Konsulenzi u pariri mogħtija minn konsulenti u avukati — nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena x'inhu l-ammont minfuq fuq konsulenza u pariri mogħtija minn konsulenti jew avukati għar-rigward xogħol u pariri legali mit-8 ta' Marzu 2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Lil min tħallsu dawn l-ammonti sena b'sena?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Skeda ta' pagamenti fuq proġetti kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-iskeda tal-pagamenti kif stipulat f'kull kuntratt li sar mal-Kummissjoni Ewropea dwar proġetti f'Għawdex kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex m’għandux kuntratti iffirmati mal-Unjoni Ewropea. Il-kuntratti li l-Ministeru għandu rigward proġetti f'Għawdex, u li huma kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 huma iffirmati kif gej:
1) Rigward proġetti kofinanzjanti minn fondi indiretti, il-kuntratti huma ffirmati mal-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni;
2) Filwaqt li rigward proġetti kofinanzjanti minn fondi diretti, il-Ministeru huwa
Partner
ma’ Ministeru ieħor
(Lead Partner)
u għaldaqstant il-kuntratt huwa ffirmat mal-
Lead Partner
.
Ministeru għal Għawdex — xogħol ta' security guards
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni impjegati ma' kuntratturi privati u li kienu qed jagħmlu xogħol ta' Security Guards għall-Ministeru għal Għawdex jew entitajiet li jaqgħu taħtu u l-postijiet ġewwa Għawdex fejn kien qed jingħata dan is-servizz u f'kull post kemm kien hemm Security Guards u l-ħinijiet li kienu qed jagħtu dan is-servizz sena b'sena mis-sena 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża fuq dan is-servizz, jekk ingħatawx permezz ta' Tender jew Direct Order kif ukoll l-isem tal-kumpaniji li taw dan is-servizz sena b' sena mis-sena 2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta' proġetti wettqet l-entità Projects Malta ġewwa l-gżira ta' Għawdex minn meta twaqqfet sal-lum u x'kien il-valur tagħhom? Jista’ jgħid ukoll x'proġetti hemm ippjanati li jsiru minn Projects Malta ġewwa Għawdex matul is-sena 2020 u s-sena 2021?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Projects Malta Ltd se tkun qed tistudja numru t’ideat li potenzjalment jistgħu jissarrfu fi proġetti.
B'referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet li saret fid-19 ta' Jannar 2019 ġewwa Marsalforn rigward il-breakwater, tenut kont tal-fatt li f'din il-konferenza kien hemm preżenti fost l-oħrajn il-Ministru għal Għawdex kif ukoll nies oħra min-naħa tal-Ministeru għal Għawdex, jista' l-Ministru jgħid fil-konkret x'sar mid-data ta' meta saret din il-konferenza rigward il-breakwater sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn dik il-konferenza l’hawn ħarġu żewġ sejħiet għall-offerti pubbliċi; waħda għall-preparamenti tal-Project Description Statement u tal-Environmental Impact Assessment u l-oħra għall-Geotechnical Investigations.
Sadanittant tkompla x-xogħol fuq l-immudellar tal-mewġ u l-effetti tiegħu skont id-disinn bażi tal-
breakwater
. Lejn l-aħħar tas-sena 2019 u l-bidu ta’ din is-sena, d-disinn reġa’ ġie emendat u bdew il-preparamenti sabiex tinħareġ sejħa oħra għall-offerti għall-
Geotechnical Investigations
skont dan id-disinn emendat. Din is-sena wkoll tkompla sew ix-xogħol fuq il-
Project Description Statement
u ntefgħet applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar. L-istudju tal-impatt tal-mewġ u tal-breakwater daħal fit-tielet u l-aħħar fażi tiegħu u qiegħdin jiġu mmudellati skont l-aħħar disinn.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-PA number 02780/16 'The project entails excavation of site, the construction of warehouses/workshops, carnival warehouses/exhibition spaces, Class 4A Government administration offices, 2 multi-purpose halls for the use by the local community, a cafeteria Class 4C, a PV farm at roof level, an underground parking and the embellishment of adjacent areas. Proposal to also include the provision of signage affixed to the exterior walls of the proposed facilities respectively' ?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninsab infurmat li l-ipproċessar tal-applikazzjoni PA02780/16 preżentament tinsab sospiża. Qed nistennew informazzjoni meħtieġa f’dawk li huma emendi ta’ pjanti kif ukoll informazzjoni li ġew rikjesti minn entitajiet oħra magħtul il-proeċss ta' konsultazzjoni.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm daħlu lmenti għand l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) fir-rigward ta’ refunds u/jew ħlasijiet oħra marbuta ma’ kanċellar ta’ package holidays jew xorta oħra ta’ tħassir ta’ vaganzi jew safar lejn pajjiżi oħra mill-bidu tal-2020 s’issa xahar b’xahar?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-bidu tal-2020 l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) irċieva mija u ħames (105) ilment fir-rigward ta’ refunds u/jew ħlasijiet oħra marbuta ma’ kanċellar ta’ package holidays jew xorta oħra ta’ tħassir ta’ vaganzi jew safar lejn pajjiżi oħra. It-tabella t’hawn taħt tindika l-ilmenti li daħlu xahar b’xahar kif mitlub:
2020
Xahar
Numru ta’ lmenti reġistrati
Jannar
1
Frar
5
Marzu
10
April
4
Mejju
10
Ġunju
12
Lulju
18
Awwissu
20
Settembru
9
Ottubru
16
Tista’ l-Ministru tgħid kemm daħlu lmenti għand l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) fir-rigward ta’ refunds u/jew ħlasijiet oħra marbuta ma’ kanċellar ta’ package holidays jew xorta oħra ta’ tħassir ta’ vaganzi jew safar lejn pajjiżi oħra mill-bidu tal-2020 s’issa xahar b’xahar?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmata li n-numru ta’ telefonati mill-COVID-19 Helpline tal-Awtorità għat-Turiżmu rigward refunds u/jew ħlasijiet oħra marbuta ma’ kanċellar ta’ package holidays jew xorta oħra ta’ tħassir ta’ vaganzi jew safar lejn pajjiżi oħra kien jammonta għal 102. Dawn saru kollha fix-xahar ta’ Mejju.
Bejn Marzu u Ottubru daħlu wkoll madwar 40
email
fuq tourismcovid-19helpline@visitmalta.com.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm daħlu lmenti għand l-European Consumer Centre Malta u dwar xiex kienu mill-bidu tal-2020 s’issa xahar b’xahar? Tista’ tgħid kemm attwalment hemm impjegati fi ħdan il-European Consumer Centre Malta, u x’inhu r-rwol ta’ kull impjegat?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-bidu tas-sena sal-31 t’Ottubru 2020, il-European Consumer Centre Malta rċieva elf u sitta u disgħin (1096) ilment li jinqassmu f’żewġ kategoriji, seba’ mija u tlieta u ħamsin (753) li huma talbiet ta’ assistenza/ilmenti sempliċi, u tlett mija u tlieta u erbgħin (343) ilment. Talbiet ta’ assistenza/ilmenti sempliċi huma każijiet fejn il-konsumatur ikollu bzonn informazzjoni u assistenza qabel jew wara li jakkwista prodott jew servizz. Ilmenti huma meta l-konsumatur ikun akkwisa il-prodott jew servizz u ma jkunx wasal fi ftehiem mal-kummerċjant. L-iktar ilmenti komuni tal-konsumaturi Maltin din is-sena huma relatati mat-trasport (50%), segwiti minn ilmenti relatati ma restoranti u akkomodazzjoni (18%); rikreazzjoni u kultura (10%); oġġetti relatati mad-dar (7%); ħwejjeġ u żraben (6%); u affarijiet oħra (9%). Hawn taħt hawn tabella tal-ilmenti li daħlu xahar b’xahar kif mitlub:
Xahar
Assistenza/ilmenti sempliċi
Ilmenti
Jannar
40
26
Frar
54
28
Marzu
91
36
April
150
40
Mejju
102
35
Ġunju
85
43
Lulju
74
44
Awwissu
53
35
Settembru
49
23
Ottubru
55
33
Preżentament iċ-Ċentru għandu tlett impjegati full time u impjegata li taħdem numru ta’ siegħat ridotti, fejn ir-rwol tagħhom huwa kif indikat hawn taħt:
· Senior Professional Officer fir-rwol ta’ Koordinatur taċ-Ċentru;
· Żewġ Administrative Officers li jindirizzaw l-ilmenti li jidħlu minn konsumaturi Maltin u mill-Unjoni Ewropea, fejn wieħed minn dawn l-Uffiċjali huwa wkoll il-contact point tar-Regolament dwar is-Soluzzjoni online għal tilwim mal-konsumaturi; u
· Information and Education Officer li taħdem numru ta’ siegħat ridotti u tieħu ħsieb artikli li jidhru fil-gazzetti lokali f’isem iċ-Ċentru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm bdiewa full-time u part-time f'Għawdex maqsuma separatament u skont l-età tagħhom fl-aħħar ta' kull sena mit-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kien hemm raba’ bagħli jinħadem? Kemm kien hemm raba’ saqwi jinħadem? U kemm kien in-numru ta' serer u x'kienet l-area tal-art miksija bis-serer?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru fil-konkret jgħid f'liema xahar u sena hu ppjanat li jitlesta x-xogħol, li ilu għaddej is-snin fuq il-Fanal tal-Ġordan ġewwa l-Għasri? Jista' jgħid fil-konkret x'fadal isir biex ikun lest ix-xogħol fuq din il-binja?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpallant li x-xogħol ta’ restawr tal-Fanal ta’ Ġordan beda f’Ġunju tal-2018 wara snin twal ta’ telqa u abbandun ta’ din il-binja storika ta’ żmien il-ħakma Ingliża. Ir-restawr tal-Fanal mistenni jintemm lejn l-ewwel kwart tas-sena 2021.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li l-istess Ministeru tiegħu ħareġ tender fl-24 ta' Awwissu 2020 'CfT Title: Tender for the provision of project management support services for the reconstruction of Triq Mgarr (Nadur) and Triq Sant'Antnin (Ghsielem) Gozo including structural, infrastructural and piling works (CfT CA Unique ID: MGOZ/MPU T 57/2020)' u nħarġet permezz ta' accelerated opening u ġie ppubblikat fil-website tal-Ministeru għal Għawdex u fil-website www.etenders.gov.mt din it-tender ġiet awarded fit-3 ta' Settembru 2020 iżda imbagħad xi ġimgħat wara din it-tender giet ikkanċellata?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġa twieġeb fil-mistoqsija parlamentari numru 16539, is-sejħa għall-offerti ġiet ikkanċellata bis-servizzi qed jigu pprovduti minn uffiċjali oħra varji. Infakkrek li sadattant, l-arterja Triq Sant’ Antnin infetħet mill-ġdid għall-aċċess pubbliku.
Proġetti, korsijiet li huma ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti, korsijiet, eċċ. li huma ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2014-2020 li għadhom ma tlestewx? X'sar s'issa fuq kull wieħed minnhom? X'jonqos isir? Skont il-ftehim ta' finanzjament li sar mal-Unjoni Ewropea, meta għandhom jitlestew? Kemm kienet l-istima oriġinali fil-ftehim ta' finanzjament u x'se tkun l-ispiża finali?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-pjanijiet li għandu għal Kemmuna l-Ministeru għal Għawdex, kif ukoll dwar il-Master Plan ta’ Kemmuna u jgħid xi progress sar f’dawn l-aħħar xhur rigward dan, u xi jmiss isir issa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħala parti mill-pjanijiet li għandu għal Kemmuna, il-Ministeru ppublika sejħa għall-offerti biex tiġi irranġata l-parti tat-triq mill-moll tal-Blue Lagoon sal-latrina pubblika. Ix-xogħol marbut ma’ din is-sejħa għall-offerti mistenni jibda fil-gimgħat li ġejjin dejjem jekk it-temp jkun jippermetti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' farms tal-majjal u x'kien id-daqs tagħhom f'Għawdex, fl-aħħar ta' kull sena mit-2013 sa Ottubru 2020? X'kien il-piż tal-qatliet tal-majjal minn Għawdex kull sena u x'kienu l-ispiża u l-valur tal-bejgħ tal-produzzjoni?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' rziezet tal-majjal f’Għawdex bid-dati hekk kif mitluba huwa kif ġej:
Sena
2013
2014
2015
2016
2017
2018
2019
Sa Ottubru 2020
Nru ta’ farms
12
11
11
11
9
9
9
9
Id-daqs tagħhom f'Għawdex, fl-aħħar ta' kull sena mit-2013 sa’ Ottubru 2020 hu:
Sena
2013
2014
2015
2016
2017
2018
2019
2020
Razzett
Numru ta’ majjali
G1
1061
1111
833
1879
1319
599
696
611
G2
542
592
427
702
353
473
413
613
G3
146
160
85
30
G4
283
323
139
305
115
340
307
315
G5
132
168
86
127
87
43
27
97
G6
75
62
128
237
58
97
72
22
G7
50
G8
166
69
90
128
39
116
92
96
G9
543
454
331
581
G10
307
162
208
322
178
390
353
259
G11
1160
1572
948
724
1292
734
651
728
G12
208
222
219
205
145
266
375
415
Il-piż tal-qatliet tal-majjal minn Għawdex li sar fil-Biċċerija Pubblika ta’ Malta, kull sena skont id-dati mitluba huwa kif ġej:
Sena
KGS
2013
465,172
2014
478,970
2015
420,989
2016
367,551
2017
336,188
2018
283,746
2019
287,282
2020
247,486
Ngħarraf lill-Onor. Interpellent li fir-rigward ta’ l-ispiża u l-valur tal-bejgħ tal-produzzjoni, dan il-Ministeru ma jkollux din it-tip ta’ informazzjoni.
Tender for the Reinstatement of Rubble Walls across Gozo
Question
B'referenza għat-tender 'CT3017/2019 - Tender For The Reinstatement Of Rubble Walls Across Gozo As Part Of M4.4121' jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol li jrid jsir permezz ta din it-tender inbediex u jekk iva kemm ilu li inbeda? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permessi kollha min-naħa tal-ERA u l-Planning Authority biex ikun jista’ jsir dan l-imsemmi xogħol?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol marbut ma’ dan it-tender beda f’Ġunju ta’ din is-sena. Xogħlijiet li qegħdin isiru jaqgħu taħt Schedule 1 permitted development Classes 2 and 3.
Tender for Finishing Works including the use of Environment Friendly Paint Material at Villa Lauri
Question
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender 'CT2423/2019 - Tender for Finishing Works including the use of Environment Friendly Paint Material, at Villa Lauri, Valley Road Birkirkara' li għalqet fis-7 ta' Lulju 2020 u jgħid fiex wasal il-proċess biex din l-imsemmija tender tiġi awarded?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tender qiegħed fi proċess ta’ evalwazzjoni
Ministeru għal Għawdex – ħaddiema taħt il-Permanent Secretary
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm u fil-preżent hemm persuni li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Permanent Secretary tal-Ministeru għal Għawdex li huma impjegati bħala Consultants, Persons of Trust, Position of Trust, Contract for Service jew b'Direct Order sena b'sena u xahar b'xahar mill-10 ta' Marzu 2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Pjazza San Franġisk – Project Leader tal-proġett ta’ Pavimentar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kien u għadu l-Project Leader (isem, kunjom u grad) tal-Proġett ta’ Pavimentar u xogħol ieħor li sar u li għadu għaddej f' Pjazza San Franġisk u t-taraġ li jwassal għall-venda tal-karozzi tal-linja?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-irwol ta’ Project Leader qed jitwettaq minn Uffiċċjal Pubbliku assenjat minn ħdan il-Ministeru għal Għawdex.
Gozo Channel – ħaddiema tal-kuntrattur – ħlas inqas minn ħaddiema oħra
Question
Jista’ l-Ministru jispjega kif ħaddiema li jaħdmu ma’ kuntratturi li ngħataw kuntratti ta' servizz mal-Gozo Channel qed jagħmlu l-istess xogħol bħal ħaddiema impjegati direttament mal-kumpaniji tal-Gozo Channel iżda qed jitħallsu ferm inqas tal-istess servizz? Jista' jgħid dan hux aċċettabbli għall-Ministeru tiegħu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tlabt lill-Gozo Channel biex tagħti konjezzjoni ta’ dak li qed ikun issuġġerit minnu.