Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #16669 Sitting 377 2020-10-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ta’ Xhajma – Korsa taż-Żwiemel — xogħlijiet

Question

B' referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15284 li ngħatat fl-4 ta' Ġunju 2020, jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra u jgħid fil-konkret dwar x'sar f'dawn l-aħħar ħames xhur rigward il-maħsub proġett għall-Korsa ta’ Xhajma li se jkun jakkomoda diversi dixxiplini sportivi?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-pjan il-quddiem huwa li fil-korsa ta’ Ta’ Xħajma, jissoktaw it-tiġrijiet taż-żwiemel. Min-naħa l-oħra, bħalissa fil-Korsa ta’ Ta’ Xħajma, għaddej xogħol ta’ manutenzjoni fosthom fit-toilets tal-irġiel u tan-nisa, liema xogħol jinkludi bdil tas-sistema tad-dranaġġ, ilma u dawl, madum tal-ħajt u tal-art, u anke aċċessorji sanitarji. Inbidlu wkoll il-bibien u t-twieqi fit-toilets u fl-uffiċini, filwaqt li sar ukoll up-keep tal-korsa bi tfiegħ ta’ aktar ramel. Min-naħa l-oħra, ġiet awarded tender għax-xiri ta ’ tractor ġdid għax-xogħol tal-korsa liema tractor mistenni jasal fil-ġimgħat li ġejjin. Dan apparti li ġiet awarded tender għax-xiri ta’ Race Results Display and Sound System, liema apparat se jiġi stallat fil-ġimgħat li ġejjin. Qed isir xogħol fuq il- pitch fil-parti ta’ nofs il-korsa li se tkun dedikata għal cricket u softball. F’parti oħra fin-nofs tal-korsa qed isir xogħol għal trakka tal-karozzi ( autocross).

Fabbriki u garaxxijiet industrijali — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15287 u jgħid kemm kien hemm impjegati full-time f'kull fabbrika u garaxx industrijali u x'tip ta' xogħlijiet jagħmlu dawn l-istess fabbriki u garaxxijiet industrijali li kienu qed joperaw fil-Qasam Industrijali fix-Xewkija Għawdex matul l-aħħar sitt snin, u dan għal kull sena separatament?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba dwar l-operaturi fil-Qasam Industrijali fix-Xewkija f’Għawdex, filwaqt li nistiednu jagħmel il-mistoqsija dwar l-impjiegi lill-Ministru kkonċernat.

Entitajiet — ingaġġ ta' ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15134 u jgħid kemm-il persuna ddaħħlet taħdem taħt l-entitajiet li jaqgħu taħtu, kemm impjegati direttament kif ukoll impjegati tramite kuntratturi li joffru servizz b'effett minn Jannar 2020 sal-lum? Jista' jagħti break down mil-liema lokalitajiet huma dawn il-persuni li ġew ingaġġati? Jista' jgħid f'kull każ x'inhu l-grad ta' dik il-persuna li ġiet ingaġġata?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba hekk kif ġej: Pitkalija Ltd Grad Lokalita’ Numru ta’ ingaġġ Crates Washer Għajnsielem 2 Crates Washer Xewkija 4 Crates Washer Xagħra 2 Crates Washer Sannat 1 Crates Washer Nadur 1 Crates Washer Kerċem 1 Senior Coordinator Xagħra 1 Pitkalija Ltd - Kuntratt għal servizzi Grad Lokalita’ Numru Office Administrators Għajnsielem u Nadur 2 Crates Washer Attard 1 Support Officer Fgura 1 Security Officers ** 14 (skont il-ħtieġa) First Aiders (biex jassistu fil-kontroll tat-temperatura qabel id-dħul fil-Pitkalija) ** 3 Crates Washers ** 2 – 4 (skont il-ħtieġa) ** Lokalitajiet mhux disponibbli, ladarba ħaddiema tal-kuntratturi jinbidlu minn żmien għall-ieħor, skont l-esiġenzi tal-istess. GAB - Kuntratt għal servizzi Grad Lokalita’ Numru ta’ ingaġġ Clerk/Data Collector Għajnsielem 1

Miżuri Leġiżlativi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid f’liema stadju waslu l-miżuri leġiżlattivi meħtieġa biex jiġu implimenti l-miżuri a tenur tar-Regolament tal-UE 2017/2394?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-emendi proposti għall-leġiżlazzjoni li taqa’ taħt l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur, sarulhom emendi ulterjuri abbażi tal-konsultazzjoni u hu mistenni li jitressqu quddiem il-Parlament fi żmien qarib. Min-naħa tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu qed jiġu mħejjija l-emendi fil-leġiżlazzjoni tagħha.
Leg 13 PQ #16621 Sitting 375 2020-10-21 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – proġett ta’ retro fitting

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-proġett ta' retro fitting li qed issir ġewwa l-bini tal-Ministeru għal Għawdex? Jista’ jgħid x'sar s’issa, u jagħti break down dettaljat tal-ispejjeż li saru s’issa fuq dan il-proġett, u kif ukoll x'baqa jsir u f’liema xahar u sena hu ppjanat li jitlesta kompletament dan il-proġett?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet marbuta ma’ dan il-proġett jinsabu għaddejin b’ritmu tajjeb. Fl-aħħar xhur ġiet konkluża l-ewwel fażi li kienet tikkonsisti fil-bdil kollu tal-aperturi tal-binja ċentrali tal-amministrazzjoni tal-Ministeru. L-aperturi l-ġodda saru kollha tal-aluminium double glazed, li apparti li se joffru aktar protezzjoni kontra l-elementi naturali, se jnaqqsu d-domanda għall-enerġija tal-Ministeru. Għaddej it-tqegħid mill-ġdid tal-PV panels wara li dawn kienu tneħħew temporanjament fix-xhur preċedenti biex isir xogħol ta’ waterproofing u insulation fuq is-saqaf ħalli tingħata aktar protezzjoni kontra l-elementi naturali u titnaqqas id-domanda għall-enerġija. Wara li jkunu lesti dawn ix-xogħlijiet fix-xhur li ġejjin, fil-bidu tas-sena d-dieħla se tibda l-aħħar fażi ta’ dan il-proġett. Ix-xogħlijiet jikkonsistu f’VRF air-conditioning system ġdida għall-binja kollha, sistema ta’ ventilazzjoni mekkanizzata, sistema ta’ air-to-water heat pumps, sistema tad-dawl li se tkun kompletament energy-efficient u t-tibdil tas-suffitti fost affarijiet oħrajn. Dan il-proġett qed ikun ippjanat li jkun kompletament lest lejn nofs is-sena 2023. Minbarra li se jikkontribwixxi biex Malta tilħaq il-miri marbuta mal-enerġija, dan il-proġett għandu wkoll l-għan li jservi ta’ mudell għal proġetti simili fil-futur u allura jixpruna kultura ġdida għal futur sostenibbli għal kulħadd. Fuq il-Mejda tal-Kamra qed inpoġġi break down dettaljat tal-ispejjeż li saru s’issa fuq dan il-proġett.
Leg 13 PQ #16622 Sitting 375 2020-10-21 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Eko-Għawdex – Vot Kapitali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus sena b'sena li kienu vvutati għal Eko-Għawdex taħt il-Vot Kapitali għas-sena 2018, 2019 u 2020 tal-Ministeru għal Għawdex? Jista' jelenka l-inizjattivi u l-ammont ta’ finanzi li ntefqu fuq kull proġett?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Malta Enterprise – Proġetti f’Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-proġetti li l-Malta Enterprise rnexxielha ġġib lejn Għawdex matul is-snin 2016, 2017, 2018, 2019 u 2020?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni ser tinghata f’xi seduta oħra.

Investiment Dirett Barrani f’Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont tal-Investiment Dirett Barrani f'Għawdex matul is-snin 2018, 2019 u fl-ewwel disa’ xhur tas-sena 2020?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ma jiġborx informazzjoni dwar Investiment Dirett Barrani f’Għawdex.
Leg 13 PQ #16625 Sitting 375 2020-10-21 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Pjazza tax-Xewkija – project leader tal-proġett ta’ pavimentar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kien il-Project Leader (isem u kunjom) tal-Proġett ta’ Pavimentar u xogħol ieħor li sar is-sena l-oħra ġewwa l-Pjazza tax-Xewkija?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Project Leader kien uffiċjal mil-Ministeru għal-Għawdex.
Leg 13 PQ #16626 Sitting 375 2020-10-21 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Bajjiet f’Għawdex – alka miġbura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tunnellata ta’ alka nġabret, mil-liema bajjiet ġewwa Għawdex inġabret, minn min sar ix-xogħol ta’ ġbir tal-alka, jekk sarx bl-idejn jew inkella b’makkinarju apposta u fejn twaddbet l-alka wara li nġabret mill-bajjiet mill-1 ta’ Jannar 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-alka tinġabar prinċiparjament mill-bajjiet ta’ Marsalforn, il-Qbajjar, ir-Ramla u Daħlet Qorrot. Il-ġbir tal-alka isir mill-ħaddiema tal-Ministeru għal Għawdex, ħafna drabi bl-idejn u xi drabi wkoll bl-użu ta’ makkinarju. Wara li tinġabar l-alka tintbagħat il-Wasteserv. Għalkemm l-alka tinġabar separatament minn skart ieħor, din l-informazzjoni ma tinżammx b’mod separat mill-Wasteserv. L-ammont ta’ materjal kollu li inġabar mill-bajjiet sa meta qiegħda tiġi mwieġba din il-mistoqsija huwa ta’ ftit iktar 358 tunellata.
Leg 13 PQ #16588 Sitting 374 2020-10-20 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Taċ-Ċawla, Rabat Għawdex – tender għal bini ta’ appartamenti u open spaces ikkanċellata

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender li ġiet ikkanċellata fil-15 ta Mejju 2020: Tender for the Construction of a Block of Apartments and Open Spaces at the Housing Estate at taċ-Ċawla, Victoria, Gozo, u jgħid jekk din it-tender reġgħetx ħarġet mill-ġdid u jekk le x'inhuma r-raġunijiet li din l-imsemmija tender għadha ma ħarġitx mill-ġdid?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tender se jerġa’ joħroġ fil-ġimgħat li ġejjin.

Xewkija Għawdex – Gozo Innovation Hub

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15484 u jagħti rendikont dettaljat tan-nefqa li saret b'rabta mal-inawgurazzjoni tas-7 ta’ Novembru 2019 tal-Gozo Innovation Hub fix-Xewkija Għawdex, proġett iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea? Jista' jgħid fil-preżent kemm hemm nies jaħdmu f'dan l-Innovation Hub u ma' liema kumpaniji qed jaħdmu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa globali marbuta mal-inawgurazzjoni tal-Gozo Innovation Hub tammonta għal total ta’ €5,851.50. Bħalissa għaddej xogħol ta’ rfinar, verifika, u commissioning tal-apparat. Irid ukoll jingħad li waħda mill-karatteristiċi uniċi tal-binja hija li kull business unit jista’ jiġi adattat għall-bżonnijiet speċifiċi tal-kumpaniji innovattivi li se jiġu allokati spazju fil-Gozo Innovation Hub. Għaldaqstant, ix-xogħol ma jistax jieqaf għal kollox qabel l-ispazju ikun kollu allokat. Fost il-kumpaniji li kienu allokati spazju fil-Gozo Innovation Hub, hemm il-kumpaniji Noovle u J2 Group li se jkunu qed jaħdmu mal-kumpaniji ta’ fama internazzjonali bħal Google u Microsoft. Dawn iz-zewġ kumpaniji se jkunu qed iħaddmu 60 ruħ bejnithom fi żmien 3 snin. Sadanitant il-Malta Industrial Parks Ltd flimkien mal-Malta Enterprise komplew għaddejjin bid-diskussjonijiet u negozjati ma’ numru ta’ kumpaniji oħrajn li wrew l-interess li jibdew joperaw mill- Gozo Innovation Hub.
Leg 13 PQ #16590 Sitting 374 2020-10-20 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Marsalforn – Riġenerazzjoni tal-Menqa – Varjazzjonijiet fil-proġett

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15522 u jgħid fil-proġett li għaddej bħalissa ta’ riġenerazzjoni tal-Menqa fil-Promenade ta' Marsalforn x'varjazzjonijiet kien hemm s’issa, min talab għalihom, kemm ġew jiswew u min awtorizza dawn il-varjazzjonijiet?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol infrastrutturali fil-Menqa huwa komplut. Il-varjazzjonijiet jammontaw għal madwar miljun ewro’, fejn l-parti l-kbira tagħhom huma għal fatt li fl-2019, kienet ittieħdet d-deċiżżjoni li minflok concrete tiles jintuża’ porfido bl-istess prezz u għaldaqstant filwaqt li qed jintuza materjal superjuri bl-istess prezz, teknikament jiġi mniżżel bħala varjazzjoni peress li ikun line-item ġdid. Infurmat li dawn ġew mitluba mill-Perit tal-proġett u approvati md-Dipartiment tal-Kuntratti.

Iż-Żebbuġ – Belveder – Triq Santa Marija – tender għal xogħlijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15472 li ġiet imwieġba fit-30 ta' Ġunju 2020, fejn kien ingħad li 'ix-xogħlijiet li qed jagħmel il-Kunsill taż-Żebbuġ fil-Belveder li jinsab fi Triq Santa Marija kellhom jitlestew sa l-aħħar ta Lulju 2020 u biex jiġi evitat kull periklu, dan ix-xogħol qed isir bħala parti mit-tender Period Contract for General Paving Works at Żebbuġ and Marsalforn, Gozo' jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li ma tkompla ebda xogħol fuq dan il-Belveder bil-konsegwenza li dan baqa’ magħluq u ma infetaħx għall-pubbliku għax-xhur tas-sajf u għadu sal-lum magħluq kompletament l-aċċess u mas-sar l-ebda xogħol? Jista’ jgħid meta ħa jitkompla x-xogħol, kemm ħa jiġi jiswa dan il-Belveder u meta xahar u sena hu ppjanat jitlesta x-xogħlu kollu fuq dan il-Belveder?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ Għawdex li x-xogħol beda i¿da minħabba raġunijiet oħra ta’ urġenza l-kuntrattur ma kompliex ix-xogħol b’mod regolari. Hu ppjanat li x-xogħol se jitkompla fil-ġimgħat li ġejjin. L-istima tal-Perit tal-Kunsill għal dawn ix-xogħlijiet hija ta' €30,581.65. Infurmat ukoll li x-xogħlijiet għandhom jitlestew sa' l-aħħar ta' Diċembru 2020.
Leg 13 PQ #16592 Sitting 374 2020-10-20 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Torri tal-Qbajjar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15475 u jgħid x’inhi l-pożizzjoni tal-Ministeru tiegħu fuq it-Torri tal-Qbajjar li jinsab fi stat ħażin ħafna u fil-periklu imminenti li jiġġarraf? Ma jaħsibx il-Ministru li għandha ssir xi ħaġa mmedjata biex dan il-bini storiku ma jiġġarrafx?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Bajjiet – operaturi ta’ umbrelel u deckchairs

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm operaturi li għandhom liċenzja biex jikru umbrelel u/jew deckchairs fuq jew ħdejn il-bajjiet sena b’sena mit-8 ta Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kif inhuma mqassma, kemm f'Malta u kemm f'Għawdex u Kemmuna, u f’liema bajjiet jistgħu joperaw? Kif jinħarġu dawn il-liċenzji, kull meta jiġu mħallsa u kif jiġi determinat l-ammont dovut għal din il-liċenzja?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-lista ta’ operaturi li għandhom liċenzja mal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu biex jikru umbrelel u/jew deckchairs fuq jew ħdejn il-bajjiet sena b’sena hija: Sena Lokalita’ Numru ta’ Operaturi 2013 Mellieħa – Armier 5 Mellieħa – Għadira 6 Mellieħa – Għajn Tuffieħa 1 Mellieħa – Ġnejna 1 Mellieħa – Paradise Bay 1 Kemmuna – Blue Lagoon 2 Għawdex – Marsalforn 1 Għawdex – Ramla l-Ħamra 1 2014 Mellieħa – Armier 5 Mellieħa – Għadira 7 Mellieħa – Għajn Tuffieħa 1 Mellieħa – Ġnejna 1 Mellieħa – Paradise Bay 1 Kemmuna – Blue Lagoon 4 Għawdex – Marsalforn 1 Għawdex – Ramla l-Ħamra 1 2015/6 Mellieħa – Armier 5 Mellieħa – Għadira 7 Mellieħa – Għajn Tuffieħa 1 Mellieħa – Ġnejna 1 Mellieħa – Paradise Bay 1 Kemmuna – Blue Lagoon 3 Kemmuna – Santa Marija 1 Għawdex – Marsalforn 1 Għawdex – Ramla l-Ħamra 1 2017/8 Mellieħa – Armier 5 Mellieħa – Għadira 7 Mellieħa – Għajn Tuffieħa 1 Mellieħa – Ġnejna 1 Mellieħa – Paradise Bay 1 San Pawl il-Baħar – Qawra 1 Kemmuna – Blue Lagoon 3 Kemmuna – Santa Marija 1 Għawdex – Marsalforn 1 Għawdex – Ramla l-Ħamra 1 2019/20 Mellieħa – Armier 5 Mellieħa – Għadira 7 Mellieħa – Għajn Tuffieħa 1 Mellieħa – Ġnejna 1 Mellieħa – Paradise Bay 1 San Pawl il-Baħar – Qawra 1 Sliema – Fond Għadir 1 Kemmuna – Blue Lagoon 3 Kemmuna – Santa Marija 1 Għawdex – Marsalforn 1 Għawdex – Ramla l-Ħamra 1 Jista’ jingħata l-każ li hemm numru ta’ operaturi oħra li l-permess tagħhom ma jaqax taħt dan il-Ministeru. Il-proċess tal-permess jibda’ b’applikazzjoni apposta għal dan it-tip ta’ operat li jista’ japplika għaliha biss stabbiliment li diġa’ huwa liċenzjat mal-Awtorita’. Dan il-permess jiġi mħallas kull sena mal-kont tal-liċenzja tal-istabbiliment u l-ammont huwa determinat skont L.S. 409.05, sezzjoni XII (€116.47). Fil-każ ta’ Kemmuna tinħareġ tender u jsiru l-offerti. L-ammont jiġi determinat fl-offerti tat- tender.
Leg 13 PQ #16545 Sitting 373 2020-10-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – parks ġodda għall-familja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru u fejn saru parks ġodda għall-familja ġewwa Għawdex matul is-sena 2020 u kemm kienet l-ispiża u kemm hemm ippjanati li jsiru u fejn huma ppjanati li jsiru parks ġodda għall-familja ġewwa Għawdex matul is-sena 2021?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex qiegħed iħejji pjan biex il-proġett tal-park għall-familja f’Ulysses Grove, li jinsab fix-Xewkija, jitkompla matul s-sena d-dieħla. L-ewwel fażi tal-proġett, li kienet tinkludi trakka għall-mixi u l-ġiri, hija diġa lesta. Apparti hekk, matul din is-sena u s-sena d-dieħla se jsir upgrade ta’ Ġnien il-Familja, li jinsab fil-Qala. Dan l-upgrade jinkludi afforestazzjoni u Dog Park.
Leg 13 PQ #16565 Sitting 373 2020-10-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – lista ta’ bordijiet u kumitati

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet u kumitati kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex? F'kull każ jista' jagħti l-ismijiet tal-persuni li jiffurmaw dawn il-bordijiet u/jew kumitati?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tender għal resurfacing fi Triq il-Kbira fix-Xewkija

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender 'Works Tender For The Resurfacing Of Triq Il-Kbira, Xewkija' li għalqet fl-1 ta' Ġunju 2020 u jgħid x'inhuma r-raġunijiet li din l-imsemmija tender għadha ma ġietx awarded? Meta hu maħsub li jibda u jitlesta x-xogħol fuq din it-triq?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tax-Xewkija li l-evalwazzjoni ta’ dan it-tender qiegħda tiġi konkluża. Il-proċess tal-evalwazzjoni ħa ftit fit-tul minħabba li kellhom jintalbu xi kjarifiċi. Ir-rapport tal-evalwazzjoni kellu mbagħad jgħaddi għall-approvazzjoni tal-Kunsill Lokali. Malli jintemm il-perjodu tal-appell, il-Kunsill Lokali jkun jista jiltaqa mal- kuntrattur li ssottometta l-aktar offerta vantaġġuża, sabiex jiġi ffirmat il-kuntratt.

Tender ‘Transport of Enemalta Articles From Stores To Site Of Works Gozo/ Comino’

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li t-tender 'Transport of Enemalta Articles From Stores To Site Of Works Gozo/ Comino' ġiet ikkanċellata? Jista’ jgħid x’ħa jiġri minn issa ’il quddiem rigward din it-tender? Jista’ jgħid min kien u min fil-preżent qed joffri dan is-servizz, kif intgħażel u kemm kien ilu joffri dan is-servizz? Jista' jgħid xi ħlas sar għal dan is-servizz fis-sena 2019 u fis-sena 2020 s’issa?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ż-żewġ offerti li ġew sottomessi kienu għola mill-badġit allokat, għalhekk it-tender ġie kkanċellat f’konformità ma’ klawsola 18.3 (d) tal-General Rules Governing Tenders. Dawk interessati ngħataw l-opportunita li jippreżentaw l-oġġezzjoni tagħhom lill-Public Contract Review Board iżda ma waslet l-ebda oġġezzjoni. Ġie revedut tender ieħor u ser jinħareġ fiż-żmien li ġej. L-informazzjoni l-oħra mitluba hija kummerċjali u kunfidenzjali.