Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #17678 Sitting 411 2020-12-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Skemi u proġetti ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea – Proġett tal-Gozo Museum

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17266, jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet għalfejn il-proġett tal-Gozo Museum ġewwa r-Rabat Għawdex, li fit-18 ta' Ġunju 2020 tqiegħdet l-ewwel ġebla tiegħu, mhuwiex inkluż fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra tal-proġetti ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2014-2020?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hekk kif bdew l-ewwel xogħlijiet tal-iskavar fis-sit, taħt is-supervizzjoni tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, instagħbu fdalijiet arkaeoloġiċi. Wara xhur sħaħ ta’ konsultazzjonijiet mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, ġie deċiż li dawn il-fdalijiet huma ta’ xorta unika u għaldaqstant iridu jiġu integrati fid-disinn tal-Mużew ta’ Għawdex. B’konsegwenza ta’ dan, il-massimu ta’ budget allokat skont ir-regoli tal-applikazzjoni ta’ l-OP1 – ERDF 2014-2020 kien se jigi maqbuż. Għalhekk lura fl-2019 ġie deċiż li biex tiġi ssalvagwardjata din is-sejba arkaeologika kellu ukoll jinbidel il-pjan oriġinali ta’ dan il-progett fejn sussegwament il-Ministeru għal Għawdex alloka fondi oħrajn.
Leg 13 PQ #17681 Sitting 411 2020-12-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Ċentru tal-Università ta’ Għawdex – korsijiet li jwasslu degree jew dottorat

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'korsijiet li jwasslu għal degree jew dottorat saru fiċ-Ċentru tal-Università ta' Għawdex matul is-snin 2018 u 2019? Kemm kien in-numru ta' studenti li kien hemm f'kull kors u kemm minnhom iggradwaw? Tista' tgħid preżentement kemm hu n-numru ta' korsijiet li hemm fiċ-Ċentru tal-Università ta' Għawdex u kemm hu n-numru ta' studenti f'kull kors? Tista' tgħid ukoll kemm kienet l-ispiża rikorrenti għas-snin 2018, 2019 u 2020 tal-Università ta' Malta fuq iċ-Ċentru tal-Università ta' Għawdex?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-lista tal-korsijiet li jwasslu għal degree li saru fiċ-Ċentru tal-Università ta' Għawdex matul is-snin 2018 u 2019. Infurmata wkoll li l-ispiża tal-Università ta' Malta fuq iċ-Ċentru tal-Università ta' Għawdex kienet kif ġej: 2018: €150,598 2019: €181,134 2020 (sal-11 ta’ Diċembru): €112,663
Leg 13 PQ #17682 Sitting 411 2020-12-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ir-Rabat Għawdex — Proġett tal-Gozo Musuem

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw s'issa direct orders fuq il-proġett tal-Gozo Museum fir-Rabat Għawdex? Kemm kien il-valur tagħhom, lil min ingħataw u ta' xiex ingħataw? Min talab għalihom u min approvahom dawn id-direct orders? Kemm hemm ippjanati li jingħataw direct orders fuq dan il-proġett fil-ġimgħat li ġejjin?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-direct order mogħtija fuq il-Mużew ta’ Għawdex huma skont it-tabella li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Din id-direct order ġiet mitluba mill-Ministeru għal Għawdex u sussegwentament approvata mid-Direct Orders Office jew mill-General Contracts Committee fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi rispettivament, skont kif jitolbu r-regoli tal-procurment tas-Sevizz Pubbliku.
Leg 13 PQ #17683 Sitting 411 2020-12-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Tenders Negotiated without prior publication

Question

Jista' l-Ministru jispjega fid-dettal il-kunċett ta' tenders Negotiated without prior publication (one stage) u jgħid fejn tiġi ppubblikata din it-tip ta' tender? kemm idumu miftuħin tenders ta' dan it-tip kif ukoll jgħid f'liema każijiet jintużaw dawn it-tip ta' tenders

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-“proċedura negozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel” hi waħda mill-proċeduri ta’ akkwist li jistgħu jintuzaw skont il-liġi li tirregola l-akkwisti pubbliċi. Din hija proċedura li biha l-Awtoritajiet Kontraenti jikkonsultaw mal-operaturi ekonomiċi tal-għazla tagħhom u jinnegozjaw it-termini ta’ kuntratt ma’ wieħed jew aktar minn dawn. Hekk kif inhu spjegat fl-isem ta din il-proċedura, m’hemm l-ebda rekwizit ta’ pubblikazzjoni għal sejħiet ta’ dan it-tip. Il-liġi ma tiddefinixxix it-tul tal-perjodu għas-sottomissjoni tal-offerti peress li dan huwa ddeterminat mill-Awtorità Kontraenti. Meta mitlub mill-awtorità kontraenti, id-Direttur tal-Kuntratti jista’, bla ħsara għal kull kundizzjoni li jidhirlu xieraq li jimponi, japprova l-uzu ta’ proċedura negozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel għal kuntratti pubbliċi ta’ xogħlijiet, kuntratti pubbliċi ta’ provvisti u kuntratti pubbliċi ta’ servizzi fil-kazijiet speċifikati fir-regolamenti 151 sa 154 tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (Avviz Legali 352 tal-2016.

Għaqdiet tal-Konsumaturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hawn għaqdiet tal-konsumaturi li huma reġistrati skont ir-rekwiżiti tal-Kap.378? Jekk hawn xi għaqdiet hekk reġistrati, qed tingħata xi forma ta’ għajnuna mill-Gvern lil dawn l-għaqdiet u jekk iva fiex tikkonsisti din l-għajnuna?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat li hawn żewġ għaqdiet tal-konsumatur li huma reġistrati skont ir-rekwiżit tal-Kap 378. Min-naħa tal-Awtorità tingħata għajnuna lil waħda mill-għaqdiet permezz ta’ użu ta’ uffiċċju, servizz tal-internet u linja tat-telefon mingħajr ħlas kif ukoll il-ħlas ta’ servizzi ta’ dawl, ilma u indafa. L-għaqda l-oħra qatt ma għamlu xi tip ta’ talbiet għall-għajnuna.
Leg 13 PQ #17738 Sitting 411 2020-12-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

In-Nadur Għawdex – Daħlet Qorrot u Wied il-Gragel – tender għar-rijabilitazzjoni u tindif

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill-applikazzjoni li saret mill-Ministeru għal Għawdex PA/02853/20 li ġiet sottomessa f'April li għadda? Jista' jgħid meta hu ppjanat li Wied ta' Daħlet Qorrot u Wied il-Gragel, ġewwa n-Nadur Għawdex li l-Ministeru akkwista fondi mill-Unjoni Ewropea taħt il-miżura 'M4.4121 - Rehabilitation of Gozo's Valleys to Enhance their rain capturing and soil retention capabilities' ser jiġu rijabilitati u mnaddfa?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li rriżulta li l-parti ta’ fejn kien propost l-intervent kienet propjetà ta’ terzi.
Leg 13 PQ #17631 Sitting 410 2020-12-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Ħaddiema fiċ-Ċivil li ngħataw il-promozzjoni ta’ Gardener

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema fis-Servizz Pubbliku li ngħataw il-promozzjoni ta' Gardener, kif ukoll kemm ġew impjegati minn barra s-Servizz Pubbliku ħaddiema fil-grad ta' Gardener għal mal-Ministeru għal Għawdex sena b'sena u xahar b'xahar mit-8 ta' Marzu 2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid fil-ġimgħat li ġejjin skont il-Capacity Building approvat għas-sena 2019, kemm hemm ippjanati li jingħataw promozzjonijiet internament jew li jiddaħħlu ħaddiema minn barra s-Servizz Pubbliku, fil-grad ta' Gardener mal-Ministeru għal Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mit-8 ta’ Marzu 2013 fis-Servizz Pubbliku kien hemm ħaddiem wieħed li ngħata il-promozzjoni ta’ Gardener. Dan seħħ fi Frar tas-sena 2015. Minn naħa l-oħra, kien hemm sitt ħaddiema li ġew impjegti minn barra s-Servizz Pubbliku fl-istess grad. Dawn tal-aħħar ġew ingaġġati bejn Frar 2015 u Frar 2016. F’dawn l-aħħar ġimgħat kien hemm sejħa għal applikazzjonijiet għall-post ta’ Gardener fil-Ministeru għal Għawdex.
Leg 13 PQ #17632 Sitting 410 2020-12-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Capacity Building

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba matul is-sena 2020 ġie mibdul jew miżjud u f’liema perjodu (żmien) il-Capacity Building (HR Plan) tas-sena preżenti jiġifieri s-sena 2020 tal-Ministeru għal Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-HR Plan tiġi emendata skont il-ħtiġijiet tal-Ministeru.
Leg 13 PQ #17633 Sitting 410 2020-12-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Toroq ġodda f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kilometru ta’ toroq ġodda jew bini mill-ġdid ta’ toroq saru matul is-sena 2020, kif ukoll jgħid: (a) kemm minnhom kienu toroq arterjali u distributorji; (b) kemm minnhom tlestew kompletament u liema minnhom għadhom mhux lesti; (c) f'każ ta' dawk it-toroq li għadhom mhux lesti, x'persentaġġ ta' xogħol fadal u meta jaħseb li ser jitlesta dan ix-xogħol; (d) x'tip ta' servizzi nbidlu (dawl, mains tal-ilma tax-xorb, mains tad-drenaġġ, eċċ.); (e) fejn saru water culverts u x'tulijiet ta' water culverts saru f'kull triq; u (f) fejn saru walk through culverts u x'tulijiet saru ta' walk through culverts f'kull triq; (g) fejn saru bankini ġodda u gutters u x'tulijiet saru ta' bankini ġodda u gutters f'kull triq; u (h) kemm kien stmat li tiġi tiswa’ kull triq u kemm fil-fatt ġiet l-ispiża?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Għawdex – Triq Sannat – xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar Triq Sannat, it-triq prinċipali li twassal għar-raħal tas-Sannat Għawdex li ilu iktar minn sentejn għaddej ix-xogħol fuqha, kif ukoll il-junction u jgħid f’liema xahar u sena hu ippjanat li jinħeles ix-xogħol kollu inkluż it-tieni kisja tarmak fuq l-imsemmija triq?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ta’ Sannat li x-xogħol fi Triq Sannat u fil-junction ta' ma' Triq Marziena huwa ferm avvanzat u wasal fl-aħħar fa¿i tiegħu. Ix-xogħol kien jinkludi diversi culverts kemm għall-ilma tax-xita, kif ukoll għas-servizzi fi triq fejn għaddejja konċentrazzjoni maġġuri ta' servizzi f'Għawdex, speċjalment servizzi tal-WSC minħabba l-pre¿enza tal-ġibjun f’ Ta' Ċenċ. It-tieni kisja tingħata meta jkunu saru aċċertamenti tekniċi. Ix-xogħlijiet proġettati illi jitlestew fl-ewwel kwart tas-sena 2021.
Leg 13 PQ #17635 Sitting 410 2020-12-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Xlendi – dry standing area — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xahar b'xahar minn meta ġiet inawgurata d-dry standing area ġewwa x-Xlendi kemm kien hemm ħaddiema imqabbdin mill-Ministeru għal Għawdex jaħdmu fiha?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-servizz fid-dry standing area ġewwa x-Xlendi qed jingħata fuq bażi ta` 24x7.
Leg 13 PQ #17636 Sitting 410 2020-12-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Nadur Għawdex — Triq tal-Ħanaq – xogħol ta’ resurfacing

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jitlesta x-xogħol ta' resurfacing fi Triq tal-Ħanaq fin-Nadur, liema xogħol ilu li beda aktar minn ħames snin iżda sal-lum għadu ma tlestiex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru qiegħed f’diskussjoni ma’ kull kunsill lokali sabiex jidentifika l-bżonnijiet ta’ toroq residenzjali f’kull lokalita’
Leg 13 PQ #17477 Sitting 409 2020-12-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

'Quotation for the supply and delivery of Galvanised steel shelving for Manufacturing and Services section in Gozo (CfT CA Unique ID: MGOZ Q 24/2020)'

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-quotation 'Quotation for the supply and delivery of Galvanised steel shelving for Manufacturing and Services section in Gozo (CfT CA Unique ID: MGOZ Q 24/2020)' li għalqet iktar minn 6 xhur ilu jiġifieri fis-16 ta' Marzu 2020 u jgħid x'inhuma r-raġunijiet li din l-imsemmija quotation għadha ma ġietx awarded?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-evalwazzjoni ta’ din il-quotation ġiet konkluża u ħa jitkomplew il-proċeduri li fadal.
Leg 13 PQ #17501 Sitting 409 2020-12-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Contract for Service

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm ħaddiema bil-Contract for Service fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u kull entità li taqa' taħtu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 17182.

Għawdex: In-Nadur – Barracks tal-Qortin – Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura hemm fil-barracks tal-AFM, fil-Barracks tal-Qortin fin-Nadur, Għawdex? Jista' jgħid kull vettura x'tip hi, liema hi s-sena tal-manifattura tagħha u għal liema skop tintuża?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Fil-barracks li qed isemmi l-onorevoli interpellant hemm erba’ vetturi, tlieta tat-tip Land Rover u waħda tat-tip Iveco. Il-vetturi jintużaw kemm għall-ġarr ta’ persuni kif ukoll oġetti. Is-snin tal-manifattura ivarjaw bejn l-1997 (Iveco) u l-2011.

Għassa ta’ Marsalforn – surġent u pulizija stazzjonati

Question

Issa li ġiet refurbished l-Għassa ta' Marsalforn, jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar xahrejn, kemm-il siegħa kuljum kien hemm surġent u pulizija jew i¿jed minn pulizija wieħed stazzjonati f'din l-għassa u dan in vista tal-problemi u inċidenti kontinwi li qed ikun hemm f'din il-lokalità?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nibqa’ nisħaq li l-prinċipju ewlieni li għandha tħaddan il-pulizija hi ta’ pulizija iktar fit-toroq qrib iċ-ċittadin bil-għan li jipprevjenu iktar milli jirreaġixxu għall-kriminalità. B’mod ġenerali l-għassa ta’ Marsalforn hija miftuħa 24 siegħa kuljum. Kien biss f’xi eċċezzjonijiet li l-esiġenzi tas-servizz kienu jitolbu li l-għassa nfetħet għal inqas sigħat. Naturalment il-preżenza tal-pulizija f’din l-għassa tikkumplimenta r-ronda permezz ta’ vetturi tal-Pulizija u permezz ta’ dan kien possibli illi r-rapporti u ncidenti li ġew għall-konjizzjoni tal-pulizija f’din il-lokalita, ġew indirizzati. L-għassa ta’ Marsalforn kif irranġata hija wkoll fil-pjan tal-pulizija għall-meta jiġi estiż il-kunċett tal-pulizija tal-komunità f’Għawdex.

Servizz ta’ accomodation vessel

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar l-espressjoni ta' interess (MHSE /336 /2020) għas-servizz ta' Accomodation Vessel? Jista’ jgħid kemm tħallsu s’issa flus biex ingħata dan is-servizz u kemm-il ġurnata intuża dan is-servizz?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Sa issa l-pajjiż m’għamilx użu minn dan is-servizz. Dan hekk kif fl-aħħar xhur il-ħidma biex nipprevjenu l-wasliet ħalliet il-frott u kien hemm tnaqqis sostanzjali fil-wasliet. Il-prevenzjoni tal-wasliet tibqa’ fuq nett tal-aġenda tal-gvern bil-għan li titnaqqas il-pressjoni li l-immigrazzjoni rregolari titfa’ fuq pajjiżna.
Leg 13 PQ #17630 Sitting 409 2020-12-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Tender 'CALL-OFF FOR THE PROVISION OF ARCHITECTURAL PROFESSIONAL SERVICES RELATED TO ROADWORKS IN GOZO'

Question

Jista' l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender 'CALL-OFF FOR THE PROVISION OF ARCHITECTURAL PROFESSIONAL SERVICES RELATED TO ROADWORKS IN GOZO' li għalqet sena ilu jiġifieri fil-5 ta' Diċembru 2019? Jista’ jgħid jekk din it-tender ġietx evalwata u x'kien l-e¿itu tal-evalwazzjoni?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-CALL-OFF partikolari mhix qed tiġi proċessata [on-hold] peress li s-servizzi qed jingħataw minn uffiċjali pubbliċi fi ħdan il-Ministeru.

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – ħaddiema tal-kuntrattur

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta l-aħħar li ġew impjegati ħaddiema tal-kuntrattur fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? Kemm hu n-numru ta' dawn il-ħaddiema? X'tip ta' xogħol qed jagħmlu dawn il-ħaddiema fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? Kemm minnhom huma barranin u kemm minnhom huma ta' ċittadinanza Maltija? Jista jgħid mit-8 ta' Marzu 2013, xahar b'xahar, kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda tal-kuntrattur biex jaħdmu ġewwa l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? Kemm hu n-numru totali ta' ħaddiema tal-kuntrattur li fil-preżent qed jaħdmu fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u x'tip ta’ xogħlijiet qed jagħmlu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Intepellant illi l-aħħar li ġew impjegati ħaddiema tal-kuntrattur fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex kien f’Novembru ta’ din is-sena u ġew impjegati 7. Fil-preżent hemm 177 ħaddiema tal-kuntrattur li qed jaħdmu fl-istess sptar, li minnhom 21 huma barranin. Dawn il-ħaddiema huma carers, clerks u cleaners.
Leg 13 PQ #17362 Sitting 408 2020-12-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għajnsielem Għawdex – Triq Sant’Antnin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li Triq Sant' Antnin ġewwa Għajnsielem Għawdex li ġiet inawgurata mill-Prim Ministru fit-12 ta' Novembru 2020 u li intqal li 'sar investiment fuqha ta' madwar 2 miljun euro' meta għamlet l-ewwel ftit xita wara li ġiet inawgurata, spiċċat mgħarrqa bl-ilma?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Triq Sant’Antnin kienet ilha għexieren ta’ snin fi stat diżastruż u l-ebda Ministru fil-leġiżlaturi tal-imgħoddi ma għamel xejn sabiex jirranġaha, minkejja li kellna żewġ ministri minn Nadur li jgħaddu minnha ta’ kuljum. Illum, wara għexieren ta’ snin, in-Nadurin, Qalin u Għajnslemiżi għandhom aċċess dirett lejn il-Port tal-Imġarr bi triq li ġiet rikostruwita mill-qiegħ bis-servizzi kollha. Meta żviluppaw ħsarat minuri, dawn ġew irranġati f’temp ta’ 24 siegħa bi spejjeż il-kuntrattur. Dan huwa għall-kuntrarju ta’ proġetti substandard li saru f’amministrazzjoni Nazzjonalista, li għadna qed inbagħtu l-konsegwenzi tax-xogħol ħażin li sar sal-ġurnata tal-lum.