Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #16774 Sitting 380 2020-10-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Artijiet li ser jiġu esproprjati fuq talba tal-Ministeru għal Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid: a. kemm artijiet ġew jew qegħdin fil-proċess li jiġu esproprjati fuq talba mill-Ministeru għal Għawdex, sena b'sena, mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? b. f'liema lokalitajiet f’Għawdex jinsabu l-artijiet esproprjati? u c. l-użu li sar jew ser isir minn kull waħda minn dawn l-artijiet?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Malta Air Travel Ltd – servizz ta’ helicopter

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm, mill-aħħar ta’ Mejju 2019 sal-lum , dwar is-sejħa pubblika li kienet ħarġet mill-Malta Air Travel Ltd (Malta Medair) liema sejħa kienet dwar proposti sabiex jintgħażel operatur li jipprovdi servizz ta’ helicopter bħala air link bejn Malta u Għawdex?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill Onorevoli interpellant illi s-sejħa saret f’20 ta’ Mejju ta’ l 2019 u kienet tgħalaq fit 18 ta’ Ġunju 2019. Kien hemm 14 il-kumpanija/individwi li wrew interess u talbu kopja tad- dokumenti relatati u wara firmaw Non-Disclosure Agreement formali. Finalment kienet kumpanija waħda li ssotometiet proposta kompluta fiż-żmien u t-termini stabiliti. Il-kuntratt ma din il-kumpanija ma sarx minħabba raġunijiet li l-kumpanija ie Malta Air Travel Ltd ma kelliex kontrol fuqhom.

Proġetti u programmi/inizjattivi kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar il-proġetti u programmi/inizjattivi kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea li bħalissa għaddej ix-xogħol fuqhom jew għadhom għaddejjin? Jista' jagħti l-valur totali, għal kull proġett jew programm/inizjattiva, ta’ kemm se jiġi jiswa u kemm minnu hu kofinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea? Jista' jgħid meta hu maħsub (xahar u sena) li jispiċċa kull proġett jew programm/inizjattiva?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Network Ten-T – toroq kofinanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema toroq li jaqgħu fin-network tat-Ten-T u li jistgħu jiġu kofinanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea fadal isiru f'Malta? Fuq liema minn dawn it-toroq inbeda x-xogħol (anke jekk ta' preparazzjoni ta' tenders)? Meta hu ppjanat li jsiru dawn it-toroq li fadal f'din in-network?

Response (BORG, IAN)

B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16777, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ listi ta’ toroq (waħda f’Malta u l-oħra f’Għawdex) li jaqgħu fin-network tat-Ten-T, liema toroq fadal x’isiru. Il-kumplament tal-informazzjoni mitluba ser tinġabar u tingħata fiż-żmien li ġej.
Leg 13 PQ #16778 Sitting 380 2020-10-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Għajnsielem – studenti li attendew korsijiet fl-iskola tal-Arti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-istudenti li attendew korsijiet fl-Iskola tal-Arti f'Għajnsielem matul is-sena skolastika 2019/2020 u kemm huwa n-numru tal-istudenti li bdew korsijiet fis-sena skolastika 2020/2021?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li f’Għajnsielem ma hemmx Skola tal-Arti iżda Ċentru għat-Tagħlim tul il-Ħajja inkluż crafts courses. Sitt snin ilu l-iskola tal-Arti li kien hemm f’Għajnsielem ingħaqdet mal-Iskola tal-Arti Viżiva u Performattiva fix-Xewkija. F’dan il-kumpless, li jagħmel parti mill-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli, jiġu offruti studji fl-Arti (pittura, skultura, inċiżjoni, eċċ), iżda wkoll tagħlim fil-Mużika inkluż dik performattiva flimkien ma’ studji fid-Drama u Danza. Fis-sena skolastika 2019-2020 kien hemm reġistrati 465 studenti għal xi kors fid-dixxiplina tal-Arti biss, waqt li għas-sena skolastika 2020-2021 irreġistraw 443 studenti.
Leg 13 PQ #16793 Sitting 380 2020-10-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għalliema u LSE's Għawdxin — sussidju għat-trasport

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex għalliema u LSE's Għawdxin li jaħdmu mal-Gvern fi skejjel f'Malta jieħdu sussidju għat-trasport kollettiv ta' madwar €525 fis-sena filwaqt li għalliema u LSE's Għawdxin li jaħdmu fi skejjel tal-Knisja jew skejjel privati f'Malta qed jieħdu ħafna inqas minn dak l-ammont? Jista' jagħti spjegazzjoni ta' din id-differenza? Jista' jgħid jekk iħossx li din hija diskriminazzjoni ma' dawk l-għalliema u LSE's Għawdxin li jaħdmu fi skejjel tal-Knisja u privati f'Malta?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn din is-sena, hekk kif ħabbart fit-30 t’April li għadda, l-għalliema u LSEs Għawdxin li jaħdmu mal-Gvern u mal-Privat se jibdew jieħdu l-istess ammont, propju dak ta’ €525. B’hekk il-gvern wettaq wegħda oħra tal-Baġit għas-sena 2020 li tgħid, “Wara s-suċċess tal-pakkett li daħħalna s-sena l-oħra għall-ħaddiema u għall-istudenti Għawdxin li jaħdmu u jistudjaw f’Malta, is-sena d-dieħla se nkomplu nestenduh”. Se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Press Release.
Leg 13 PQ #16751 Sitting 379 2020-10-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Tender for the civil and finishes works to construct New Gozo Aquatic Center

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender'CT2141/2019 Tender for the civil and finishes works to construct New Gozo Aquatic Center Adjacent and Integrated to the Existing Sports Complex in Gozo' li għalqet fl-10 ta' Dicembru 2019 u jgħid minn min hu ffurmat il-Konsorzju (isem tal-kumpaniji jew individwi) li rebaħ din it-tender?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol b’rabta ma’ dan il-kuntratt inbeda. It-tender intrebaħ minn Poliexcel Construction Consortium li hu magħmul minn Excel System Construction Malta Limited u Polidano Brothers.
Leg 13 PQ #16768 Sitting 379 2020-10-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel Holdings Company Ltd u Gozo Channel Operations — accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-accounts ta’ dawn l-aħħar tliet snin tal-kumpanija Gozo Channel Holdings Company Ltd u Gozo Channel Operations Ltd u l-kumpaniji l-oħra kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpallant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-accounts awditaji tal-kumpanija Gozo Channel (Operations) Ltd f’dak li jirrigwardja s-snin 2017 u 2018. L-accounts tal-kumpanija Gozo Channel (Operations) Ltd għas-sena 2019 għadhom ma humiex iffinalizzati. Min-naħa l-oħra, il-kumpanija Gozo Channel (Holding) Ltd ma taqax taħt il-Ministeru għal Għawdex.

Fondi Ewropej f’Għawdex – nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14627 u jgħid kemm kienet in-nefqa kollha ta' Fondi Ewropej f'Għawdex mis-sena 2013 sal-lum? Jista' jgħid kemm flus tħallsu s'issa minn din in-nefqa? Jista' jagħti dan it-tagħrif skont in-natura tal-investiment, pereżempju investiment produttiv, infrastruttura u soċjal u jgħid x'inhuma l-proġetti f'kull każ u jagħti n-numru ta' referenza ta' kull proġett? Jista' jagħti dan l-investiment bħala persentaġġ tan-nefqa kollha f'Malta ta' Fondi Ewropej għall-istess oqsma ta' investiment?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill Onorevoli interpellant li nefqa li intefqet minn Fondi Ewropej f’Għawdex mis-sena 2013 l’hawn (Ottubru 2020) tammonta għal €98.67M, maqsumha kif mitlubha fi tliet kategoriji: % Spi¿a fuq Għawdex għal kull kategorija Socjali % Produttiv % Infrastruttura % 16,318,756.92 11% 1,782,151.15 5.3% 80,560,383.57 12% Dawn il flus kollha tħallsu.
Leg 13 PQ #16771 Sitting 379 2020-10-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Il-Qala — Triq iż-Żewwieqa - xogħlijiet

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 14699, jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol li sar fuq Triq iż-Żewwieqa fil-Qala, Għawdex? Jista' jgħid liema Perit (isem u kunjom) iċċertifika x-xogħol u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taċ-ċertifikati maħruġa? Jista' jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol fuq il-ħitan tas-sejjiegħ f'din it-triq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol li sar fi Triq iż-Żewwieqa ġie jiswa is-somma ta’ €345,082.15 (incl VAT). Ix-xogħol ġie ċċertifikat minn rappreżentant tal-Ministeru għal Għawdex.
Leg 13 PQ #16772 Sitting 379 2020-10-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Marsalforn – xogħlijiet fuq il-Promenade u l-Waterfront

Question

B’referenza għax-xogħlijiet li nbdew f'dawn l-aħħar ġranet fuq il-Promenade u l-Waterfront ta' Marsalforn, jista’ l-Ministru jgħid hux ħa jinbidlu xi affarijiet mill-Master Plan li kien approvat mill-Planning Authority f'Diċembru 2017? Jista’ jgħid jekk il-materjal tal-pavimentar li kien hemm fit-tender 'CT2199/2019 - Negotiated Procedure for the Paving and Embellishment Works at Marsalforn Promenade, Marsalforn, Gozo' hux ħa jinbidel xi parti minnu jew kollu u jsir materjal differenti u ta' kwalità oħra?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-materjal li se jintuża għall-kumplament tal-promenade se jkun l-istess bħal dak li tpoġġa fl-ewwel fażi tal-istess proġett, iġifieri porfido għaż-żona pedonali u lava għall-karreġjati. B’hekk, l-unika tibdil li se jkun hemm minn dak li kien approvat huwa il-materjal. Dan it-tibdil sar mhux biss għal raġuni ta’ estetika imma ukoll minħabba l-fatt li l-elementi kienu se jħallu ferm aktar deterjorazzjoni kieku intużaw il-concrete slabs, kif gie approvat oriġinarjament fil-masterplan. Ta’ min jirrimarka li għalkemm intuża l-materjal porfido paving minflokk dak tal- concrete slabs , il-prezz kien l-istess wieħed li hemm mniżżel fil-kuntratt. B’hekk żammejna l-istess spiża filwaqt li intuża materjal ta’ kwalita superjuri.
Leg 13 PQ #16773 Sitting 379 2020-10-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Master Plan għall-Gozo Experimental Farm u proġett tal-Petting Farm

Question

B'referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet li saret f'Jannar 2018 rigward il-Master Plan għall-Gozo Experimental Farm u l-proġett tal-Petting Farm u faċilitajiet ġodda għall-SPCA u l-Animal Welfare, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-permessi meħtieġa min-naħa tal-Planning Authority u l-ERA u jgħid fiex waslu dawn il-proġetti u jekk tlestewx, u jekk le x'inhuma r-raġunijiet li għadhom ma tlestewx? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa globali fuq dawn il-Proġetti?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpallant li l-applikazzjoni ta’ dan il-masterplan kienet sottomessa f’Novembru tal-2019. Din l-applikazzjoni għadha fi stadju ta’ screening. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra id-drawings ta’ dan il-proġett.

Kumpanija – ħaddiema impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati full-time mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u x’inhi l-kariga u l-grad ta’ kull persuna? Jista’ jgħid kemm minnhom huma professjonisti u x’inhi l-professjoni ta’ kull persuna?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm tmien (8) impjegati mal-kumpanija msemmija. Dawn l-impjegati jokkupaw il-karigi ta’ CEO, Senior Managers u Co-ordinators. Dawn l-impjegati għandhom kollha degree universitarja, fosthom tnejn (2) minnhom li għandhom kwalifika ta’ Masters.

MFSA – multi amministrattivi, penali jew sanzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) imponietx xi forma ta’ multa amministrattiva, penali jew xi forma oħra ta’ sanzjoni, mill-2017 s’issa? Jekk iva, jista’, f’kull każ, isemmi kemm kienet il-penali jew multa amministrattiva jew inkella fiex kienet tikkonsisti s-sanzjoni, u jekk kienx hemm kontestazzjoni? Fejn kien hemm kontestazzjoni, jista’ jgħid quddiem liema forum aġġudikattiva saret il-kontestazzjoni u f’kull każ x’kien l-eżitu tal-proċeduri ta’ kontestazzjoni, jew jekk għadhom pendenti, f’liema stadju waslu?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

NGO – spazju fl-uffiċċju

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Kunsill Lokali jistax jagħti spazju fl-uffiċċji tiegħu jew fi proprjetà tiegħu jew amministrata minnu lil xi NGO biex din tintuża għal żmien temporanju mill-istess NGO? Jista' jikkonferma jekk biex isir dan, għandux bżonn ikun hemm bye-law jew tista' ssir b'deċiżjoni tal-Kunsill Lokali?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra

Kunsill Lokali tax-Xewkija – servizz mill-uffiċjali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jerġa’ jibda jingħata s-servizz mill-uffiċjali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali fl-uffiċċju tal-Kunsill Lokali tax-Xewkija bħala servizz għar-residenti tax-Xewkija, liema servizz kien jingħata sa ftit tax-xhur ilu u twaqqaf u meta dan twaqqaf ħoloq inkonvenjent lil ħafna residenti tax-Xewkija speċjalment anzjani? Jista' jgħid meta se terġa’ tibda l-faċilità fl-istess Kunsill Lokali li jkunu jistgħu jitħallsu l-kontijiet tad-dawl u ilma liema faċilità kienet tingħata sa ftit tax-xhur ilu u twaqqfet għad-detriment ta' diversi residenti tax-Xewkija li kienu jagħmlu użu minnha?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tax-Xewkija li s-servizz mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali ma twaqqafx imma qed jitħaddem by appointment. Huwa l-Kunsill Lokali stess li jikkomunika mad-Dipartiment għall-appuntamenti,u dawn jiġu mgħoddijja lill-klijenti tas-servizz, li mbagħad ikunu jistgħu jinqdew mill-binja tal-Kunsill. Ninsab infurmat ukoll li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma ma kienux jiġu mħallsa fil-Kunsill Lokali, imma fiċ-Ċentru LEAP fix-Xewkija stess. Bħalissa hemm ħaddiema tal-ARMS li qed jaqdu lir-residenti għall-ħlas tal-kontijiet, li qed jaħdmu skont l-iskeda taċ-Ċentru.
Leg 13 PQ #16688 Sitting 378 2020-10-26 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

In-Nadur – Triq l-Imġarr – konferenza tal-aħbarijiet

Question

B'referenza għall-konferenza li ngħatat live fuq il-MaltaGov fis-17 ta' April 2019 u ngħatat importanza wkoll fuq il-mezzi tax-Xandir, rigward il-bini mill-ġdid ta' Triq Imġarr fin-Nadur Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid x'irwol għad għandom il-persuni li indirizzaw din il-konferenza fosthom Perit - Geotechnical Engineer u persuni oħra li kienu preżenti għal din il-Press Conference u li fosthom kien hemm nies tekniċi bħal Perit min-naħa tal-Ministeru għal Għawdex kif ukoll Assistent Direttur?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol tal-Ministeru, inkluz ix-xogħol fuq proġetti, jitqassam bejn l-ufficjali skont l-esiġenzi.
Leg 13 PQ #16689 Sitting 378 2020-10-26 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – tenders, direct orders u quotations għall-manutenzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15173 u jgħid kemm-il tender/direct order/quotation ħarġet mit-8 ta' Marzu 2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari mill-Ministeru għal Għawdex għal xogħol ta' air-conditioning u manutenzjoni tagħhom, fejn twaħħlu, min tefa' t-tenders, jekk hux b’quotation jew ingħatat direct order u l-ammont? Jista' jindika min ħa t-tender, u jekk hux b’quotation jew b’direct order?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #16667 Sitting 377 2020-10-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – entitajiet – ingaġġ ta’ ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ddaħħlet taħdem taħt l-entitajiet u d-direttorati li jaqgħu taħtu, kemm impjegati direttament kif ukoll impjegati tramite kuntratturi jew direct order li joffru servizz b'effett minn Jannar 2020 sal-lum? Jista' jagħti break down mil-liema lokalitajiet huma dawn il-persuni li ġew ingaġġati? Jista' jgħid f'kull każ x'inhu l-grad jew job description ta' dik il-persuna li ġiet ingaġġata?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #16668 Sitting 377 2020-10-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Tender for the reinforcing and resurfacing of road leading to Blue Lagoon Bay — Comino

Question

B' referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16538 rigward it-tender li ħarġet fid-9 ta' Ġunju 2020 'MGOZ/MPU T 56/2020 Tender for the reinforcing and resurfacing of road leading to Blue Lagoon Bay - Comino', fejn ingħad li x-xogħol ħa jibda fil-ġimgħat li ġejjin, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permessi min-naħa tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) u tal-Awtorità tal-Ippjanar (PA) biex isir dan ix-xogħol li hu rikjest minn din it-tender?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti relevanti ma' dan il-permess.