Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tender 'IM026/2020 Establishment of a Dynamic Purchasing System to carry out Construction, Refurbishment and/or Upgrading works on Marine and Coastal Infrastructure along the Maltese Islands' Coast obo IM'

Question

Jista’ l-Ministru jispjega u jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender 'IM026/2020 Establishment of a Dynamic Purchasing System to carry out Construction, Refurbishment and/or Upgrading works on Marine and Coastal Infrastructure along the Maltese Islands' Coast obo IM' u jgħid xi proġetti hemm ippjanati li jsiru u x’valur għandhom ġewwa Għawdex u Malta permezz ta’ din l-imsemmija tender?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li Infrastructure Malta twaqqfet sabiex twettaq il-pjan fit-tul tal-Gvern li pajjiżna jagħmel qabża kbira ’l quddiem fil-kwalità tal-infrastruttura ewlenija tal-pajjiż. Dan l-impenn ma jinkludix biss it-titjib tas-sistemi tat-toroq, iżda wkoll l-infrastruttura marittima fi xtutna. Fil-bidu tal-2019 l-aġenzija ħadet f’idejha wkoll it-tmexxija tal-ħidma infrastrutturali li kienet twettaq Transport Malta fil-portijiet u x-xtut f’Malta u Għawdex. Fost ix-xogħlijiet li qed twettaq fil-qasam marittimu, Infrastructure Malta bħalissa għaddejja bil-proġett ta’ titjib tal-faċilitajiet tas-sajjieda Għawdxin fil-Port tal-Imġarr, bil-bini ta’ breakwater ġdid fil-Ponta tal-Qrejten Marsaxlokk, tiswijiet ta’ strutturi u bini mill-ġdid ta’ mollijiet f’Wied il-Għajn, fil-Bajja ta’ San Tumas u ċ-Ċirkewwa, kif ukoll bini ta’ faċilitajiet ġodda għat-trasport bil-lanċa f’Tas-Sliema u Bormla. Il-kunċett ta’ Dynamic Purchasing System hu li jkun hawn numru ta’ kuntratturi li jirreġistraw l-interess tagħhom biex jaghmlu xogħol ta’ strutturi tal-baħar. Meta jkun hemm bżonn li jsir proġett ta’ din ix-xorta, issir dik li tissejjaħ ‘specific call’ bejn dawn il-kuntratturi li jkunu rreġistraw u għaddew mill-ewwel fażi ta’ evalwazzjoni dik li tissejjaħ Amministrattiva. Il-kuntrattur li jagħti l-orħos offerta jingħata x-xogħol. Din it-tip ta’ sejħa għall-offerti hi waħda ġenerika u mhix marbuta ma’ proġett/i partikolari. Dan il-mudell ta’ ‘procurement’ jintuża biex jagħti l-flessibbiltà li meta tinqala’ biċċa xogħol ikun hemm parti mix-xogħol relatat mas-sejħa għall-offerti diġà lest u tiffaċilita l-proċess tal-għażla tal-kuntrattur. Din il-proċedura toħroġ mill-Public Procurement Regulations u hija approvata wkoll mid-Direttur Ġenerali tal-Kuntratti. Xogħlijiet li jistgħu jsiru b’dan it-tip ta’ sejħa għall-offerti jinkludu bini u/jew tiswija ta’ mollijiet, breakwaters, skali u strutturi oħrajn madwar il-kosta Maltija. Sistemi ta’ akkwist bħal dawn jgħinu lil Infrastructure Malta twieġeb b’aktar ħeffa għall-ħtiġijiet infrastrutturali ta’ diversi setturi marittimi, speċjalment f’każi ta’ ħsarat ikkaġunati minn maltemp jew kawżi oħrajn mhux mistennija, u li minbarra li joħolqu perikli pubbliċi, jxekklu l-ħajja soċjali u ekonomika tal-inħawi konċernati.
Leg 13 PQ #17107 Sitting 397 2020-11-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Tender 'CT2281/2019 — Tender to Finish, Furnish, Equip, Operate, Manage, Maintain and Transfer Back Dar San Guzepp, Ghajnsielem, Gozo as a Long Term Care Facility for Elderly with Environmental Friendly items'

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender 'CT2281/2019 - Tender to Finish, Furnish, Equip, Operate, Manage, Maintain and Transfer Back Dar San Guzepp, Ghajnsielem, Gozo as a Long Term Care Facility for Elderly with Environmental Friendly items' u jgħid biex wasal il-proċess beix din l-imsemmija tender tiġi awarded?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tender qiegħed fi stadju ta’ evalwazzjoni.

Tender 'Works Tender for the Upgrading of the Former Qortin Landfill, in Xagħra, Gozo [CT2022/2019]'

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender 'Works Tender for the Upgrading of the Former Qortin Landfill, in Xagħra, Gozo [CT2022/2019]' u jgħid fiex wasal il-proċess biex din l-imsemmija tender tiġi awarded u jinbeda x-xogħol rikjest minn din l-imsemmija tender? Jista’ jgħid ukoll meta hu maħsub (sena u xahar) li dan is-sit jinfetaħ bħala park għall-familji kif imwiegħed mill-Gvern?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 14174.
Leg 13 PQ #16960 Sitting 395 2020-11-06 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Permessi maħruġa lill-ħaddiema Torok biex jaħdmu fil-Gżejjer Maltin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw permessi lill-ħaddiema ta’ Nazzjonalità Torka biex jiġu jaħdmu fil-Gżejjer Maltin, xahar b'xahar minn Ġunju 2017 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu rġiel u kemm minnhom kienu nisa u l-etajiet tagħhom u għal kemm żmien ingħataw permess biex ikunu jistgħu jaħdmu Malta? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn iħallsu l-kontribuzzjonijiet tan-National Insurance u Income Tax hawn Malta?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif muri fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. L-informazzjoni tinkludi biss permessi lill-ħaddiema ta’ nazzjonalità Torka maħruġa minn Jobsplus. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lil entità kkonċernata.
Leg 13 PQ #16961 Sitting 395 2020-11-06 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Tender — 'MGOZ/MPU T37/2020 – Framework Agreement for the Delivery, Hiring, Set Up and Dismantling of Tents to be used in Various Events in Gozo (LOT 5)'

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender 'MGOZ/MPU T37/2020 – Framework Agreement for the Delivery, Hiring, Set Up and Dismantling of Tents to be used in Various Events in Gozo (LOT 5)' u jgħid fiex wasal il-proċess biex din l-imsemmija tender tiġi awarded?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-offerti ta’ Lot 5 qed jiġu evalwati skont sentenza 1504 maħruga mill-PCRB nhar is-27 ta’ Ottubru 2020.
Leg 13 PQ #16962 Sitting 395 2020-11-06 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Bordijiet u Kumitati

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-Bordijiet u Kumitati kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex? Jista' jgħid f'kull każ min kienu l-membri ta' kull bord jew kumitat sal-aħħar ta' Diċembru 2019 u min huma l-membri ta' kull bord jew kumitat fid-data li titwieġeb din il-mistoqsija?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 16565 li għamel hu stess ftit tal-ġimgħat ilu. Fir-rigward tas-sena 2019, qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 13 PQ #16996 Sitting 395 2020-11-06 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – ħaddiema ssekondati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm u hemm ħaddiema seconded jew ġew on loan mal-Ministeru għal Għawdex, sena b'sena u xahar b’xahar mill-1 ta' Ġunju 2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid x'tip ta’ xogħol qed jagħmlu mal-Ministeru għal Għawdex? Jista’ jgħid x'kien ix-xogħol tagħhom (il-grad jew job description) liema Ministeru, entità, awtorità, korporazzjoni aġenzija jew kumpanija tal-Gvern kienu jaħdmu qabel ġew seconded jew ġew on loan mal-Ministeru għal Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #16997 Sitting 395 2020-11-06 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – ħaddiema taħt il-Community Scheme Workers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm ħaddiema tal-Iskema (Community Scheme Workers) fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex? Jista’ jgħid taħt liema Direttorat jiffurmaw parti dawn il-ħaddiema, kif ukoll jgħid x'inhu xogħolhom, kif ukoll jgħid x'korsijiet sarulhom sa issa lil dawn il-ħaddiema u x'korsijiet hemm ippjanati li jsirilhom matul is-sena 2021 mill-Ministeru għal Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Torri tal-Qbajjar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 16592 u 15475 li oriġinarjament saru lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġew riferuti lilu u jgħid x’inhi l-pożizzjoni tal-Ministeru tiegħu fuq it-Torri tal-Qbajjar li jinsab fi stat ħażin ħafna u fil-periklu imminenti li jiġġarraf? Ma jaħsibx il-Ministru li għandha ssir xi ħaġa mmedjata biex dan il-bini storiku ma jiġġarrafx?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fuq informazzjoni li ġbarna, din il-mistoqsija għandha tiġi riferuta lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali.
Leg 13 PQ #16951 Sitting 393 2020-11-05 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

In-Nadur Għawdex – Triq l-Imġarr – studju u testijiet

Question

B'referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet li saret mill-Ministeru għal Għawdex fit-18 ta' April 2019 fi Triq l-Imġarr fin-Nadur Għawdex, tenut kont tal-fatt li f'din il-konferenza kien hemm preżenti fost l-oħrajn l-ex Ministru għal Għawdex, nies tekniċi mill-Ministeru għal Għawdex kif ukoll il-perit/Geotechnical Engineer li tqabbdu flimkien ma' esperti barranin biex jagħmlu l-istudji u testijiet meħtieġa bħala testijiet fuq il-kwalità tat-tafal u testijiet oħra u jħejju l-pjanti u d-disinni meħtieġa ta' xogħol li hemm bżonn issir f'din it-triq, jista' l-Ministru jgħid x'ħejjew dawn in-nies (pjanti/disinni) li kienu preżenti għall-konferenza tal-aħbarijiet u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha, kif ukoll id-dati meta tħejjew dawn l-istudji/pjanti/disinni tax-xogħol li għandu jsir f'din it-triq? Jista’ jgħid kemm tħallsu dawn il-ditti u n-nies tekniċi kemm barranin kif ukoll lokali? Jista’ jikkonferma jekk il-Ministeru għal Għawdex għadux juża s-servizzi ta’ dawn id-ditti u n-nies tekniċi kemm barranin kif ukoll lokali u jekk hux qiegħed juża l-pjanti u disinni tagħhom fuq dan il-proġett?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Il-Qala — L-Istitut għat-Turiżmu - studenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm studenti li qed jattendu għall-korsijiet full-time u part-time fl-Istitut għat-Turiżmu fil-Qala, Għawdex? Tista' tgħid liema korsijiet qed isegwu? Tista' tgħid kemm kienet l-ispiża totali sa issa ta' dan l-Istitut fis-sena 2020?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm 68 student li qed jattendu għall-korsijiet fl-Istitut għat-Turiżmu f’Għawdex. Dawn qed isegwu: · Climate Travel – 43 student; · Diving (f/t) – 15-il-student; · Foundation - 5 studenti; · Certificate in Food Preparation and Service – 5 studenti. L-ispiża s’issa fuq il-kampus ta’ Għawdex tammonta għal €229,632. Hemm ukoll 35 student Għawdxi li qegħdin jistudjaw fil-kampus ta’ Malta.

Allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni dwar bini ta’ toroq f’Għawdex – inkjesta mill-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-investigazzjonijiet min-naħa tal-Pulizija dwar allegazzjonijiet li ħarġu f'Lulju 2017 dwar korruzzjoni jew nuqqasijiet oħra fil-bini ta’ toroq f'Għawdex ġietx konkluża? Jekk ġiet konkluża x'passi ttieħdu? Jekk ma ġietx konkluża fejn waslu dawn l-investigazzjonijiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi dan il-kaz għadu suġġett ta' inkjesta Maġisterjali u li l-investigazzjonijiet dwaru għadhom għaddejjin

Korp tal-Pulizija u Forzi Armati– Membri li huma Għawdxin u stazzjonati f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija u fil-Forzi Armati li huma Għawdxin (jirrisjedu Għawdex) u li huma stazzjonati ġewwa Malta?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi sa l-aħħar ta’ Ottubru ta’ din is-sena n-numru ta’ membri Għawdxin fil-Korp tal-Pulizija li huma rregistrati li jirrisjedu f’Għawdex skont ir-Reġistri tal-Korp, u li huma stazzjonati ġewwa Malta huwa ta’ mija u disgha u tletin (139) uffiċjal. Fil-Forzi Armati ta’ Malta dawk li huma rreġistrati li jirrisjedu f’Għawdex skont ir-Reġistri tal-Armata u li huma stazzjonati ġewwa Malta huwa ta’ mija u tlieta u sittin (163) uffiċjal.

Awtorità tal-Ippjanar – permessi maħruġa għall-żvilupp f’Outside Development Zone f’Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jippreżenta lista ta' kemm l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet permessi ta' żvilupp f'żoni li mhux ta’ żvilupp jew kif magħrufa aħjar bħala 'Outside Development Zone' f'Għawdex mill-14 ta' Lulju 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista' jindika wkoll il-lokalitajiet u x'tip ta’ żvilupp ġie approvat?

Response (FARRUGIA, AARON)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet pendenti għall-żvilupp fuq Outside Development Zone f’Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jippreżenta lista ta' kemm l-Awtorità tal-Ippjanar għandha applikazzjonijiet pendenti ta' żvilupp fiż-żona li mhux ta’ żvilupp jew kif magħrufa aħjar bħala 'Outside Development Zone' f'Għawdex? Jista' jindika wkoll il-lokalitajiet u x'tip ta’ żvilupp qed jiġi propost?

Response (FARRUGIA, AARON)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

In-Nadur Għawdex – tender

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender ‘Trenching Works for a New Substation at Triq it-Torri ta’ Kenuna Nadur Gozo (CfT CA Unique: TD-T-3540-2020) u jgħid fiex wasal il-proċess biex din l-imsemmija tender tiġi awarded u jinbeda x-xogħol meħtieġ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tender imsemmi ser jaqa’ peress li x-xogħlijiet relatati ma’ din is-substation se jsiru mill-Ministeru għal Għawdex.
Leg 13 PQ #16946 Sitting 390 2020-11-04 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Ir-Rabat - Triq Santa Dminka - tender

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13030 li ngħatat fl-10 ta’ Marzu 2020, fejn intqal li x-xogħlijiet infrastrutturali fuq parti mit-Triq Santa Dminka fir-Rabat Għawdex kellu jinbeda ‘fix-xhur li ġejjin’, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-raġunijiet li għaddew iktar minn seba’ xhur u għadu ma sar xejn? Jista’ jgħid fil-konkret meta hu ppjanat (xahar u sena) li jinbeda u jitlesta dan ix-xogħol?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol f’din it-triq se jsir skont skeda ta’ prijoritajiet amministrata mill-Ministeru għal Għawdex.
Leg 13 PQ #16947 Sitting 390 2020-11-04 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Proġett ta’ triq ġdida bejn il-port tal-Imġarr Għawdex u Triq il-Madonna ta’ Lourdes f’Għajnsielem

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 12965 li ngħatat fit-12 ta' Frar 2020, jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-proġett propost fil-Baġit 2019 għal triq ġdida bejn il-Port tal-Imġarr Għawdex u Triq il-Madonna ta' Lourdes f'Għajnsielem u jgħid fil-konkret x'sar sa issa u jgħid x'hemm ippjanat li jsir fil-ġimgħat li ġejjin? Jista’ jgħid kemm-il siegħa xogħol għamel il-perit inkarigat minn dan il-proġett s’issa u jgħid kemm tħallas għax-xogħol li diġà għamel? Jista’ jgħid jekk sarux xi laqgħat ta' konsultazzjoni u informazzjoni għall-stakeholders u għall-persuni jew sidien ta' art li ser jintlaqtu minn dan il-proġett? Jista’ jgħid fiex waslu l-konsultazzjonijiet mal-ERA biex eventwalment ikunu jistgħu jibdew it-testijiet ġeoloġiċi meħtieġa? Jista’ jgħid jekk ġewx evalwati u kkunsidrat l-impatt ambjentali sabiex tkun tista’ tittieħed deċiżjoni finali rigward din it-triq u jekk iva x' kienu l-konklużjonijiet u x'deċiżjoni ttieħdet?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejjin bl-istudji meħtieġa. Id-ditta tal-Periti ħadmet 1182 siegħa u tħallset is-somma ta’ €29,550 (excl VAT).
Leg 13 PQ #16948 Sitting 390 2020-11-04 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Iċ-Ċittadella – Latrini Pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-lattrini pubbliċi li jinsabu ġewwa ċ-Ċittadella u li ilhom għal dawn l-aħħar xhur magħluqa u jgħid f’liema xahar u sena huma ippjanati li jerġgħu jinfetħu għall-pubbliku?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-latrini pubbliċi li jinsabu qrib id-daħla l-qadima taċ-Ċittadella, issa ġew amalgamati f’waħda ikbar biex il-faċilita’ msemmija ssir aċċessibbli għal persuni bi bżonnijiet speċjali. Matul l-aħħar xhur saru xogħlijiet estensivi, fejn fost l-oħrajn sar tibdil komplet tas-saqaf peress li dak eżistenti kien sar ta’ periklu għall-pubbliku. Din il-latrina pubblika ser tinfetaħ għall-pubbliku dan ix-xahar.
Leg 13 PQ #16949 Sitting 390 2020-11-04 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – ħaddiema ingaġġati bħala skrivana

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni ingaġġati bl-iskemi u ngħataw xogħol ta' skrivana f'diversi dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex? Jista’ jikkonferma li dawn iddaħħlu bl-iskema bla ebda eżami u bi ftit kwalifiċi? Jista’ jgħid jekk il-persuni ingaġġati fuq skema u qed jagħmlu xogħol klerikali humiex kollha jagħmlu xogħol temporanju? Jista’ jgħid kemm hemm minnhom qed jagħmlu xogħol klerikali li hu permanenti? Jista’ jgħid jekk fil-futur qarib hemmx ippjanati li jiġu ingaġġati iktar persuni bl-iskema li jagħmlu xogħol klerikali ġewwa l-Ministeru għal Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.