Legislature:
Category:
Reset
Active:

Proġett tal-Victoria Park – Parkeġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ser ikunu jistgħu jipparkjaw karozzi fil-parkeġġ il-kbir preżenti ta’ ħdejn Villa Rundle, issa li ġie mħabbar li s-sena d-dieħla ser jinbeda x-xogħol fuq il-proġett tal-Victoria Park?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bil-proġetti tal-Victoria Parks u ta’ Pjazza Assedju l-Kbir, il-parkeġġ fiċ-centru tar-Rabat se jammonta għal tal-inqas 600 parkeġġ. Dan filwaqt li l- l-livell terran se jinbidel fi spazji miftuħa ħodor għal familji.

Marsalforn - Tindif ta’ wied

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31397 fl-intier tagħha u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Commencement Notice u s-Summary Responsibility Form relatati max-xogħlijiet ta’ tindif fil-Wied ta’ Marsalforn, fiż-żona magħrufa bħala Ta’ Kittina, li nbeda f’dawn l-aħħar ġimgħat?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-Commencement Notice u s-siteplan ta’ fejn saru ix-xogħlijiet. Is- summary responsibility form hija online form li timtela fuq il-portal tal-BCA.

2025-2026 – LSEs u għalliema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm LSEs u għalliema tal-Kindergarten, tal-Primarja u tas-Sekondarja li fis-sena skolastika 2024-2025 kienu jaħdmu Malta u f’din is-sena skolastika 2025-2026 bdew jaħdmu f’Għawdex? Jista’ jgħid ukoll f’liema skola dawn qed jaħdmu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; School Seniority Medical / confinement Total TEACHER LSE TEACHER KGE LSE Gozo College 5 4 5 4 1 19 Għajnsielem Primary 1 1 MAVC Gozo VPA 1 1 2 Qala Primary 1 1 Sannat Special Unit 1 1 Victoria MS 2 3 2 7 Victoria Sec 3 3 Total 8 7 11 4 4 34

CfT: CT2108/2021 - Services Tender for the Administration of the Community Work Scheme including Training Services

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31278 rigward is-sejħa CfT: CT2108/2021 - Services Tender for the Administration of the Community Work Scheme including Training Services, jista’ l-Ministru jgħid ma’ liema Ministeru huma assenjati d-991 ħaddiem ġewwa Għawdex u Malta?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-informazzjoni ser tkun provduta f'seduta oħra.

Birkirkara - Villa Lauri - Proġett

Question

Birkirkara - Villa Lauri - Proġett Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-proġett ta’ Villa Lauri f’Birkirkara? Jista’ jgħid ukoll: i.     Meta hu ppjanat li jitlesta x-xogħol kollu fuq din il-binja biex tibda tintuża? ii.    Kemm kien il-fond allokat għal din il-binja fil-baġit għas-sena 2025 u kemm intefqu minnhom sa issa? iii.   Kemm hi stmata li se tkun l-ispiża globali fuq din il-binja biex tibda tintuża?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fuq il-binja Villa Lauri tlesta u fil-ġimgħat li ġejjin se tiġi installata l-għamara.  Id-dettalji dwar l-ispiża globali jinsabu fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra. Dawn l-ispejjeż – hekk kif indikdati – jkopru t-tenders segwenti: Civil Works tender - CT2253/2019, Finishing Works tender - CT2205/2021 u Kitchen, Kitchenettes and Laundry tender - SPD3/2023/003.

Għawdex - Skejjel tal-Gvern - Livell primarju u kindergarten

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ tfal li bħalissa qed jattendu l-iskejjel tal-Gvern fil-livell primarju u kindergarten f’Għawdex, maqsuma skola skola, u kemm minnhom huma barranin? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ tfal li bdew jattendu f’dawn l-iskejjel, fil-bidu ta’ din is-sena skolastika u kemm minnhom huma barranin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel imsemmija t’Għawdex hemm total ta’ 1,855 student.

Għawdex - Għalliema u LSEs tal-Kindergarten, tal-Primarja u tas-Sekondarja

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31031, jista’ l-Ministru jgħid kemm mis-724 għalliema u LSEs tal-Kindergarten, tal-Primarja u tas-Sekondarja bdew jaħdmu f’Għawdex fis-sena skolastika 2025-2026 u jaqsam din l-informazzjoni skola skola u skont il-kategoriji rispettivi tagħhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għas-sigurta u l-privatezza tal-individwi m’għandix xi nżid ma dak li diġa weġibt għall-mistoqsija parlamentari 31031.

SPD3/2022/065, CFT Title ‘Construction, finishing works and commissioning of an e-ticketing project at Ċirkewwa and Mġarr passenger ferry terminals’

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna l-Kamra dwar is-sejħa SPD3/2022/065, CFT Title ‘Construction, finishing works and commissioning of an e-ticketing project at Ċirkewwa and Mġarr passenger ferry terminals’ u kemm ġie awarded dan it-tender? Jista’ jgħid ukoll meta se jkunu lesti l-affarijiet mitluba minn din is-sejħa u meta se tibda topera s-sistema tal-e-ticketing kollha kemm hi?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tender SPD3/2022/065, CFT Title ‘Construction, finishing works and commissioning of an e-ticketing project at Ċirkewwa and Mġarr passenger ferry terminals ġie awarded għall-valur ta’ €472,137.52 (mingħajr VAT). Fil-preżent, is-sistema tal-e-ticketing qiegħda tintuża regolarment, minn kull min jixtieq jużaha. Fl-istess waqt, bħalissa qiegħed isir xogħol biex tiġi introdotta l-Gozo Channel card. Din il-card għaddejja mit-testijiet tal-UAT u mistennija li tiġi introdotta fil-bidu tas-sena d-dieħla. Bl-introduzzjoni ta’ din ic-card, it-tender - li diġà saret referenza għalih f’din it-tweġiba - jingħalaq.

Għawdex - Impjant tal-Fessej - Ilma tad-drenaġġ

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont ta’ ilma tad-drenaġġ li twassal sal-impjant tal-Fessej f’Għawdex minn Jannar 2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar? Kemm hu maħsub li jkompli jiżdied l-ammont ta’ drenaġġ li jitwassal f’dan l-impjant u kif inhu mistenni li jiġi msaffi u użat dan l-istess drenaġġ matul iż-żmien li ġej? Tista’ tgħid ukoll kemm minn dan id-drenaġġ ġie msaffi u twassal bħala new water, matul l-istess perjodu u f’liema nħawi ntuża dan l-istess ilma tan-new water, u taqsam din l-informazzjoni lokalità b’lokalità?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma trattat id-drenaġġ kollu li wasal għandha u rnexxielha tipproduċi l-ammont kollu ta’ New Water skont il-kapaċità tal-impjant. Dan l-ilma ntuża f’diversi nħawi fil-gżira Għawdxija. Il-Korporazzjoni pubblikat sejħa għall-offerti biex tiġi rduppjata l-figura kemm tat-trattament tad-drenaġġ kif ukoll tal-produzzjoni ta’ New Water.

CT3047/2023 Tender for the structural consolidation and conservation of the aqueduct in Triq Papa Ġwanni Pawlu II, Rabat, Gozo using environmentally friendly measures

Question

Jista’ l-Ministru jagħti aġġornament dwar is-sejħa “CT3047/2023 Tender for the structural consolidation and conservation of the aqueduct in Triq Papa Ġwanni Pawlu II, Rabat, Gozo using environmentally friendly measures”? Jista’ jgħid ukoll x’sar f’dan l-aħħar xahar u kemm qed ikun hemm ħaddiema jaħdmu ta’ kuljum fuq dan il-proġett?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ewwel fażi tal-proġett kienet tikkonsisti fit-tneħħija tas-siġar, arbuxelli u l-bajtar tax-xewk kollha, li matul iż-żmien kibru tul l-istruttura tal-akwadott. Dan il-proċess sar biex il-fdalijiet kollha tal-akwadott jiġu dokumentati. Biex jiġi assigurat li tintilef parti minn din l-istruttura, il-partijiet imwaqqa tal-akwadott ġew stivati fuq pallets. Min-naħa l-oħra, ix-xogħol rigward il-parti ta' ġewwa tal-akwadott issa tlestiet u saru surveys fotogrammetriċi tri-dimensjonali tal-fdalijiet tal-akwadott. Fl-istess waqt, qed isiru surveys tri-dimensjonali permezz ta’ laser scanners u dan biex jiġu dokumentati l-fdalijiet kollha tal-akwadott qabel dan jibda jinħatt. Ix-xogħol kollu ta' tindif qiegħed isir bl-idejn, u dan biex jiġi żgurat li ma ssirx ħsara lill-ġebel oriġinali.  In-numru ta' ħaddiema fuq il-post ivarja, u dan skont in-natura tax-xogħol li jkun għaddej.

Triq li twassal għall-Bajja tal-Ħondoq - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28524 dwar it-tender għal xogħlijiet relatati ma’ parti mit-triq li twassal għall-Bajja tal-Ħondoq li ftit wara li kienet ittranġat bdiet tisfronda, issa li għadda s-sajf, jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu jistenna sabiex il-kuntrattur jibda bix-xogħlijiet?  Jista’ jgħid ukoll jekk ix-xogħlijiet humiex ser jitlestew kollha sal-aħħar tas-sena 2025?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħdin isiru l-preparamenti biex ix-xogħlijiet jinbdew fix-xhur li ġejjin.

Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tas-sezzjonijiet kollha tat-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva u għal kull sezzjoni jgħid min huma l-membri tagħha u f’kull każ jgħid meta tiġi fit-tmiem il-ħatra ta’ kull membru? Jista’ jgħid ukoll min huma l-presidenti attwali tat-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva, meta ġew maħtura u meta tiġi fit-tmiem il-ħatra ta’ kull president?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba kienet ġiet ppublikata fil-Gazzetta tal-Gvern datata 4 ta’ Ġunju, 2024 u kopja qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Fil-preżent it-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva hemm maħtura żewġ Presidenti sabiex jamministrawh li huma l-Maġistrat Gabriella Vella u l-Maġistrat Charmaine Galea. Skont l-Art. 8(3) tal-Kap 490, l-President tat-Tribunal, meta jkun ex-Imħallef jew ex-Maġistrat, għandu jiġi maħtur għal perjodu ta’ erba’ snin u għandu jispiċċa minn din il-kariga meta jiskadi l-perjodu ta’ din il-kariga.  F’każ ta’ Maġistrat jew Imħallef sedenti, li jokkupa din il-kariga m’hemmx żmien stipulat fil-liġi, u għalhekk din il-kariga tinbidel mill-President ta’ Malta, li jaġġixxi fuq il-parir tal-Prim Ministru.

L-Uffiċċju tal-Prim Ministru – Penalitajiet amministrattivi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31340 dwar penalitajiet amministrattivi imposti mill-entitajiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, fejn ġie mwieġeb li “kien hemm żewġ penali amministrattivi li ġew kkontestati. Iż-żewġ deċiżjonijiet ta’ dawn il-penali amministrattivi ħarġu fl-2024.”, jista’ l-Prim Ministru jagħti l-ismijiet tal-appelli pendenti quddiem il-Qrati u għal kull istanza, jgħid kemm kien l-ammont tal-penali imposta?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għar- Rapport Annwali tal-Awtorita’ tax-Xandir 2024 li diġa tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Traspożizzjoni tad-Direttivi tal-UE 2022/2555 u 2022/2557 - Konsultazzjonijiet pubbliċi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31341 dwar it-traspożizzjoni tad-Direttivi tal-Unjoni Ewropea bin-numri 2022/2555 u 2022/2557, jista’ l-Ministru jgħid: i.            meta ġie fis-seħħ l-A.L. 71 tal-2025; u ii.            jekk id-Direttiva Numru (UE) 2022/2557 ġietx implimentata u jekk iva, meta?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-abbozz ta’ l-avviż legali li se jittrasponi d-Direttiva tal-UE 2022/2557 ġie finalizzat u bħalissa qed jiġi eżaminat mill-Uffiċju ta’ l-Avukat ta’ l-Istat. L-approvazzjoni u l-pubblikazzjoni tal-avviż legali se jipproċedu immedjatament wara. Infurmati Għalkemm, it-traspożizzjoni tad-Direttiva tal-UE 2022/2557 mhux finalizzat, id-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Infrastruttura Kritika beda jaħdem, flimkien ma’ regolaturi settorjali u entitajiet governattivi oħra, fuq l-implimentazzjoni effettiva ta’ l-istess Direttiva.

Għawdex – Resurfacing ta’ toroq

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30836 u 31274 u jgħid liema toroq ġewwa Għawdex sar resurfacing fuqhom mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kien fiha tul kull triq u kemm ġiet tiswa? Jista’ jgħid ukoll liema toroq hemm ippjanati li jsir resurfacing tagħhom minn issa sal-aħħar ta’ din is-sena, kemm fihom tul u kemm hi stmata li ser tkun l-ispiża fuq kull triq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar.

Gozo Indoor Sports Pavillion

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif ser jiġi operat u mmaniġġjat il-Gozo Indoor Sports Pavillion f’Għawdex issa li nfetaħ uffiċjalment u qed jintuża wkoll mill-pubbliku? Jista’ jispeċifika x’kienu l-arranġamenti meħtieġa biex dan il-Pavillion jibda jopera? F’liema xahar u sena għandha tiġi ppubblikata sejħa għall-offerti għall-operat u l-immaniġġjar tiegħu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 31277.

Għawdex – Pitkalija – Investimenti u ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’investimenti saru fil-pitkalija ġewwa Għawdex matul l-aħħar ħdax-il sena, maqsuma sena b'sena? Fiex kien jikkonsisti x-xogħol li sar u kemm sewa? Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm ħaddiema kull sena u x'tip ta' xogħol kienu qed jagħmlu / qed jagħmlu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jindirizza l-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Bdiewa, raħħala u sajjieda Għawdxin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ bdiewa, raħħala u sajjieda Għawdxin fl-aħħar ta’ kull sena, mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam din l-informazzjoni skont l-età tagħhom? Jista’ jgħid ukoll: 1.    Kemm kien id-dħul tagħhom kull sena fl-istess perjodu u għat-tliet kategoriji separatament? 2.    Kemm kien hemm raba’ tinħadem fl-aħħar ta’ kull sena bid-daqs u t-tip tagħha? 3.    X’kien il-volum ta’ laħam frisk ta’ ċanga, majjal u broilers prodott f’Għawdex u li nqatlu fil-biċċeriji tal-gvern u tal-privat f’Għawdex u f’Malta mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? 4.    X’kien il-volum ta’ frott u ħaxix frisk prodott f’Għawdex u mibjugħ fi swieq organizzati f’Malta u f’Għawdex mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? 5.    Kemm kien il-volum ta’ ħalib frisk prodott f’Għawdex mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant l-informazzjoni kif mitluba taqbeż l-advisory cost limit.

WSC/T/025/2025 - SERVICES - RECRUITMENT SERVICES FOR THE PROVISION OF ADMINISTRATIVE AND OPERATIONAL PERSONNEL TO THE WATER SERVICES CORPORATION’

Question

Tista’ l-Ministru taġġorna l-Kamra dwar is-sejħa: ‘WSC/T/025/2025 - SERVICES - RECRUITMENT SERVICES FOR THE PROVISION OF ADMINISTRATIVE AND OPERATIONAL PERSONNEL TO THE WATER SERVICES CORPORATION’? Tista’ tgħid ukoll kemm hemm ħaddiema f’Malta u Għawdex li huma tal-kuntrattur u li huma mikrja mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) preżentement?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li s-sejħa bir-referenza WSC/T/025/2025 ingħalqet, ġiet evalwata u r-riżultat tagħha ġie pubblikat fid-29 ta’ Lulju 2025. Aktar dettalji jistgħu jinkisbu direttament mill-pjattaforma tal-ePPS. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tħaddem madwar 75 impjegat mal-kuntratturi, li jgawdu mill-benefiċċji kollha tal-Ftehim Kollettiv li jkopri lill-ħaddiema kollha tal-Korporazzjoni.

Is-Servizz Pubbliku u s-Settur Pubbliku - Kuntratti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28515 u jgħid kemm-il kuntratt ingħata taħt il-proċedura negozjata għall-provvista ta’ servizzi, ħwejjeġ (goods) u xogħlijiet lis-Servizz Pubbliku u lis-Settur Pubbliku kull sena minn Jannar 2019 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? X’kienu s-servizzi, xogħlijiet eċċ. provduti f’kull każ? Kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-avviż (kuntratt taħt il-proċedura negozjata) ippubblikat?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.