Ministeru għal Għawdex – persuni ingaġġati bħala Gardener u Farmer
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu nies mas-Servizz Pubbliku fil-grad ta' ‘Gardener’ u ‘Farmer’ mal-Ministeru għal Għawdex sena b'sena u xahar b'xahar mit-8 ta' Marzu 2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid kemm hemm ippjanati li jiddaħħlu ħaddiema ġodda fil-grad ta’ ‘Gardener’ u ‘Farmer’ fil-ġimgħat u xhur li ġejjin? Jista’ jgħid ukoll jekk f’dawn l-aħħar ġimgħat kienx hemm xi sejħiet biex jiddaħħlu ħaddiema mas-Servizz Pubbliku mal-Ministeru għal Għawdex fil-grad ta' ‘Gardener’ u ‘Farmer’?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mid-data indikata fil-mistoqsija, mas-Servizz Pubbliku daħlu sitt Gardeners. Dawn il-Gardeners ġew ingaġġati bejn Frar 2015 u Frar 2016. Minn naħa l-oħra, ma kienx hemm nies li daħlu mas-Servizz Pubbliku bħala Farmers.
F’dawn l-aħħar ġimgħat kien hemm sejħa għal applikazzjonijiet għall-post ta’ Gardener fil-Ministeru għal Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet u min hu responsabbli li Triq il-Pitkalija ġewwa x-Xewkija Għawdex, li saret ftit inqas minn sena ilu b'għaġġla kbira peress li kien ħa jiġi inawgurat il-Gozo Innovation Hub, eżatt minn ġa nofs it-triq u fejn hemm parti kbira minnha b'żewġ kisjiet tarmac (base course u wearing course) f'dawn l-aħħar ġranet għaddew trinka minnha? Jista’ jgħid għaliex din it-trinka ma saritx meta kienet qed issir it-triq? Jista’ jgħid ukoll jekk il-parti l-kbira tat-triq fejn hemm żewġ kisjiet tarmac hux ħa tingħata kollha kemm hi bit-tarmac jew inkella hux se tingħata tarmac fejn saret it-trinka biss?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet qiegħdin isiru minn l-Enemalta. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur – proċedimenti ġudizzjarji
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 14005, jista’ l-Ministru jgħid sussegwenti għat-tweġiba mogħtija fis-seduta tat-13 ta’ Mejju 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, ittieħdux xi proċedimenti ġudizzjarji mid-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) a tenur tal-artikolu 12(5) tal-Kap. 378? Jekk ittieħdu, jista’ l-Ministru jgħid f’kull każ dwar liema materjal kien jittratta r-rikors magħmul mid-Direttur Ġenerali quddiem il-Qorti Ċivili? B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 14005, jista’ l-Ministru jgħid sussegwenti għat-tweġiba mogħtija fis-seduta tat-13 ta’ Mejju 2020 sa meta tiġi mwiegba din il-mistoqsija kemm-il rikors sar mid-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) a tenur tal-artikolu 12E tal-Kap. 378 għall-ħruġ ta’ miżuri intermedji mill-Qorti? F’kull każ dwar liema materjal kien jittratta r-rikors magħmul mid-Direttur Ġenerali quddiem il-Qorti Ċivili f’dan ir-rigward?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mit-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 14005 ma ġewx istitwiti proċeduri ġudizzjarji skont l-Artikolu 12(5) tal-Kap 378 u skont l-artikolu 12E tal-istess Kap. 378.
Qorti ta’ Għawdex u Vapur Nikolaus – passi mis-CRPD biex ikunu aċċessibbli għal kulħadd
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'passi ttieħdu mill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (CRPD) s’issa biex jiġi assigurat li l-Qorti ta' Għawdex u l-vapur Nikolaus operat mill-Gozo Channel ikunu aċċessibbli għal kulħadd? Tista' l-Ministru tgħid sa meta ngħatat żmien l-Aġenzija għas-Servizzi fil-Qrati sabiex il-Qorti ta' Għawdex ikun aċċessibbli għal kulħadd u dan peress li sal-lum din il-binja pubblika li tintuża kuljum minn mijiet ta' nies mhijiex aċċessibbli? Fil-każ tal-vapur Nikolaus, tista' tgħid għaliex is-CRPD qed taċċetta li dan il-vapur li jużawh eluf ta' nies kuljum mhux aċċessibbli u jekk l-istess CRPD kienx ta żmien sa meta jista' jibqa jintuża kif inhu llum? Għaliex fiż-żewġ każijiet is-CRPD ma bdietx passi legali meta imbagħad kontra operaturi privati tieħu l-passi immedjati jew ma tagħtix permess biex joperaw?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità m’hijiex l-entità vestita bil-poteri legali sabiex tiċċertifika l-livell ta’ aċċessibilità fuq bastimenti.
Madanakollu, l-Kummissjoni ressqet l-ilmenti tagħha u ta’ bosta persuni b’diżabilità marbuta mal-bastiment MV Nikolaos sabiex dawn jiġu indirizzati. Infurmata li l-bastiment qiegħed jintuża sakemm tinħareġ sejħa għall-offerti għal vapur ġdid. Dan kien ikkonfermat f’laqgħa li l-Kummissjoni kellha mal-Ministru għal Għawdex f’Lulju 2020.
Barra minn hekk, il-Kummissjoni hi nfurmata li l-flotta tal-Kumpanija Gozo Channel Ltd. ma tikkonsistix esklussivament mill-bastiment MV Nikolaos, iżda għandha tliet bastimenti oħra li jipprovdu livell għola ta’ aċċessibilità, li iżda m’huwiex l-aqwa livell li wieħed jista’ jkollu. Ta' min ifakkar li dawn il-bastimenti kienu nbnew bejn is-sena 2000 u 2002 taht amministrazzjoni nazzjonalista.
Rigward il-Qorti ta’ Għawdex, il-Kummissjoni tista’ tikkonferma li hija kienet irċeviet ilment dwar l-aċċessibilità f’din il-binja f’Ottubru 2014 u mill-ewwel għamlet kuntatt mal-awtoritajiet konċernati sabiex tinstab soluzzjoni. Fost il-proposti li saru kien hemm li jsir lift li jwassal sal-binja, li madanakollu, ma jsolvi bl-ebda mod il-problema kbira ta’ aċċessibilità f’din il-binja storika li m’għandiex livelli l-istess fl-istess sulari. Dan ifisser li biex tmur minn kamra għall-oħra, trid titla’ jew tinżel xi taraġ, minkejja li tibqa’ fl-istess sular.
Il-Kummissjoni hi nfurmata li l-Gvern għaddej bi proċess sabiex il-Qorti ta’ Għawdex tiġi rrilokata għal post aċċessibbli. Fil-laqgħa surreferita ma ngħatawx dettalji ġodda dwar din ir-rilokazzjoni.
Tajjeb li nfakkar lill-Onorevoli Interpellant, li s-CRPD m’ għandiex poteri li twaqqaf direttament lil xi ħadd milli jeżerċita xi attività iżda hi biss waħda mill-entitajiet involuti fil-proċess fil-ksib ta’ permess fil-qafas tal-Awtorità tal-Ippjanar. Għaldaqstant, tali limitazzjonijiet jistgħu jiġu imposti biss jekk marbuta mal-proċess ta’ ksib ta’ permess għall-bini. Naturalment dan ma japplikax għall-kiri ta’ vapur.
Fiż-żewġ każijiet in kwistjoni f’din l-interpellanza, il-Kummissjoni għandha parir li l-possibilità li azzjoni legali sejra twassal għal titjib fis-servizzi mogħtija hi tassew żgħira u li jkun ferm aktar għaqli li tinstab soluzzjoni li ma tinvolvix azzjoni legali. Din hija l-istess strateġija li tittieħed anke f’numru ta’ azzjonijiet li l-Kummissjoni tieħu fil-konfront ta’ entitajiet privati.
Nixtieq infakkar ukoll lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ każijiet li nvestigat il-Kummissjoni kontra entitajiet pubbliċi telgħu minn 100 fis-sena u xahrejn li hu kien il-Ministru responsabbli għall-qasam tad-diżabilità għal 388 matul l-2019. Dan kien possibbli biss grazzi għall-investiment f’riżorsi, fosthom umani, li wettaq il-Gvern Laburista fil-Kummissjoni sa mill-2013.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien id-dħul tal-gvern kull sena mill-2013 'il hawn minn Malta u Għawdex separatament: i) taħt l-Artiklu 93 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, mill-anzjani li jirċievu servizz residenzjali finanzjat mill-istat; u ii) taħt l-Artiklu 95 tal-istess att mill-persuni li jibbenefikaw minn servizzi ta' kura/għajnuna mogħtija fid-djar? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm sodod f'istituzzjonijiet, djar, eċċ. għall-anzjani li huma finanzjati mill-gvern? Jista' jagħti din l-informazzjoni, istituzzjoni istituzzjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fi tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jaġġorna l-Kamra dwar l-aħħar żviluppi dwar il-bini ta’ Qorti ġdida ġewwa Għawdex u jgħid x'sar f'dawn l-aħħar ġimgħat u x'inhu jsir bħalissa biex dan il-proġett li ilu mwiegħed seba' snin, isir? Fejn ser isir dan il-Qorti ġdid u meta hu mistenni jibda x-xogħol? Sadanittant x'qed jagħmel il-Ministeru għal Għawdex biex jassigura li l-Qorti fiċ-Ċittadella jkun aċċessibbli għal kulħadd?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 13038.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-proġett li kien tħabbar f’Marzu 2017 li kien jikkonsisti minn Ċentru ta’ distribuzzjoni ġewwa Ħal Far minn kumpanija ta’ Supermarkets internazzjonali? Jista’ jikkonferma jekk dan il-proġett hux ser isir jew le u jekk iva meta hu ppjanat li jibda u jitlesta dan l-imsemmi proġett u kemm hu ppjanat li jħaddem nies?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru ikkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar ta' kull sena mill-2013 sal-aħħar ta' Ottubru 2020 f'Għawdex:
1. kemm kien in-numru ta' raħħala skont l-età tagħhom;
2. kemm kien in-numru ta' merħliet ta' baqar u x'kien id-daqs tagħhom;
3. kemm kien in-numru ta' merħliet ta' nagħaġ u mogħoż u x'kien id-daqs tagħhom;
4. x'kienet il-produzzjoni ta' laħam taċ-ċanga matul kull sena; u
5. x'kienet l-ispiża tal-produzzjoni u x'kien il-valur tal-bejgħ tagħha?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba rigward numru ta’ merħliet u d-daqs tagħhom ta’ baqar, nagħaġ u mogħoż qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Informazzjoni rigward in-numru ta’ raħħala tinsab fit-tabella segwenti. Informazzjoni fuq l-etajiet tar-raħħala ma tinżammx fin-National Livestock Database (NLD).
31.12.2013
31.12.2014
31.12.2015
31.12.2016
31.12.2017
31.12.2018
31.12.2019
31.10.2020
Numru ta’ raħħala tal-baqar
48
47
47
48
48
48
+
1 partnership
48
+
1 partnership
47
+
2 partnership
Numru ta’ raħħala ta’ ruminanti żgħar
505
+
1 Razzett tal-Gvern
500
+
1 Razzett tal-Gvern
499
+
1 Razzett tal-Gvern
500
+
1 Razzett tal-Gvern
488
+
1 Razzett tal-Gvern
484
+
1 Razzett tal-Gvern
484
+
1 Razzett tal-Gvern
482
+
1 Razzett tal-Gvern
Raħħala li għandhom it-tnejn (diġa’ inklużi fiż-2 listi)
5
5
5
5
4
5
7
8
Fir-rigward tal-produzzjoni, id-data tal-Intertrace hekk kif tidher hawn taħt tirreferi għat-total ta’ kilogrammi ta’ annimali minn Għawdex maqtula kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex:
Sena
KGs*
2013
318,737
2014
309,016
2015
276,967
2016
321,437
2017
328,058
2018
300,811
2019
308,674
2020
274,968
*
Weights are recorded as Cold weights. In line with Commission Regulation 1249/2008 Articles 13 (Bovines) 22 (Swine), Carcase weight corresponds to the warm weight recorded less 2%. Units Kilograms.
Fil-każ ta' valur tal-bejgħ tal-produzzjoni, id-data li ġejja turi l-prezz medju għal kull kilo li jirċievi l-bidwi u li jkopri Malta kollha, inkluż Għawdex, imma mhux esklussiv għal Għawdex biss:
Sena
Ammont ghal kull kilo
2013
3.07
2014
2.91
2015
2.84
2016
2.70
2017
2.44
2018
2.96
2019
3.11
2020
3.08
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-accounts ta’ dawn l-aħħar sitt snin tal-kumpanija Gozo Channel (Holding) Company Ltd?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed impoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-financial Statements tal-Gozo Channel (Holding) Company Ltd sa minn mindu twaqqfet fl-2016 sal-aħħar financial Statement approvati għas-sena 2018.
Għawdex — Marsalforn – refurbishment ta’ latrina pubblika fil-Menqa
Question
B'referenza għall-inawgurazzjoni li saret mill-Ministru għal Għawdex fil-5 ta' Novembru 2020 tal-proġett tal-Menqa ta' Marsalforn, jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet għaliex l-uniku latrina pubblika li hemm ġewwa l-area tal-Menqa għadu ma sarilhiex refurbishment kbir u dan minkejja li din l-istess latrina ilha iktar minn sena magħluqa u ma tistax tiġi użata mill-pubbliku peress li hija fi stat ħażin ħafna? Jista’ jgħid f’liema xahar u sena hija ppjanata li din il-latrina ssirilha refurbishment u terġa’ tinfetaħ għall-pubbliku?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex għandu l-ħsieb li li jagħti refurbishment tal-maġġoranza tal-lattrini pubbliċi madwar Għawdex. Preżentament, tlestiet dik ta’ taħt Putirjal ġewwa r-Rabat u fil-ġranet li ġejjin se jibdew xogħlijiet oħrajn.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li l-istess Ministeru tiegħu ħareġ tender fl-1 ta' Ġunju 2020 'MGOZ/MPU/T 47/2020 Subject PROVISION OF PROJECT MANAGEMENT, BUILDING INFORMATION MODELLING MANAGEMENT, STRUCTURAL CERTIFICATIONS AND FAÇADE ENGINEERING SERVICES' u nħarġet permezz ta' accelerated opening u ġie ppubblikat fil-website tal-Ministeru għal Għawdex u fil-website www.etenders.gov.mt li din it-tender ġiet awarded fit-12 ta' Ġunju 2020 iżda imbagħad xi ġimgħat wara din it-tender ġiet ikkanċellata?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sejħa għall-offerti ġiet ikkanċellata b'konformità mal-artikolu 18.3 tar-regoli ġenerali li jirregolaw is-sejhiet l-offerti. Sadanittant, saru l-arrangamenti mehtiega bis-servizzi ser/qed jigu pprovduti minn uffiċjali fi ħdan il-Ministeru li ġew ingaġġati dan l-aħħar.
Jista' l-Ministru jaġġorna lill-kamra dwar il-proġett tat-Taxiway Lima u jgħid meta huma ppjanati li joħorġu t-tenders tax-xogħol infrastrutturali għal dan il-proġett, fejn huwa maħsub li jiġu ppubblikati dawn it-tenders u kemm hu stmat li ser jiswa dan il-proġett?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li x-xogħol huwa stmat li ser iqum madwar €8 miljun ewro. L-abbożż finali tad-dokument tas-sejħa bħalissa qed jiġi proċessat għal vetting finali tad-dipartiment tal-kuntratti qabel jiġi ppubblikat.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-proġett ta’ SME Hub li hu ppjanat li jsir mill-Ministeru għal Għawdex ġewwa x-Xewkija? Jista' jgħid fiex wasal dan il-proġett? Meta hu mistenni li jitlesta u kemm-il SME ser ikun jistgħu joperaw fih meta jkun lest?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġett mistenni jibda hekk kif joħroġ l-permess mill-Awtorita’ tal-Ippjanar.
Tender IM005/2020 Establishment of a Dynamic Purchasing System for the Construction and maintenance of roads in different localities in Malta and Gozo
Question
Jista’ l-Ministru jaġġorna dwar it-tender IM005/2020 Establishment of a Dynamic Purchasing System for the Construction and maintenance of roads in different localities in Malta and Gozo u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-bidders (kuntratturi) li ssottomettew għal din it-tender? Jista’ jgħid ukoll x'toroq saru jew qed isiru permezz ta' din it-tender ġewwa Għawdex u Malta u x'toroq hemm ippjanati li jsiru permezz ta' din it-tender fil-ġimgħat li ġejjin ġewwa Għawdex u Malta?
Response (BORG, IAN)
Filwaqt li nirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 15621 f’Seduta 354 li saret mill-istess Onorevoli membru, il-bqija tat-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Nadur Għawdex – Triq il-Madonna ta’ Fatima — xogħlijiet
Question
B'referenza għax-xogħlijiet li saru ftit tax-xhur ilu mill-Ministeru għal Għawdex fuq parti minn Triq il-Madonna ta' Fatima ġewwa n-Nadur Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid min kien il-perit inkarigat mix-xogħol li sar u jpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq din il-parti tat-triq u li ġie rilaxxat mill-perit inkarigat? Jista’ jgħid jekk sarux quality control tests u jekk iva minn min saru, meta saru u jpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid jekk sarux quantity surveyor reports fuq ix-xogħol li sar?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Perit inkarigat mix-xogħol hu perit tal-Ministeru għal Għawdex. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Karma kopja taċ-ċertifikati li saru.
Attachments:PQ 17319 - Nadur Għawdex – Triq il-Madonna ta’ Fatima - xogħlijiet.pdf
Ir-Rabat — Triq Sannat – perit inkarigat mix-xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15462 u jgħid min kien il-perit inkarigat mix-xogħol li sar mill-Ministeru tiegħu fuq parti minn Triq Sannat bejn ir-Rabat u s-Sannat, Għawdex? Jista' jpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq din it-triq u li ġie rilaxxat mill-perit inkarigat? Jista' jgħid kemm tħallas fuq ix-xogħol li sar fuq din it-triq u kemm dan l-ammont kien iżjed minn dak ippjanat fit-tender? Jista' jgħid jekk sarux testijiet fuq ix-xogħol li sar u f'liema laboratorju saru? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn it-testijiet fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarux testijiet jista' jagħti r-raġuni għaliex ma sarux?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Kunsilli Lokali f’Għawdex – ħaddiema taħt l-iskema tal-Community Work Scheme
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt l-iskema tal-Community Work Scheme assenjati ma’ kull wieħed mill-Kunsilli Lokali f'Għawdex? Jista’ jgħid x’qed jagħmel kull wieħed minn dawn il-ħaddiema ma’ kull Kunsill u kemm ilu assenjat kull ħaddiem ma’ dan il-Kunsill?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema fiċ-Ċivil li ngħataw il-promozzjoni ta' Heavy Plant Driver u ta' Motor Transport Driver għal mal-Ministeru għal Għawdex sena b'sena u xahar b'xahar mit-8 ta' Marzu 2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?? Jista’ jgħid fil-ġimgħat li ġejjin kemm hemm ippjanati skont il-Capacity Building li jingħataw promozzjonijiet ta’ Heavy Plant Driver u ta' Motor Transport Driver mal-Ministeru għal Għawdex lil ħaddiema li jaħdmu mas-Servizz Pubbliku?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mit-8 ta’ Marzu 2013 sal-lum ingħataw żewġ promozzjonijiet wara sejħa għall-applikazzjonijiet. L-ewwel waħda kienet f’Ottubru tas-sena 2015, fejn ġie appuntat Motor Transport Driver u l-oħra fis-sena 2019, fejn ġie appuntant Heavy Plant Driver.
Fl-HR Plan ta’ din is-sena hemm approvati 7 Motor Transport Drivers u 23 Heavy Plant Drivers. Ir-riżultat għas-sejħa għall-applikazzjonijiet ta’ Motor Transport Drivers kien ippublikat fid-19 ta’ Novembru 2020.
Il-Qala – Triq il-Wardija – Xogħlijiet infrastrutturali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jitkompla x-xogħol infrastrutturali fuq Triq il-Wardija fil-Qala peress li r-residenti ta’ din it-triq ilhom diversi ġimgħat ibatu minn inkonvenjent kbir peress li t-triq hija nofsha maqlugħa? Jista’ jgħid jekk is-sistema tad-drenaġġ f'din it-triq hux ser tinbidel u ssir mill-ġdid?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol infrastrutturali ser jibda fil-ġimgħat li ġejjin. Bħalissa qegħdin isiru diskussjonijiet mal-Water Services sabiex tinbidel is-sistema tad-drenaġġ li ma nbidlet qatt min meta ġie mgħoddi s-servizz.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14244 fl-intier tagħha u jgħid fejn tinsab bħalissa l-funtana li kien hemm ġewwa Pjazza San Franġisk u jgħid fejn hemm il-ħsieb li titpoġġa l-istess funtana issa li tneħħiet minn Pjazza San Franġisk? Meta mistennija tkun fil-post ġdid tagħha din il-funtana?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 14244.