Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16623 u jgħid liema kienu l-proġetti li l-Malta Enterprise rnexxielha ġġib lejn Għawdex matul is-snin 2016, 2017, 2018, 2019 u 2020?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jaġġorna l-Kamra dwar 'TENDER FOR THE PROVISION OF PROJECT MANAGEMENT SERVICES FOR THE MANAGEMENT AND ADMINISTRATION OF CONTRACTS RELATED TO THE COMPLETION OF THE MULTI-MODAL HUB IN XEWKIJA (CfT CA Unique ID: MGOZ/MPU T 110/2020)' li ħarġet permezz tal-proċedura ‘Accelerated Opening’? Jista’ jgħid x’ser jiġri jekk din l-imsemmija tender tiġi kkanċellata?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan it-tender qiegħed fl-istadju ta’ aġġudikazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex ser ikun jikkonsisti x-xogħol li ntqal li ser isir fuq Triq Santa Marija fiż-żona viċin tal-Qbajjar u jekk hux ser tinbena mill-ġdid? Jista’ jgħid kemm ser ikun it-tul u wisa’ ta’ din it-triq li ser tiġi asfaltata, kemm-il kisja asfalt ħa tingħata u kemm ser tkun il-ħxuna ta’ kull kisja asfalt? Jista’ jgħid ukoll humiex ser jinbidlu s-servizzi ta' taħt din it-triq jew humiex ser isiru xi servizzi ġodda? Jista’ jgħid ukoll jekk hux ser isiru culverts għall-ilma tax-xita? Jista’ jgħid min ser ikun il-perit inkarigat minn dan ix-xogħol kif ukoll jgħid kemm hi ppjanata li tkun l-ispiża fuq din il-parti tat-triq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li se jsir resurfacing tal-parti minn din it-triq li tħalliet fi stat diżastruż tul s-snin l-imgħoddija minħabba nuqqas ta’ manutenzjoni u nuqqas ta’ investiment fl-infrastruttura f’Għawdex, f’amminstrazzjonijiet ta’ qabel 2013. Perit mill-Ministeru għal Għawdex hu inkarigat mix-xogħol.
Preżentament, qed isir investiment bla preċedent f’Marsalforn u l-madwar fosthom il-proġett tal-Menqa li tlesta diġa, it-tisbieħ tal-
waterfront
ta’ Marsalforn, it-triq li mir-Rabat twassal għal Marsalforn, kif ukoll it-triq li mix-Xagħra twassal għal Marsalforn.
Ministeru għal Għawdex – impjegati fil-gradi ġenerali tas-Servizz Pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fil-gradi ġenerali tas-Servizz Pubbliku skont il-grad fil-Ministeru tiegħu? Fejn hu l-post tax-xogħol tagħhom? Kemm hemm impjegati li mhumiex fil-gradi ġenerali tas-Servizz Pubbliku u qed jagħmlu xogħol tas-Servizz Ġenerali? Fejn hu l-post tax-xogħol tagħhom? X'xogħol qed jagħmlu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ddaħħlet taħdem taħt l-entitajiet u d-direttorati li jaqgħu taħtu, kemm impjegati direttament kif ukoll impjegati tramite kuntratturi, contract for service jew direct order li joffru servizz b'effett minn Jannar 2020 sal-lum? Jista' jagħti break down mil-liema lokalitajiet huma dawn il-persuni li ġew ingaġġati? Jista' jgħid f'kull każ x'inhu l-grad jew job description ta' dik il-persuna li ġiet ingaġġata?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-lista tal-pożizzjonijiet li mtlew fil-perjodu indikat tinsab hawn taħt. Il-ħaddiema ngaġġati direttament fl-entitajiet u d-direttorati jintagħżlu wara sejħiet pubbliċi mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku.
AWHD
Numru ta’ Impjegati
Grad / Pożizzjoni/Servizz
1
Manager I (Accounts & Finance)
1
Junior Legal Officer
1
Scientific Officer
1
Pharmacist
1
Legal Procurator
1
Assistant Director AWPSD
3
Veterinary Officer
1
Junior Veterinary Officer
1
Supervisor
2
Veterinary Support Officer
PUBLIC ABATTOIR
Numru ta’ Impjegati
Grad / Pożizzjoni/Servizz
8
Trainee Butchers
1
CCTV Operator
1
Manager Security Service
3
Cleaners
4
Maintenance
Governance of Agricultural Bio-resources
Numru ta’ Impjegati
Servizz
1
Data collection and clerical work
PITKALIJA
Numru ta’ Impjegati
Servizz
11
Crates Washers
1
Senior Coordinator
1
Coordinator
1
Office Administrator
1
Administrative Officer
1
Support Officer
1
Crates Washer
1
Legal Services
1
Security Services
STRATEGY AND SUPPORT
Numru ta’ Impjegati
Servizz
1
Information & Promotion Services
1
Stakeholder Consultancy Services
3
Plasterer, Carpenter & Stone Masonry Services
1
Carpenter & Stone Masonry Services
1
Electrician Services
1
Construction & Maintenance Jobs
2
Cleaning of drainage and cesspits
1
Renovation works
1
Mechanic Services
1
Office Attendant
1
Maintenance
2
Receptionist
1
Handyman
1
Courier
3
Cleaner
RURAL AFFAIRS DEPT
Numru ta’ Impjegati
Servizz
1
Agricultural Officer
1
Manager I
5
Project Officers
1
farmer
1
Project Administrator
1
Economics Officer
1
Receptionist
1
Customer Care Officer
CHIEF INFORMATION OFFICE
Numru ta’ Impjegati
Servizz
2
Senior Systems Administrators
ARPA
Numru ta’ Impjegati
Servizz
3
Auxiliaries għall-verifiki tal-pagamenti u l-accounts
2
Manager (Paying Agency)
4
Project Officer
1
Agricultural Officer
DFA
Numru ta’ Impjegati
Servizz
5
Landing Attendants
3
Tuna Attendants
1
Engineer
1
Fish Market Attendants
1
Clerks
2
Winch attendants
1
Legal Services
1
Warranted Electrical and Mechanical Engineer
1
TRAINEE MANAGER I - MANAGER I (ACCOUNTING & FINANCE)
7
ASSISTANT MANAGER (FISHERIES PROTECTION)
1
DIRECTOR (FISHERIES)
1
FIELD RECORDER
1
MANAGER II (ADMINISTRATION FISHERIES)
12
ASSISTANT MANAGERS (ADMINISTRATION FISHERIES)
1
PRINCIPAL SCIENTIFIC OFFICER
4
MANAGER I (FISHERIES PROTECTION)
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 17364 li oriġinarjament saret lil Ministeru għal Għawdex u issa ġiet riferuta lilha u tgħid x'inhuma r-raġunijiet u min hu responsabbli li Triq il-Pitkalija ġewwa x-Xewkija Għawdex, li saret ftit inqas minn sena ilu b'għaġġla kbira peress li kien ħa jiġi inawgurat il-Gozo Innovation Hub, eżatt minn ġa nofs it-triq u fejn hemm parti kbira minnha b'żewġ kisjiet tarmac (base course u wearing course) f'dawn l-aħħar ġranet għaddew trinka minnha? Tista’ tgħid għaliex din it-trinka ma saritx meta kienet qed issir it-triq? Tista’ tgħid ukoll jekk il-parti l-kbira tat-triq fejn hemm żewġ kisjiet tarmac hux ħa tingħata kollha kemm hi bit-tarmac jew inkella hux se tingħata tarmac fejn saret it-trinka biss?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li kien sar ix-xogħol imsemmi, dan il-cable sar meħtieġ biex jilqa’ għall-varjazzjonijiet tal-vultaġġ fil-punent tal-gżira liema varjazzjonijiet huma prinċipalment ikkawżati minn konċentrazzjoni ta’ vultaġġ għoli waqt l-installazzjonijiet fotovoltajiċi.
Ladarba l-permessi u l-approvazzjonijiet meħtieġa ġew fis-seħħ u l-kuntrattur ġie magħżul, l-Enemalta bdiet bix-xogħlijiet meħtieġa li bihom il-kundizzjonijiet tar-reinstatement meħtieġa u l-firxa ta’ dawn ġew determinati minn Transport Malta. Il-kundizzjonijiet meħtieġa minn TM jitolbu li għall-medda tat-trinka tiġi asfaltata nofs it-triq.
Port tal-Imġarr – dry standing area ġewwa ż-Żewwieqa — ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid ġewwa d-dry standing area ġewwa ż-Żewwieqa fil-Port tal-Imġarr kemm kien hemm ħaddiema imqabbdin mill-Ministeru għal Għawdex jaħdmu fiha?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Minister għal Għawdex ma kellux ħaddiema jaħdmu fid-Dry Standing Area peress li x-xogħol sar mill-kuntrattur.
Ministeru għal Għawdex – nefqa globali fuq l-overtime
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali fuq overtime f’kull Diviżjoni, Dipartiment, Awtorità jew fil-Ministeru stess mill-1 ta' Jannar 2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din id-domanda, maqsuma xahar xahar?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 18362 Ministeru għal Għawdex nefqa globali fuq l-overtime.pdf
Proġetti u programmi/inizjattivi kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18106 u 16776 li oriġinarjament saru lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u issa ġiet riferuta lilu u jagħti dettalji dwar il-proġetti u programmi/inizjattivi kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea ġewwa Malta u Għawdex separatament li bħalissa għaddej ix-xogħol fuqhom jew għadhom għaddejjin? Jista' jagħti l-valur totali, għal kull proġett jew programm/inizjattiva, ta’ kemm se jiġi jiswa u kemm minnu hu kofinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea? Jista' jgħid meta hu maħsub (xahar u sena) li jispiċċa kull proġett jew programm/inizjattiva?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur)fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) tistax tinvestiga jekk l-aġir tal-HSBC fejn pensjonanti qed jintalbu jiddepożitaw €1,200 fi żmien tliet xhur jew inkella jinkorru tariffa ta’ ħames euros fix-xahar tikkonstitwix unfair commercial practice taħt l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur Kap. 378?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Direttur Ġenerali jinvestiga kull unfair commercial practice taħt l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur (Kap. 378). L-aġir tal-HSBC imsemmi f’din il-mistoqsija parlamentari ma jikkonstitwix ksur taħt l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur (Kap. 378).
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-proġett propost fid-diversi baġits passati għal SME Hub ġewwa x-Xewkija Għawdex u jgħid liema hu l-Vot fil-Budget għas-sena 2021 għal dan l-imsemmi proġett?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onoroevoli Interpellant li fil-preżent għadhom għaddejjin diskussjonijiet mal-Awtorita’ tal-Ippjanar. Il-Vot li jirrigwarda lil dan il-proġett hu 7370.
Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data – passi kontra entitajiet pubbliċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-2020 s’issa jekk kienx hemm xi istanzi fejn il-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data ħa passi kontra xi entità pubblika minħabba ksur ta’ xi regoli dwar il-ħarsien tad-data? Jekk kien hemm, jista’ jgħid fil-front ta’ liema entitajiet pubbliċi u x’kienu l-passi li ttieħdu?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data (Kap. 586 tal-Liġijiet ta’ Malta) ma jobbligax lill-Kummissarju sabiex jippubblika d-deċiżjonijiet li jkun ħa, b’mod partikolari, li jiżvela l-ismijiet tal-kontrolluri tad-data, sia jekk dawn ikunu kumpaniji privati u sia jekk ikunu entitajiet pubbliċi.
Madankollu, minn Jannar tal-2020, l-Uffiċċju tal-Kummissarju beda jippubblika ċerta informazzjoni fir-rigward tad-deċiżjonijiet li jittieħdu kemm fil-każijiet ta’ ilmenti mressqa minn suġġetti tad-
data
u kif ukoll f’każijiet fejn il-kontrolluri stess jinnotifikaw lill-Kummissarju li jkun hemm ksur ta’
data
personali. Din l-informazzjoni tinsab disponibbli fuq dan il-
hyperlink
:
https://idpc.org.mt/decisions/
(kopja tal-iscreenshot qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra).
Mill-istatistika miġbura mill-Uffiċċju tal-Kummissarju, minn Jannar 2020 sa llum, il-Kummissarju rċieva total ta’ 480 ilment li huma meqjusa bħala ammissibbli minn suġġetti ta’
data
ai termini tal-artikolu 77(1) tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR), u minn dawn l-ilmenti, 35 minnhom saru kontra entitajiet pubbliċi. Fir-rigward ta’ notifiki li saru mill-kontrolluri tad-
data
skont l-obbligu tagħhom li jemerġi mill-artikolu 33 tar-Regolament, il-Kummissarju rċieva 101 notifika, u li 18 minnhom saru minn entitajiet pubbliċi.
Illi a bażi tal-investigazzjoni kondotta mill-Kummissarju, jekk jirriżulta li l-ipproċessar ta’
data
personali jikser il-provvedimenti tal-GDPR jew tal-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-
Data,
il-Kummissarju jieħu l-azzjoni korrettiva neċessarja li jidhirlu li hi xierqa a bażi tal-artikolu 58(2) tal-GDPR.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhu jagħmel il-Ministeru tiegħu biex Triq Sdieri, li ilha magħluqa diversi ġimgħat ġewwa l-Għarb Għawdex, terġa’ tinfetaħ għall-pubbliku? Jista’ l-Ministru jgħid fil-preżent, x’tip ta’ studji u monitoraġġ qed isiru dwar l-arkati li hemm taħt din l-imsemmija triq kif ukoll dwar il-ħitan ta’ din l-imsemmija triq biex jiddeterminaw x’tip ta’ xogħlijiet iridu jsiru u min qed jagħmilhom?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sar ix-xogħol neċessarju sabiex ma titkompliex il-ħsara fuq l-istruttura tat-triq u l-imsemmija arkati. Bħalissa għaddejjin diskuzzjonijiet interni dwar x’tip ta’ intervent ser isir biex terġa tinbena t-triq.
Ministeru għal Għawdex – ħaddiema taħt il-Permanent Secretary
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16999 u jgħid kemm kien hemm u fil-preżent hemm persuni li jaqgħu taħt ir-responsabilità tas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għal Għawdex li huma impjegati bħala Consultants, Persons of Trust, Position of Trust, Contract for Service , Customer Care Representatives OPM jew b'Direct Order sena b'sena u xahar b'xahar mill-10 ta' Marzu 2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Wage Supplement Scheme – applikazzjonijiet minn Għawdex
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 15667 u tgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet totali minn Għawdex taħt il-Wage Supplement Scheme? Kemm minn dawn kienu taħt Annex A u kemm minnhom taħt Annex B? Tista’ tgħid ukoll minn dawn l-applikazzjonijiet kemm ġew milqugħa? Tista’ tgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet minn Malta taħt l-istess skema u taħt Annex A u Annex B u allura x’persentaġġ ta’ applikazzjonijiet taħt l-istess skema kienu minn Għawdex?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinstab fit-tabella t’isfel.
Annex A
Gozo
Malta
Numru t’Applikazzjoniet
421
13,470
Impjieg full time
673
51,245
Impjieg part time
187
8,560
Persentaġġ t’applikazzjonijiet
3%
97%
Annex B
Numru t’Applikazzjoniet
94
2,627
Impjieg full time
410
17,210
Impjieg part time
22
1,269
Persentaġġ t’applikazzjonijiet
3.5%
96.5%
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16430 li ngħatat fis-7 ta' Ottubru 2020, jista’ l-Ministru jgħid sal-lum x'tip ta’ xogħlijiet oħra saru, meta saru, u f’liema toroq u lokalitajiet saru dawn ix-xogħlijiet permezz tat-tender (Framework agreement for the provision of general road works including the laying of asphalt to the Ministry for Gozo) (CfT CA Unique ID: MGOZ/MPU T 6/2020) li ġiet awarded fis-27 ta' Marzu 2020?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru m’għandux x’iżid mat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 16430.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) mill-bidu ta’ Jannar 2020 s’issa maqsuma, xahar b’xahar? F’kull każ jista’ jgħid jekk dawn sarux b’mod virtwali u jekk iva meta? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll kemm saru laqgħat tal-Kunsill għall-Affairjiet tal-Konsumatur mill-bidu ta’ Jannar 2020 s’issa, maqsuma xahar b’xahar? F’kull każ jista’ jgħid jekk dawn sarux b’mod virtwali u jekk iva meta?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor/ Interpellant li l-Bord tal-Gvernaturi iltaqa’ 11-il darba minn mindu nħatar f’April 2020. Dawn il-laqgħat saru kollha b’mod virtwali.
Il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur iltaqa’ 8 darbiet, bi 3 laqgħat minnhom ikunu b’mod virtwali.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru laqgħat tal-Bord tat-tmexxija tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) mill-bidu ta’ Jannar 2020 s’issa maqsuma xahar b’xahar? F’kull każ tista’ tgħid jekk dawn sarux b’mod virtwali u jekk iva meta?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Jannar 2020 sa Diċembru 2020 saru għaxar laqgħat, wahda kull xahar, għajr għal Marzu u Awwissu 2020 għar-raġunijiet imsemmija hawn isfel.
F’Jannar 2020 u Frar 2020 il-laqgħat saru fiżikament mill-uffiċċji tar-Regolatur.
F’Marzu 2020, għalkemm kien hemm data pjanata għal-laqgħa, din ma setgħetx issir minhabba d-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa dwar ir-ragruppament ta’ persuni fi spazju konfinat.
F’Awwissu 2020, il-laqgħa ma setgħetx issir minhabba li kien spiċċa t-terminu ta’ l-għadd tal-membri tal-Bord, sakemm inħatru membri godda.
Il-laqgħat minn April 2020 `il quddiem saru online, u kif ukoll fiżikament, b’mod kontrollat u in linea mad-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa, għal min deherlu li kellu jattendi b’mod fiżiku ġewwa l-uffiċċju.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat tal-Bord tal-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) mill-bidu ta’ Jannar 2020 s’issa maqsuma xahar b’xahar? F’kull każ jista’ jgħid jekk dawn sarux b’mod virtwali u jekk iva meta?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra
Artijiet li ser jiġu esproprjati fuq talba tal-Ministeru għal Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16774 u jgħid:
a. kemm artijiet ġew jew qegħdin fil-proċess li jiġu esproprjati fuq talba mill-Ministeru għal Għawdex, sena b'sena, mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
b. f'liema lokalitajiet f’Għawdex jinsabu l-artijiet esproprjati? u
c. l-użu li sar jew ser isir minn kull waħda minn dawn l-artijiet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2013 sal-lum ġew esproprijati dar u żewġ artijiet mill-Ministeru għal Għawdex. Dawn jinsabu, ir-Rabat, ix-Xagħra u Kerċem. Id-dar tar-Rabat ġiet espropriata fl-2015 u qiegħda isservi bħala uffiċini għad-Direttorat tal-Wirt Kulturali, filwaqt li ż-żewġ artijiet oħra ġew espropriati fl-2017 u fl-2019, rispettivament, biex jiġu preservati s-siti naturali. Min-naħa l-oħra, il-Ministeru għal Għawdex isottometta erba’ talbiet lill-Awtorita’ tal-Artijiet biex tiġi esproprijata biċċa art fix-Xagħra, biċċa art f’Kerċem, dar ir-Rabat u biċċiet ta’ art fit-Triq ta’ Marsalforn. Il-biċċa art fix-Xagħra, fi Triq ta’ Marsalforn u d-dar tar-Rabat se jservu biex tiġi mwessgħa triq, filwaqt li l-biċċa art l-oħra se tkun esproprijata biex jiġi preservat sit naturali.