MDIA – lista ta’ għaqdiet fuq livell ewropew li hi membru tagħhom
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tal-għaqdiet fuq livell ewropew li tagħhom il-Malta Digital Innovation Authority (MDIA) hi membru? F’kull każ, jista’ jelenka s-sehem tal-MDIA fl-attivitajiet tal-għaqda konċernata?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali hija membru ta’ dawn l-Għaqdiet imsemmija, li huma:
ECCG - European Cybersecurity Certification Group
Dan il-grupp jiddiskuti skemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni tas-cybersecurity.
CENELEC CEN/CLC/JTC 19 - European Committee for Electrotechnical Standardization – Blockchain and DLTs
Dan il-grupp jiddiskuti standards li potenzjalment jistgħu jintuzaw b’rabta ma’ sistemi ta’ blockchain li għandhom ikunu ċċertifikati.
AI Watch Steering Group - Interaction with Member States – Group on AI and DEI
Il-grupp iddiskuta d-definizzjoni tal-Intelliġenza Artificjali, il-prinċipji etiċi tal-Intelliġenza Artifiċjali, l-uzu ta’ sandbox u Edge AI, u kif ukoll l-uzu tad-data.
CAHAI - Ad hoc Committee on Artificial Intelligence
Il-kumitat jevalwa l-qafas legali għall-iżvilupp, disinn u applikazzjoni tal-intelliġenza artifiċjali.
European Blockchain Partnership (EBP) Technical Group
Dan il-grupp qed jiddiskuti rizultati tekniċi għal use-cases, funzjonalitajiet u arkitettura tal-EBSI (European Blockchain Services Infrastructure) u l-mudell ta’ governanza.
European Blockchain Partnership (EBP) Policy Group
F’dan il-grupp qed ikun stabbilit l-EBSI (European Blockchain Services Infrastructure) billi jappoġġjaw l-iżvilupp u l-aġenda li tiddefenixxi l-politika fuq id-DLT (Distributed Ledger Technologies).
European Blockchain Partnership (EBP) Technical Governance
Dan il-grupp qed jaħdem biex issir it-tieni verżjoni tal-EBSI (European Blockchain Services Infrastructure).
European Digital Innovation Hubs (eDIH)
Dan il-grupp qed jaħdem biex jistabbilixxi u jimmonitorja eDIH; fejn fil-kaz ta’ Malta se jkun dwar HPC (High Performance Computing).
MCCAA – lista ta’ għaqdiet fuq livell ewropew li hi membru tagħhom
Question
Tista’ l-Ministru tagħti lista sħiħa tal-għaqdiet fuq livell ewropew li tagħhom l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) hi membru? F’kull każ, tista’ telenka s-sehem tal-MCCAA fl-attivitajiet tal-għaqda konċernata?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din hija l-lista sħiħa tal-għaqdiet fuq livell ewropew li tagħhom l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) hi membru u f’kull każ, qed jiġi elenkat ss-sehem tal-MCCAA fl-attivitajiet tal-għaqda konċernata.
Uffiċċju għall-Kompetizzjoni:
Isem tal-Għaqda
Sehem tal-MCCAA fl-attivitajiet tal-għaqda
European Competition Network (Netwek Ewropew għall-Kompetizzjoni)
Dawn huwa n-netwerk ta' awtoritajiet pubbliċi ffurmat mill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni u l-Kummissjoni sabiex jipprovdi forum għad-diskussjoni u l-kooperazzjoni fir- rigward tal-applikazzjoni u l-infurzar tal-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Diviżjoni tar-Reg
olamenti Tekniċi (TRD):
Isem tal-Għaqda
Sehem tal-MCCAA fl-attivitajiet tal-għaqda
PROSAFE (bħala NGO)
Ittestjar ta' prodotti. Joint Actions ma' stati membri oħra. Permezz ta' Prosafe, aħna nipparteċipaw fl-azzjonijiet konġunti u nwettqu ttestjar tal-prodott u wara nwettqu azzjonijiet ta' infurzar meta jkun meħtieġ.
ECHA - European Chemical Agency
Infurzar tal-liġi fejn jidħlu prodotti kimiċi; membri ta' networks rigward evalwazzjoni ta' riskju. Il-ka¿ijiet tal-EFSA kif ukoll tal-ECHA, ir-ri¿ultat huwa relatat ma' opinjonijiet dwar is-sikurezza tal-ikel / ingredjenti (EFSA) jew kimiċi (ECHA). Dawn l-opinjonijiet se jintużaw bħala bażi għal leġislazzjoni futura. Barra minn hekk isiru wkoll diskussjonijiet dwar għodod u metodi dwar kif jistgħu jittejbu l-outputs tal-valutazzjoni tar-riskju.
Motor Vehicle Forum
Infurzar tal-liġi fejn jidħlu karozzi u biex s-Sorveljanza tas-Suq isir b'mod koerenti.
CSN - Consumer Safety Network
Jiġu diskussi l-attivitajiet tas-sorveljanza fis-suq
IMP – Expert Group on the Internal Market for Products
Komunikazzjoni bejn awtoritajiet tas-sorveljanza fis-suq
ADCO (Administrative Co-Operative Group)
F'kull grupp jiġi diskuss titjieb fis-sorveljanza tas-suq ta' prodotti bil-marka tas-CE li jaqgħu taħt kull leġislazzjoni fosthom: ADCO Electromagnetic Compatibility Directive, ADCO Energy Label Directive, ADCO ECO Design Directive, ADCO Low Voltage Directive, ADCO Radio Equipment Directive, ADCO Restriction of Hazardous Substances Directive, ADCO Construction Products Regulation, ADCO Fertilizers, ADCO Pyrotechnical Articles, ADCO Personal Protective Equipment, ADCO Recreational Crafts Directive, ADCO Lifts Directive
European Food Safety Authority
Membri ta' networks rigward evalwazzjoni ta' riskju. Il-każijiet tal-EFSA kif ukoll tal-ECHA, ir-riżultat huwa relatat ma' opinjonijiet dwar is-sikurezza tal-ikel / ingredjenti (EFSA) jew kimiċi (ECHA). Dawn l-opinjonijiet se jintużaw bħala bażi għal leġislazzjoni futura. Barra minn hekk isiru wkoll diskussjonijiet dwar għodod u metodi dwar kif jistgħu jittejbu l-outputs tal-valutazzjoni tar-riskju.
Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur:
Isem tal-Għaqda
Sehem tal-MCCAA fl-attivitajiet tal-għaqda
CPC - Consumer Protection Cooperation Network
Tipparteċipa kemm bħala uffiċċju uniku ta’ kooperazzjoni kif ukoll bħala awtorità kompetenti taħt ir-Regolament tal-Koperazzjoni fil-Protezzjoni tal-Konsumatur (KE) Nru 2017/2394 liema Regolament jistabbilixxi netwerk biex jiġu nfurzati l-liġijiet tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur b'mod ikkoordinat meta l-konsumaturi jixtru bejn il-fruntieri nazzjonali. L-Awtorità tieħu sehem b'mod attiv fid-diversi azzjonijiet, u hija wkoll membru fi gruppi ta' ħidma oħra fi ħdan dan in-netwerk.
CPN - Consumer Policy Network
Tieħu sehem f'dan il-forum ta' uffiċjali għolja fil-kamp tal-konsumatur għall-koordinazzjoni u l-iżvilupp tal-politika tal-konsumatur.
National Enforcement Bodies (NEB) meetings for Regulation 261/2004 (Air Passenger Rights)]
Laqgħat bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-korpi nazzjonali ta' infurzar biex jiġu diskussi l-implimentazzjoni, prattiċi u aspetti ta' dan ir-Regolament.
NEB meetings for Regulation Regulation [EC] 181/2011 (Rights of passengers in bus and coach transport)
Laqgħat bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-korpi nazzjonali ta' infurzar biex jiġu diskussi l-implimentazzjoni, prattiċi u aspetti ta' dan ir-Regolament.
NEB meetings for Regulation Regulation [EC] 1177/2010 (Rights of passengers when travelling by sea and inland waterway)
Laqgħat bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-korpi nazzjonali ta' infurzar biex jiġu diskussi l-implimentazzjoni, prattiċi u aspetti ta' dan ir-Regolament.
Expert Group on the Implementation of the Directive on Credit Agreements for Consumer 2008/48/EC
Laqgħat bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet fl-istati membri responsabbli għal din id-Direttiva biex tiġi diskussa l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.
Expert Group on the Implementation of the Directive on Credit Agreements for Consumer 2008/48/EC
Laqgħat bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet fl-istati membri responsabbli għal din id-Direttiva biex tiġi diskussa l-implimentazzjoni tagħha
Expert Group on the Digital Contracts Directive
Laqgħat bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet fl-istati membri responsabbli għal din id-Direttiva biex tiġi diskussa l-implimentazzjoni tagħha
Expert Group on Better enforcement and modernisation Directive
Laqgħat bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet fl-istati membri responsabbli għal din id-Direttiva biex tiġi diskussa l-implimentazzjoni tagħha
European Consumer Centre Network (ECC)
ECC (Malta) jagħmel parti min-netwerk taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumatur li għandhom uffiċċji fl-istati membri kollha tal-Unjoni Ewropea. In-netwerk jagħti pariri u jassisti lill-konsumaturi minn pajjiżi fl-Unjoni Ewropea f'rabta ma xiri bejn il-pajjiżi differenti tal-Unjoni Ewropea. Dan in-netwerk huwa ffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea u mill-istati membri rispettivi.
Istitut tal-Metroloġija tal-Istandards:
Dawn l-għaqdiet huma rikonoxxuti uffiċjalment mill-Unjoni Ewropea u mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles bħala responsabbli għall-i¿vilupp ta’ standards Ewropej li Malta trid tadotta bħala standards nazzjonali sabiex ti¿gura li Malta jkollha l-istess standards bħal Stati Membri oħra biex timplimenta l-prinċipju tal-moviment ħieles tal-merkanzija. Is-sħubija f'dawn l-għaqdiet hija magħmula mill-korpi nazzjonali tal-istandards tal-Istati Membri u l-MCCAA (bħala l-korp nazzjonali Malti għall-istandards) hija membru sħiħ f'kull waħda minn dawn l-għaqdiet. F’dawn l-għaqdiet, MCCAA tiegħu sehem sħiħ f’assembleji ġenerali, f’laqgħat tal-bordi teknici u fejn hemm interess għal Malta f’laqgħat ta’ Kumitati teckniċi tagħhom. F’dawn il-laqgħat l-MCCAA tieħu sehem f’deċi¿jonijiet importanti dwar l-iżvilupp futur ta’ standards tekniċi li jaffettwaw is-sigurtà tal-prodotti, biex jiġi żgurat li l-prodotti jkunu siguri, li jkunu kompatibili ma’ prodotti u sistemi oħra, li jirrispettaw l-ambjent, u sabiex jgħinu lin-negozji jkunu aktar effiċjenti, u jneħħu l-ostakli għall-kummerċ ħieles. Permezz tal-parteċipazzjoni attiva tal-MCCAA u s-setgħat tal-vot tagħha f'dawn l-għaqdiet, l-MCCAA tiżgura li l-interessi tal-konsumatur u n-negozji Maltin jkunu mħarsa sew.
Isem tal-Għaqda
Sehem tal-MCCAA fl-attivitajiet tal-għaqda
Kumitat Ewropew għall-Għemil ta’ Standards (CEN)
CEN hija fdata sabiex tiżviluppa standards Ewropej f'firxa wiesgħa ta' oqsma u setturi li jinkludu: prodotti għall-konsumatur, kostruzzjoni, kimiċi, enerġija, ambjent, saħħa u sigurtà, trasport u ppakkjar.
Kumitat Ewropew għall-Għemil ta’ Standards fl-Elettroteknika (CENELEC)
CENELEC tiżviluppa standards fil-qasam Elettrotekniku.
Istitut Ewropew għal Standards fit-Telekomunikazzjonijiet (ETSI)
ETSI hija responsabbli biex tiżviluppa standards Ewropej fil-qasam tat-telekomunikazzjonijiet.
Għawdex – Triq li twassal għal bajja ta’ Daħlet Qorrot – xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu maħsub li ser isir ix-xogħol fit-triq li twassal għal Bajja ta’ Daħlet Qorrot f’Għawdex u preċiżament f’dik il-parti tat-triq fejn qed iċedi? Jista’ jara li dan ix-xogħol isir qabel jiġri xi inċident li jkollu konsegwenzi serji? Jista’ jgħid ukoll mill-aħħar mistoqsijiet li saru diversi xhur ilu dwar din it-triq sal-lum x’sar mill-Ministeru tiegħu biex din il-problema tiġi indirizzata qabel ikun tard?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex ser ikun qed jieħu ħsieb li din it-triq issir.
Jista’ l-Ministru jagħti break down dettaljat ta’ kemm kienet in-nefqa totali, xi tħallas s’issa u min kienu l-benefiċjarji ta' dan il-ħlas għal White Flags għal bajjiet ġewwa Għawdex? Jista’ jgħid min approva dawn il-ħlasijiet u f’liema xahar u sena ġew approvati, u jekk għadx fadal kontijiet pendenti?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-nefqa relatata kienet €20,000 u tħallset is-somma kollha lil GUWAA (Global Underwater Awareness Association). M’għadx hemm ħlasijiet pendenti.
B’referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 15622, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-artikolu 41 tal-Att dwar ix-Xandir Kap 350 - fejn fil-każ tal-Awtorità tax-Xandir din tista’ timponi sanzjoni jew penali ta’ natura amministrattiva - għandux operattiv, u jekk le għalfejn?
Response (ABELA, ROBERT)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita tax-Xandir hija entita Kostituzzjonali indipendenti u għalhekk awtonoma mill-ezekkutiv. Ninsab imma nfurmat li l-Artiklu 41 tal-Att dwar ix-Xandir għadu fis-seħħ.
B’referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 15622, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk id-dispożizzjonijiet applikabbli skont u taħt l-Att dwar il-Finanzjament ta’ Partiti Politiċi Kap. 544- fejn il-Kummissjoni Elettorali tista’ timponi sanzjoni jew penali ta’ natura amministrattiva – għandhomx operattivi, u jekk le għalfejn?
Response (ABELA, ROBERT)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Kummissjoni Elettorali hija entita Kostituzzjonali indipendenti.
Tista’ l-Ministru telenka l-liġijiet kollha (kemm l-atti kif wkoll ir-regolamenti magħmula taħthom), inklużi r-regolamenti tal-UE li allura d-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) hu awtorizzat li jinforza jew jamministra?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-liġijiet li d-Direttur Ġenerali hu awtorizzat li jinforza jew jammistra huma s-segwenti:
· L-Att dwar il-Kompetizzjoni (Kapitolu 379 tal-liġijiet ta’ Malta)
· L-Att dwar l-Awtorita ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (Kapitolu 510 tal-liġijiet ta’ Malta)
· Regolamenti dwar il-Kontroll ta’ Konċentrazzjonjiet (Liġi sussidjarja 379.08)
· Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta'Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat
· Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 ta' l-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi
· Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 802/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi
· Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 ta' l-24 ta’ Lulju 2006 li japplika ċerti regoli ta' kompetizzjoni għall-produzzjoni ta', u l-kummerċ fi, prodotti agrikoli
· Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 169/2009 tas-26 ta' Frar 2009 li japplika r-regoli tal-kompetizzjoni għat-trasport bil-ferrovija, bit-triq u permezz tal-passaġġi fuq l-ilma interni
· Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 487/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta’ akkordji u prattiċi miftiehma fis-settur tat-trasport bl-ajru
· Regolament tal-Kummissjoni Nru 906/2009 tat-28 ta’ Settembru 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta’ akkordji, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma bejn il-kumpanniji marittimi tal-linja (konsorzji)
· Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 330/2010 tal-20 ta’ April 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal kategoriji ta’ akkordji vertikali u prattiċi miftiehma
· Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 461/2010 tas-27 ta’ Mejju 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal kategorji ta’ akkordji vertikali u prattiċi miftiehma fis-settur tal-vetturi bil-mutur
· Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1217/2010 tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101 (3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategorji ta’ akkordji ta’ riċerka u żvilupp
· Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1218/2010 tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta’ akkordji ta’ speċjalizzazzjoni
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 316/2014 tal-21 ta’ Marzu 2014 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal kategoriji ta’ ftehimiet dwar trasferiment ta’ tekonoloġija
Tista’ l-Ministru tgħid għalfejn il-Liġi Sussidjarja 379.01 għadha hemm, ukoll meta wieħed iqis li wħud mill-entitajiet li hemm elenkati jew ma għadhomx jeżistu jew inbidlu?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-dawl tal-emendi li kienu daħlu fis-seħħ bl-Att XXVIII ta’ l-2000 li emendaw l-artikolu 30(1) tal-Att dwar il-Kompetizzjoni, l-Att sar japplika għal kull dipartiment tal-Gvern jew għal kull korp imwaqqqaf bil-liġi jew kumpanija jew soċjeta’ li fihom il-Gvern, direttament jew indirettament, ikollu l-kontroll. Għaldaqstant minn mindu ġew fis-seħħ l-emendi fl-2000, ma kienx baqa’ skop tal-liġi susidjarja 379.01. Għaldaqstant, sejrin jittieħdu l-passi neċessarji biex din il-liġi sussidjarja tiġi revokata.
Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) — liġijiet
Question
Tista’ l-Ministru telenka l-liġijiet kollha (kemm l-atti kif wkoll ir-regolamenti magħmula taħthom), inklużi r-regolamenti tal-UE li allura d-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) hu awtorizzat li jinforza jew jamministra?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija elenkata hawn taħt:
1. L-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur (Kapitolu 378 tal-Liġijiet ta’ Malta)
2. Regolamenti dwar il-Wiri ta’ Listi ta’ Prezzijiet f’Bars u Kjoskijiet (Leġislazzjoni Sussidjarja 378.05)
3. Avviż għall-Għanijiet tat-Tifsira ta’ Kummerċjant fl-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur (Leġislazzjoni Sussidjarja 378.06)
4. Regolamenti dwar Prezzijiet Indikati skond l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur (Leġislazzjoni Sussidjarja 378.09)
5. Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Kreditu għall-Konsumaturi Marbutin ma’ Propjetà Immobbli Residenzjali (Leġislazzjoni Sussidarja 378.10)
6. Regolamenti dwar Kreditu lill-Konsumatur (Leġislazzjoni Sussidarja 378.12)
7. Regolamenti dwar l-Ipprezzar tas-Servizzi tal-Ajru (Leġislazzjoni Sussidarja 378.13)
8. Regolamenti dwar il-Kumpens u l-Assistenza għal Passiġġieri tal-Ajru li jitħallewx jitilgħu (Leġislazzjoni Sussidarja 378.14)
9. Regolamenti dwar id-Drittijiet tal-Passiġġieri fit-Trasport bix-Xarabank u bil-Kowċ (Leġislazzjoni Sussidarja 378.15)
10. Regolamenti dwar id-Drittijiet tal-Passiġġieri meta Jivvjaġġaw bil-Baħar jew minn Passaġġi fuq l-Ilma Interni (Leġislazzjoni Sussidarja 378.16)
11. Regolamenti dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur (Leġislazzjoni Sussidarja 378.17)
12. Regolamenti dwar is-Soluzzjoni Alternattive għat-Tilwim (ADR) tal-Konsumatur (ADR Residwa) (Leġislazzjoni Sussidarja 378.19)
13. Artikoli 17 u 29, u t-Tielet Skeda tal-Att dwar l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (Kapitoli 510 tal-Liġijiet ta’ Malta)
14. Artikolu 9(a) ta’ l-Att dwar Servizzi li jingħataw fis-Suq Intern (Kapitolu 500 tal-Liġijiet ta’ Malta) - (Leġislazzjoni Sussidarja relatata: Regolamenti dwar Nomina ta’ Diversi Entitajiet (L.S. 500.01) u Regolamenti dwar l-Istabbiliment ta’ Sanzjonijiet u Pieni (L.S. 500.02).
Qrati Superjuri u Qrati Inferjuri – kawżi ċivili — appelli
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi ċivili li qed jistennew li l-appell li sar fihom jiġi appuntat u dan kemm fil-Qrati Superjuri kif ukoll fil-Qrati Inferjuri? Jista' jgħid kemm ilu jistenna biex jiġi appuntat l-aktar appell antik u kemm ilu l-aktar appell riċenti? Jidhirlux li dan id-dewmien enormi huwa wkoll ta' xkiel għan-negozji minħabba li ma jistgħux jirrivolgu lejn is-sistema ta’ ġustizzja effiċjenti u effettiva liema prinċipji ta’ effiċjenza u effettività huma fost il-prinċipji bażiċi tal-Unjoni Ewropea?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li sal-11 ta’ Settembru, hemm 1258 appell superjuri li għadhom qed jistennew biex jiġu appuntati. Hemm ukoll 187 appelli inferjuri li għad iridu jiġu appuntati.
L-aktar appell li ilu jistenna biex jiġi appuntat mill-Qorti tal-Appell (Superjuri) huwa dak bin- numru 634/2005 li daħal fis-17 ta’ Marzu 2015 – fil-fatt dan l-appell kien allegat ma’ kawża kostituzzjonali li ġiet deċiża fl-20 ta’ Lulju 2020 u għalhekk dan l-appell ser jiġi appuntat fil-futur qarib. It-tieni l-aktar appell li ilu biex jiġi appuntat huwa dak li daħal fis-26 t’Ottubru 2015.
L-Appell inferjuri l-aktar li ilu biex jiġi appuntat ġie ppreżentat fil-Reġistru tal-Qorti fit-23 ta’ Jannar 2018.
L-aħħar appell li daħal fil-Qorti tal-Appelli (Superjuri) ġie preżentat fid-9 ta’ Settembru 2020.
L-aħħar appell Inferjuri ġie preżentat fis-7 ta’ Settembru 2020.
Kif jidher mill-istatistika l-Qorti tal-Appell (Sede Inferjuri) qed timxi b’effiċjenza u qed titwettaq ġustizzja fi żmien raġonevoli. Determinat li nibqa għaddej b’riformi sabiex ikun hemm ġustizzja għal kulħadd fi żmien raġonevoli. Irrid insolvi problema fil-qrati tagħna li ilha hemm għexieren ta’ snin.
Ser issir riforma fil-mod kif jitmexxew l-appelli ħalli tiġi indirizzata l-problema tal
-backlog
li hemm fil-Qorti tal-Appell (Superjuri). Hemm abbozz li ġa ġie approvat mill-Kabinett tal-Ministri sabiex isiru emendi proċedurali għall- proċedura użata quddiem il-Qorti tal-Appell (Sede Superjuri) u kif ukoll inizjattiva tal-Prim Imħallef li jkun hemm komposizzjoni oħra ta’din il-Qorti tal-Appell (Sede Superjuri). Dan ser iwassal għal aktar effiċjenza u qtugħ t’appelli superjuri fi żmien raġonevoli għaċ-ċittadini Maltin u Għawdxin, kif ukoll għan-negozji tagħna.
Ir-Rabat Għawdex – Triq l-Imgħallem – bini ta’ triq
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15290 kollha kemm hi u ċjoè: B'referenza għax-xogħol li xi darba għandu jsir fuq il-bini mill-ġdid ta’ Triq l-Imgħallem ġewwa r-Rabat Għawdex fejn ta' kuljum jgħaddu mijiet ta' karozzi u trakkijiet minn din l-imsemmija triq, jista’ l-Ministru jgħid:
a. jekk hux ser isiru
walk through culverts
biex is-servizzi jgħaddu minn ġo fihom u b’hekk qatt ma jkun hemm bżonn li terġa’ tinqala’ din it-triq arterjali; u
b. jekk hux ser jintuża asfalt apposta fuq din it-triq minħabba l-skid resistance?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari numru 15290.
Jista’ l-Ministru jaġġorna dwar il-Proġett tal-White Rocks u jekk dan għadux fil-pjan tal-Gvern li jsir? Jekk iva fiex waslu t-taħditiet mal-Preferred Consortium u jekk dawn ġewx iffinalizzati u konklużi?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li f’rigward tal-proġett msemmi dan għadu fuq l-Aġenda tal-Gvern biex jiġi implementat. Id-diskussjonijiet mal-partijiet konċernati għadhom għaddejin u wieħed jittama li n-negozajti jiġu konklużi fl-iqsar żmien possibli dan sakemm il-kundizzjonijiet imposti jkunu aċċettabli mill-partijiet kollha.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – lista ta’ konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista tal-konsulenti kollha ingaġġati mill-Ministeru/entitajiet/awtoritajiet u aġenziji tiegħu minn Ġunju 2017 sal-lum u għal kull konsulent jgħid kif kien ingaġġat u x’inhuma t-termini tal-ħlas/benefiċċji tiegħu/tagħha?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li rigward il-konsulenti fi ħdan il-Ministeru għandu jirreferi għall-informazzjoni fit-tweġiba għall-mistoqsija W107 li għadha kemm ingħatat fis-seduta 346. Mill-bqija minn Ġunju 2017 sal-lum dawk ingaġġati bħala tali fl-aġenziji/entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru, huma kif jidhru fit-tabella t’hawn taħt.
Entitajiet
SENA
KONSULENT
NATURA TAL-KONSULENZA
SKALA
GHRC
2018 - to date
Frank Franjou
Lighting Design Consultancy
5
Projects Malta
14/08/2017 - 01/10/2019
David Zahra
Consultant to the Executive Chairman
Scale 4 + €1,630.56 p.a. (Expense allowance) + €4,658.75 p.a. (All inclusive tramsport) + €1,600 p.a. (All inclusive communication) + up to 15% (Performance allowance) - contract terminated
Transport Malta
2013
Paul Sciriha
Konsulenza Sezzjoni Aero Medika
Skala 2
Transport Malta
2013
Ing Kenneth Gafa
Konsulenza dwar International Maritime Conventions
Skala 3
Transport Malta
2015
Capt Anand Dayal
Konsulenza dwar L-Investigazzjonijet tas-Sigurta' Marittima
Skala 5
Transport Malta
2016
David Lynn Seisun
Konsulenza dwar Intelligent Transport Systems - Terminated 2020
Skala 4
Transport Malta
2019
Silvio Grixti
Konsulenza medika fis-Sezzjoni tal- Land Transport
Skala 5
Transport Malta
2019
George Borg Marks
Konsulenza fuq l-Avjazzjoni
Skala 5
Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-uffiċċji tal-Qorti ta' Għawdex fejn jaħdmu l-impjegati sarx perspex biex jifred lill-impjegati u dan peress li hemm kmamar żgħar li fihom hemm anke sitt persuni jaħdmu u li ma fihom l-ebda tieqa jew bieb għal barra? Jekk għadhom mar sarux, x’inhi r-raġuni?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li bħala prevenzjoni, kontra l-imxija tal-COVID-19, l-impjegati tal-Qorti ta’ Għawdex kollha ġew ipprovduti b’visors, maskli u hand sanitizers u l-Linji Gwida tas-Superintendent tas-Saħħa ġew segwiti.
Għalkemm Perspex ġie nstallat fl-Awli u fir-Reġistru, u ċjoè fejn l-impjegati tal-Qorti jiltaqgħu ħafna mal-pubbliku, imkien m’hemm fil-Linji Gwida li għandu jitwaħħal Perspex.
Rigward kmamar fejn hemm membri tal-istaff aktar milli kien suġġerit fl-istess Linji Gwida, dawn instabilhom post alternattiv fejn jaħdmu u ser jiġu trasferiti hemm mis-6 ta’ Lulju.
Madanakollu, ta’ min ifakkar lill-Onorevoli Interpellant, illi llum il-miżuri li kienu tħabbru mis-Superintendent tas-Saħħa Pubbliku fil-bidu tal-imxija tal-COVID-19 ġew sorvolati.
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista tal-konsulenti kollha ingaġġati mill-Ministeru/entitajiet/awtoritajiet u aġenziji tiegħu minn Ġunju 2017 sal-lum u għal kull konsulent jgħid kif kien ingaġġat u x’inhuma t-termini tal-ħlas/benefiċċji tiegħu/tagħha?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Protezzjoni Ċivili f'Għawdex kenux mgħammra b'foam apposta meta ġara l-inċident li fih sfaw maħruqa erba’ dgħajjes fil-Port tal-Imġarr f'Għawdex fl-aħħar jiem ta' Ġunju? Jekk iva, jista' jgħid dan kienx biżżejjed u jekk le x'kienet ir-raġuni li ma kellhomx dan il-foam? Jista' jgħid jekk kellux jinġab foam apposta mit-taqsimiet tal-Protezzjoni Ċivili f'Malta?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Il-Protezzjoni Ċivili f'Għawdex kienu mgħammra b'foam apposta meta ġara l-inċident li fih sfaw maħruqa erba’ dgħajjes fil-Port tal-Imġarr f'Għawdex fis-26 ta’ Ġunju 2000. Fl-istazzjon kien hemm 1060 litru ta’ konċentrat ta’ foam imqassam fuq ħames vetturi tat-tifi tan-nar u elf litru ieħor riserva. B’kollox total ta’ 2060 litru. Dan huwa ammont sostanzjali u adekwat fil-fatt il-membri Għawdxin irnexxielhom jikkontrollaw in-nirien milli jkomplu jinfirxu fuq dgħajjes oħra. Nikkonfermaw li fuq il-post mar il-foam tender li jesa’ 5000 litru u huwa stazzjonat ix-Xemxija biex ilaħħaq maż-żewġ gżejjer meta n-nirien ikunu meqjusa industrijali jew maġġuri. Dan it-trakk jiċċaqlaq biss minn postu meta l-uffiċjal inkarigat mill-inċident iħoss li hemm bżonnu u dan intuża sabiex jinnewtralizza għalkollox ir-residual flames u pocket fire oħra li kien għad fadal meta wasal fuq il-post. F’dawn it-tip ta’ nirien tkun trid issir foam blanket u dan isir biss meta kollox ikun preparat u mħejji sewwa. Tajjeb li ngħidu li dan it-trakk inġieb Malta fl-2017 għax qabel kulma kellu d-DPĊ huwa trakk immodifikat u kien stazzjonat ġewwa Ħal Far. Il-foam huwa għodda importanti fil-qasam tat-tifi tan-nar u jrid ikollok ħażna skont direttivi biex b’hekk tintervjeni bl-aħjar mod possibbli.
Jista’ l-Prim Ministru jelenka dawk l-entitajiet regolatorji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li skont il-liġi għandhom il-jedd li jimponi xi forma ta’ penali amministrattiva u/jew sanzjoni oħra? F’kull każ, u fejn hu applikabbli, jista’ jgħid x’inhu l-massimu tal-penali li tista’ tiġi imposta, ukoll f’każ ta’ penalitajiet li jistgħu jiġu imposti għal kull jum ta’ nuqqas ta’ konformità? F’kull każ jista’ jgħid jekk hemmx xi dritt ta’ kontestazzjoni quddiem xi qorti jew tribunal indipendenti kemm fuq punt ta’ dritt kif u jew ta’ fatt, u f’kull każ liema hi l-qorti jew tribunal kompetenti?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li ma hemm ebda entita regolatrija fi-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru li skont il-liġi għandha l-jedd li timponi xi forma ta’penali amministrattiva u/jew sanzjoni oħra.
Jista’ l-Prim Ministru jelenka dawk l-entitajiet regolatorji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, li skont il-liġi f’kull istanza fejn dik l-entità tqis li hemm bżonn li tiġi imposta xi forma ta’ penali amministrattiva jew forma ta’ sanzjoni oħra fir-rigward ta’ xi liġi jew deċiżjoni li hi tamministra, trid f’kull każ tapplika lil xi qorti jew tribunal indipendenti għal ħruġ ta’ ordni biex allura tiġi imposta xi sanzjoni kemm jekk hijiex penali amministrattiva jew xi sanzjoni oħra?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab informat li ma hemm l-ebda entità regolatorja fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru li għaliha tapplika dak li qed jirreferi l-Onor Interpellant.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm passiġġieri u vetturi użaw il-vapuri tal-Gozo Channel fix-xhur ta’ Frar, Marzu, April, Mejju u Ġunju 2019 u fl-istess xhur fis-sena kurrenti?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor, Interpellant li bir-restrizzjonijiet imħabbra mill-Awtoritajiet tas-Saħħa minħabba l-imxija tal-COVID 19, in-numru ta’ passiġġiera u vetturi naqsu f’dawn l-aħħar xhur. Il-figuri huma kummerċjalment sensittivi.
Tista’ l-Ministru tgħid:
1) kemm kien in-numru ta’ lukandi liċenzjati f’Għawdex fil-bidu ta’ Jannar 2020 u kemm kien in-numru totali ta’ sodod f’dawn il-lukandi;
2) kemm kien in-numru ta’
self-catering establishments
f’Għawdex fil-bidu ta’ Jannar 2020; u
3) kemm kien in-numru ta’
restaurants
f’Għawdex fil-bidu ta’ Jannar 2020?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmata li f’Jannar 2020, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu kellha reġistrati f’Għawdex:
· 16-il lukanda – bin-numru ta’ sodod ikun 1718
· 1165
self-catering establishement
· 105 ristoranti.