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ftehim għandu l-Ministeru għal Għawdex mal-Kurja ta' Għawdex? Jista' jgħid xi jkopri kull ftehim? Jista' jgħid kemm hu l-ħlas totali li sar s’issa fuq kull ftehim? Jista' jpoġġi kopja ta' kull ftehim li hemm bejn il-Gvern u l-Kurja ta' Għawdex fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 15598 - Ministeru għal Għawdex ftehim mal-Kurja - Copy.pdf
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet biex fin-Nadur issir Dar tal-Anzjani fi Triq it-Tiġrija bi sħab mal-Kurja jew Parroċċa tan-Nadur? Jista' jgħid wara l-press conference li kienet saret mill-Gvern fuq is-sit qabel l-elezzjoni tal-2017 sal-lum, tliet snin wara, x'sar fuq dan il-proġett u meta hu mistenni li jilqa' fih l-ewwel anzjani?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandix x’inżid mat-tweġiba li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 6214.
Infrastructure Malta – proġetti infrastrutturali Marittimi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti infrastrutturali Marittimi qed tagħmel Infrastructure Malta fil-preżent fin-naħa ta' isfel ta' Malta u li mhumiex iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea? Jista' jgħid fiex jikkonsistu dawn il-proġetti u f’liema lokalità jinsabu? Jista' jgħid kemm huma stmati li ser jiġu jiswew, u liema minn dawn ħarġu t-tenders għalihom u ġew awarded biex isiru x-xogħlijiet u kemm minn dawn ix-xogħlijiet ingħataw permezz ta' direct order u lil liema kuntrattur ingħataw?
Response (BORG, IAN)
Infrastructure Malta twaqqfet sabiex twettaq il-pjan fit-tul tal-Gvern li pajjiżna jagħmel qabża kbira ’l quddiem fil-kwalità tal-infrastruttura ewlenija tal-pajjiż. Dan l-impenn ma jinkludix biss it-titjib tas-sistemi tat-toroq, iżda wkoll l-infrastruttura marittima fi xtutna.
Fil-fatt, fil-bidu tal-2019 l-aġenzija ħadet f’idejha wkoll it-tmexxija tal-ħidma infrastrutturali li kienet twettaq Transport Malta fil-portijiet u x-xtut f’Malta u Għawdex.
Ninforma l-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Infrastructure Malta – xogħlijiet tat-toroq mill-kuntratturi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kuntratturi li jagħmlu xogħol tat-toroq għall-aġenzija Infrastructure Malta humiex qed jingħataw Pre-Finance qabel jibdew jaħdmu fuq il-proġetti partikolari ta' toroq u jekk iva kemm qed ikun l-ammont ta' pre-financing li qed jingħata?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratti li jipprovdu għal pre-financing jkunu kuntratti ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea u dan ikun indikat fuq id-dokument tas-sejħa għall-offerti. Il-pre-financing fuq kuntratti ta’ xogħlijiet tat-toroq jitla’ sa massimu ta’ 20%.
Jista’ l-Ministru jgħid xi rwol għad għandu l-Perit li għamel u ħejja l-Master Plan għar-riġenerazzjoni ta' Marsalforn fuq ix-xogħol li għaddej fil-Menqa ta' Marsalforn u f'partijiet oħra fl-istess lokalità?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett qed jitmexxa minn Perit tal-Ministeru.
Jista’ l-Ministru jgħid x'toroq ġodda nbnew kif ukoll liema kienu t-toroq l-oħra li saritilhom manutenzjoni estensiva fihom ġewwa Għawdex minn Infrastructure Malta mill-bidu ta' din is-sena sal-lum?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx il-faċilità li l-appuntamenti għall-outpatients isiru bl-email, fejn il-pazjent jikkonferma li għandu aċċess għall-użu tal-email?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi apparti s-sistema eżistenti ta’ appuntamenti għal-Outpatients, is-sistema preżenti tippermetti li l-pazjenti jiġu nfurmati b’sms.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm tressqu persuni quddiem il-Qrati minħabba allegat ksur tal-L.S. 378.05, mill-2017 s’issa, maqsuma sena b’sena? F’kull każ, tista’ l-Ministru tgħid x’kien l-eżitu finali?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma tressqu l-ebda persuni quddiem il-Qrati minħabba allegat ksur tal-L.S. 378.05.
Proċedimenti dwar ksur ta’ dispożizzjoni tal-artiklu 32 tal-Kap. 427
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm il-proċedimenti ttieħdu a tenur tal-artikolu 32 tal-Att dwar is-Sigurezza tal-Prodotti Kap. 427 fir-rigward ta’ xi ksur ta’ xi dispożizzjoni ta’ dik il-liġi jew ta’ xi regolamenti magħmula taħt l-istess liġi sena b’sena mill-2017 s’issa? F’full każ tista’ l-Ministru tgħid x’kien eżitu? Tista’ tgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġu riveduti s-sanzjonijiet previsti skont l-artikolu 32 wkoll, peress li jidher li dawn qatt ma ġew aġġornati minn mindu sar l-Att fil-2001?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-2017 s’issa ma ttieħdet l-ebda azzjoni kriminali a tenur tal-Artikolu 32 stante illi ħafna mill-każijiet ta’ ksur ġew solvuti permezz ta’ miżuri alternattivi li jista’ jimponi id-Direttur Ġenerali skont il-liġi, b’effett li l-prodotti in kwistjoni ġew irtirati mis-suq.
Mill-2017 s’issa ġew irtirati mas-sebgħin (70) prodott permezz ta’ proċedimenti amministrattivi meħudha mid-Diviżjoni dwar Regolamenti Tekniċi fi ħdan l-MCCAA.
Is-sanzjonijiet li tista’ timponi l-Qorti għall-ksur tal-Att dwar is-Sigurezza tal-Prodotti Kap. 427 fir-rigward ta’ xi ksur ta’ xi dispożizzjoni ta’ dik il-liġi jew ta’ xi regolamenti magħmula taħt l-istess liġi, jitilgħu għal tlieta u għoxrin elf, mitejn, tlieta u disgħin euro, tlieta u sebgħin ċenteżmu (€23,293.73), jew priġunerija għal mhux iżjed minn erba’ snin, jew il-multa u l-priġunerija flimkien. Sa issa m’hemmx ħsieb li dawn is-sanzjonijiet jiġu riveduti b’tali mod li jiġu miżjuda jew imnaqqsa.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14006 u jgħid x'tip ta' investiment infrastrutturali u xogħol ta' restawr sar u kemm kienet in-nefqa għal kull xogħol li sar fit-Tempji tal-Ġgantija fix-Xagħra Għawdex sena b'sena u xahar b'xahar minn Jannar 2015 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-investimenti strutturali li saru fil-Park Arkeoloġiku tat-Tempji tal-Ġgantija f’dawn l-aħħar ħames snin kellhom tlett miri prinċipali li huma:
1. Xogħol ta’ restawr u konservazzjoni fuq il-bini storiku tat-Tempji tal-Ġgantija, inkluż ix-xiri u l-manutenzjoni ta’ sistemi ta’ moniterjar fuq l-istabilità tat-tempji u l-kundizzjonijiet ambjentali tas-sit.
2. Tisbiħ u riġenerazzjoni taż-żoni esterni tas-sit li jinkludi tħawwil ta’ xitel endemiku, restawr ta’ ħitan tas-sejjieħ, tqegħid ta’sistemi ta’ irrigazzjoni u diversi xogħlijiet marbutin mal-manutenzjoni u l-immaniġjar tal-ambjent naturali ġewwa l-Park Arkeoloġiku tat-Tempji tal-Ġgantija.
3. Xogħol ta’ manutenzjoni u tiswijiet ġenerali fiċ-Ċentru tal-Interpretazzjoni u faċilitajiet oħrajn għall-viżitaturi li wieħed isib f’dan is-sit.
Permezz ta’ dawn ix-xogħlijiet, Heritage Malta kompliet il-ħidma tagħha sabiex tassigura l-aħjar esperjenza għall-eluf ta’ viżitaturi minn madwar id-dinja kollha li ta’ kull sena jżuru dan is-sit, filwaqt li assigurat ruħha li tibqa żżomm fuq quddiem il-protezzjoni u l-bzonnijiet ta’ konservazzjoni ta’ dan is-sit tant uniku u prestiġjuż.
Għaldaqstant, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-infieq li sar fit-tempji tal-Ġgantija fix-Xagħra Għawdex fil-perjodu kkonċernat.
Għajnsielem – Dar tal-Anzjani San Ġużepp – servizz minn professjonisti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14231 u jgħid kemm avukati, periti u professjonisti oħra taw is-servizz tagħhom u ġew imħallsa in konnessjoni mad-Dar tal-Anzjani San Ġużepp f’Għajnsielem minn meta beda dan il-proġett sal-lum? Jista’ jgħid kif ġew magħżula, min kienu, x’servizz taw u kemm kien il-ħlas f’kull każ?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 15524 - Għajnsielem Dar tal-Anzjani San Ġużepp servizz minn professjonisti.pdf
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed jagħmel il-Ministeru għal Għawdex biex isalva t-Torri (fortizza) tal-Qbajjar li jinsab fi stat ħażin ħafna u partijiet minnu diġà ġġarfu? Ma jaħsibx il-Ministru li għandu jintervjeni biex dan is-sit jerġa’ jgħaddi f'idejn il-Gvern u jieħu l-passi immedjati biex jiġi restawrat?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.