Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #18904 Sitting 428 2021-02-16 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Triq li mir-Rabat twassal għal Marsalforn – testijiet fuq xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'tip ta' testijiet bdew isiru f'dawn l-aħħar ġranet f'partijiet differenti mit-triq li mir-Rabat twassal għall-Marsalforn? Jista’ jgħid min minn qed isir dan ix-xogħol ta' testijiet, fejn u meta ħarġet is-sejħa biex isiru dawn it-testijiet u kemm hu ppjanat li jiġu jiswew u għala qed isiru issa dawn it-testijiet?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħolijiet kollha li qegħdin isiru fit-Triq li mir-Rabat twassal għal Marsalforn huma kollha parti mit-tender CT3068/2019 u li ġiet awarded għas-somma ta’ Euro 8,942,640.87 (excl VAT).
Leg 13 PQ #18905 Sitting 428 2021-02-16 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

In-Nadur – Triq il-Ħanaq — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kien il-perit inkarigat mix-xogħol li sar mill-Ministeru tiegħu fuq Triq il-Ħanaq ġewwa n-Nadur? Jista' jpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq din it-triq u li ġie rilaxxat mill-perit inkarigat? Jista' jgħid kemm tħallas fuq ix-xogħol li sar fuq din it-triq u kemm dan l-ammont kien iżjed minn dak ippjanat fit-tender? Jista' jgħid jekk sarux testijiet fuq ix-xogħol li sar u f'liema laboratorju saru? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn it-testijiet fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarux testijiet, jista' jagħti r-raġuni għaliex ma sarux?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #18906 Sitting 428 2021-02-16 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Marsalforn – Project Leader tar-Riġenerazzjoni tal-Menqa u Promenade

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu l- Project Leader (isem, kunjom u grad ta' individwu) tal-Proġett ta’ Pavimentar u xogħol ieħor fir-Riġenerazzjoni tal-Menqa u fil-Promenade ta' Marsalforn?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-fazijiet inizjali tal-proġett kien hemm Perit li ġie nkarigat mill-Ministeru għal Għawdex. Sussegwentament l-proġett gie fdat f’idejn Perit li huwa uffiċjal fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.
Leg 13 PQ #18907 Sitting 428 2021-02-16 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ix-Xewkija Għawdex – Triq il-Pitkalija — asphalt

Question

Peress li f'dawn l-aħħar ġimgħat l-Enemalta lestiet ix-xogħol fi Triq il-Pitkalija fix-Xewkija Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat (jagħti x-xahar u s-sena) li tingħata t-tieni kisja asphalt (wearing course) lil Triq il-Pitkalija ġewwa x-Xewkija Għawdex li parti kbira minnha ilha iktar minn sena b'kisja waħda ta' asphalt?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol mistenni jsir fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 13 PQ #18908 Sitting 428 2021-02-16 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Marsalforn – Proġett tal-Menqa – refurbishment ta’ latrina pubblika

Question

B'referenza għall-inawgurazzjoni li saret mill-Ministru għal Għawdex fil-5 ta' Novembru 2020 tal-proġett tal-Menqa ta' Marsalforn, jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet għaliex l-uniku latrina pubblika li hemm ġewwa l-area tal-Menqa għadu ma sarilhiex refurbishment u dan minkejja li din l-istess latrina ilha iktar minn sena magħluqa u ma tistax tiġi użata mill-pubbliku peress li hija fi stat ħażin ħafna? Jista’ jgħid f’liema xahar u sena hija ppjanata li din il-latrina ssirilha refurbishment u terġa’ tinfetaħ għall-pubbliku?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fuq din il-latrina beda u qiegħed isir mill-ħaddiema tal-Gvern.
Leg 13 PQ #18784 Sitting 427 2021-02-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali għal Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid: 1) min huma ċ-Chairperson u membri tal-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali għal Għawdex u kemm hi r-remunerazzjoni ta' kull membru? 2) kif ġew magħżula dawn il-membri? 3) kemm hu l-budget tal-istess Awtorità għas-sena 2021? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-budget kif approvat mill-istess Awtorità li juri kif qed tipproġetti l-infiq u dħul tagħha fis-sena kurrenti? 4) kemm kienet in-nefqa ta' din l-Awtorità fis-sena 2020 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont ta' din in-nefqa? 5) kemm hemm impjegati ma’ din l-Awtorità fil-preżenti u x’inhu l-grad tagħhom?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-komposizzjoni tal-Bord hi kif indikat fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra. Ir-renumerazzjoni taċ-Chairman hija ta’ 30% ta’ Skala 4, filwaqt li dik tal-membri hija ta’ 11 % ta’ Skala 4.
Leg 13 PQ #18898 Sitting 427 2021-02-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

MFSA – penalitajiet amministrattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-bidu tal-operat tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) s’issa, kemm imponiet penalitajiet amministrattivi l-MFSA (irrespettivament tal-mod kif deskritti) maqsuma sena b’sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella hawn taħt. Minħabba l-ammont ta’ zmien li għadda l-Awtorità tista’ tagħti informazzjoni dwar penalitajiet amministrattivi imponuti mis-sena 2011 il-quddiem. Ta’ min jinnota li fis-snin 2013 u 2015, l-MFSA ma ħarġet l-ebda penali amministrattivi. L-MFSA għanda l-poter li timponi diversi azzjonijiet ta’ infurzar skont il-liġijiet applikabbli u mhux penalitajiet amministrattivi biss. SENANUMRU TA' PENALITAJIET AMMINISTRATTIVIAMMONT 20112€347,816 20123€237,868 20130€0 20141€25,000 20150€0 20162€77,500 20179€686,774 20186€433,339 20196€54,000 202019€975,462 Informazzjoni rigward kull azzjoni ta’ infurzar meħuda mill MFSA hija disponibbli pubblikament fuq is-sit tal-MFSA skont l-Artikolu 16(8) tal-Att dwar l-Awtorità’ għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta u wkoll skont l-Publication policy tal-Awtorità’.
Leg 13 PQ #18899 Sitting 427 2021-02-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Il-Qala – Triq il-Wardija – trinka tad-drenaġġ

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17271, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jitkompla x-xogħol infrastrutturali fuq Triq il-Wardija fil-Qala peress li r-residenti ilhom diversi xhur ibatu minn inkonvenjent kbir, wara li saret trinka tad-drenaġġ f’din it-triq u issa hija fi stat ħażin ħafna? Jista’ jgħid ukoll fiex waslu d-diskussjonijiet mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma sabiex tinbidel is-sistema tad-drenaġġ?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ntlaħaq ftehim mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma sabiex tinbidel is-sistema tad-drenaġġ.
Leg 13 PQ #18900 Sitting 427 2021-02-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — items of expenditure

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17262 u jgħid kemm kienet in-nefqa taħt kull item of expenditure għas-sena 2020 sew kapitali kif ukoll rikorrenti tal-Ministeru tiegħu? Kemm hu l-ammont kommess għan-nefqa taħt kull item u li s'issa għadu ma tħallasx? Saru xi trasferimenti ta' fondi minn item għal ieħor u jekk iva kemm kien dan l-ammont?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Għawdex – Għasri – Triq il-Lanterna – xogħlijiet — permessi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet kollha li bdew f'dawn l-aħħar xhur fil-parti ta' fuq ta' Triq il-Lanterna, it-triq li twassal għall-Fanal tal-Ġordan ġewwa l-Għasri Għawdex, għandhomx il-permessi kollha meħtieġa tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) u tal-Awtorità tal-Ippjanar (PA) u jekk iva jista’ jgħid meta nħarġu dawn il-permessi u jpoġġihom kollha fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet fuq it-triq li twassal għall-Fanal tal-Ġordan jikkonsistu minn rikostruzzjoni ta’ triq eżisteni fejn tali xogħol huwa meqjus bħala żvilupp permess skont Klassi 3 fl-Ewwel Skeda tal-Liġi Sussidjaraja numru 552.08. Għall-kwalunkwe informazzjoni ulterjuri dwar dawn ix-xogħlijiet nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #18902 Sitting 427 2021-02-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Toroq ġodda f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17633 u jgħid kemm-il kilometru ta’ toroq ġodda jew bini mill-ġdid ta’ toroq saru matul is-sena 2020, kif ukoll jgħid: (a) kemm minnhom kienu toroq arterjali u distributorji; (b) kemm minnhom tlestew kompletament u liema minnhom għadhom mhux lesti; (c) f'każ ta' dawk it-toroq li għadhom mhux lesti, x'persentaġġ ta' xogħol fadal u meta jaħseb li ser jitlesta dan ix-xogħol; (d) x'tip ta' servizzi nbidlu (dawl, mains tal-ilma tax-xorb, mains tad-drenaġġ, eċċ.); (e) fejn saru water culverts u x'tulijiet ta' water culverts saru f'kull triq; (f) fejn saru walk through culverts u x'tulijiet saru ta' walk through culverts f'kull triq; (g) fejn saru bankini ġodda u gutters u x'tulijiet saru ta' bankini ġodda u gutters f'kull triq; u (h) kemm kien stmat li tiġi tiswa’ kull triq u kemm fil-fatt ġiet l-ispiża?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li saru ħafna xogħlijiet u sabiex wieħed jiġbor din il-massa ta’ informazzjoni tirrikjedi ħafna mir-riżorsi tal-Ministeru, nitolbu sabiex ikun aktar speċifiku fuq liema triq irid l-informazzjoni mitluba.
Leg 13 PQ #18659 Sitting 426 2021-02-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Diviżjoni Strateġija u Support – nefqa ta’ flus

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus mid-Diviżjoni Strateġija u Support fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex mill-1 ta' Jannar 2020 sal-lum? Jista' jagħti lista ta' kull pagament li sar mill-vot tad-Diviżjoni Strateġija u Support mill-1 ta' Jannar 2020 sal-lum u għal xiex sar kull pagament? Jista' jgħid f'kull każ jekk il-pagament sarx wara direct order, call for quotations jew tender u lil min ingħata bħala kumpanija jew individwu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din id-divizjoni tkopri diversi direttorati u sezzjonijiet fil-Ministeru għal Għawdex u għalhekk nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.
Leg 13 PQ #18660 Sitting 426 2021-02-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – post ta’ assistant foreman (Agriculture)

Question

B'referenza għas-sejħa li ħarġet internament f’dawn l-aħħar ġimgħat mill-Ministeru għal Għawdex għal Post ta' Assistant Foreman (Agriculture), jista’ l-Ministru għal Għawdex jgħid fil-ġimgħat li ġejjin skont il-Capacity Building (HR Plan) approvat għas-sena 2021, kemm hemm ippjanati li jingħataw promozzjonijiet internament mal-Ministeru għal Għawdex ta' Assistant Foreman (Agriculture) u jekk humiex ħa jaqdu d-dover tagħhom fid-Direttorat tar-Rural Directorate?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għandu vakanza waħda f'dan il-grad. Il-persuna li tiġi appuntata ser taqdi dmirijietha skont il-ħtiġijiet tas-Servizz Pubbliku.

Scheduled Sea Ferry Service bejn Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar is-Scheduled Sea Ferry Service bejn Malta u Għawdex u jgħid f'liema xahar u sena hu ppjanat li terġa’ toħroġ it-tender mill-ġdid?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa il-Ministeru qed jaħdem fuq sejħa ġdida għal servizz bejn Malta u Għawdex. Huwa ppjanat li din is-sejħa tkun tista’ toħroġ fix-xhur li ġejjien.
Leg 13 PQ #18698 Sitting 426 2021-02-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Xiri tar-raba’ vapur tal-Gozo Channel

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar f’liema xahar u sena hu ppjanat li toħroġ it-tender biex jinxtara r-raba' vapur tal-Gozo Channel u jgħid liema hu l-Vot fil-Budget għas-sena 2021 għal dan l-iskop?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija Gozo Channel Operations Ltd qiegħda taħdem fuq dan it-tender. Bħalissa qed isiru l-preparamenti u d-drafting tat-tender biex il- kumpanija tkun tista tixtri jew tikri vapur ieħor. Peress li dan il-proċess jinkludi l-ħtieġa li jiġu kkonsultati rapporti tekniċi, il-kumpanija ma tistax tgħid eżatt meta se joħroġ dan it-tender.

Infrastructure Malta – xogħlijiet ta’ emerġenza fit-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn meta ilha mwaqqfa Infrastructure Malta, kemm saru xogħlijiet ta' emerġenza fit-toroq f'Malta u Għawdex maqsuma lokalità b'lokalità u sena b'sena? Jista’ jgħid ukoll fiex kienu jikkonsistu dawn ix-xogħlijiet u kemm kienet l-ispiża lokalità b'lokalità ġewwa Malta u Għawdex?

Response (BORG, IAN)

Infrastructure Malta twaqqfet fl-2018 sabiex tilħaq il-mira tal-Gvern li jagħti spinta kbira ‘l quddiem lill-infrastruttura f’pajjiżna, wara li għal snin twal tħalliet mingħajr l-investiment meħtieġ għall-manutenzjoni u l-iżvilupp neċessarju biex tibqa’ tilqa’ għall-ħtiġijiet tal-iżvilupp soċjali u ekonomiku ta’ pajjiżna. Minn meta twaqqfet, l-aġenzija kellha tiffaċċja sitwazzjoni fejn ħafna toroq kienu fi stat ħażin ħafna, b’mijjiet ta’ talbiet minn kunsilli lokali u entitajiet oħra sabiex tibni mill-ġdid u tirranġa toroq li kienu qed joħolqu periklu għal dawk li jgħaddu minnhom, u għar-residenti li għalihom din l-infrastruttura tfisser l-ambjent li jgħixu fih ta’ kuljum quddiem djarhom. Fl-istess waqt, l-aġenzija għandha wkoll l-obbligu statutorju li fejn ikun hemm infrastruttura li qed tpoġġi saħħet il-pubbliku f’riskju, tintervjeni minnufih bit-tiswijiet u t-titjib meħtieġ. Din is-sitwazzjoni hija r-realtà tat-toroq f’pajjiżna f’dawn l-aħħar snin. Sabiex tilqa’ għal ħidma daqstant kbira, u biex tagħti infrastruttura aħjar lil ħafna persuni li kien ilhom snin jokorbu għal titjib fit-toroq tagħhom, l-aġenzija qed tinvesti b’aktar minn €100 miljun fis-sena, mhux biss fi proġetti ta’ titjib fit-toroq arterjali, bħal m’huma l-Marsa Junction Project, il-pontijiet pedonali u għaċ-ċiklisti f’Ħal Luqa, Kordin u Blata l-Bajda, u Central Link Project, iżda wkoll sabiex tibni mill-ġdid u tagħmel manuntenzjonijiet u tiswijiet urġenti f’ħafna toroq residenzjali, rurali u sekondarji oħra. Tista’ tgħid li din il-ħidma kollha hija ħidma t’emerġenza li trid issir mill-aktar fis, sabiex fl-iqsar żmien possibbli, pajjiżna jkollu infrastruttura b’livelli għoljin ta’ kwalità, sigurezza, sostenibilità u effiċjenza, hekk kif jixraqlu. Ninsab ċert li jekk tistaqsi lir-residenti ta’ toroq li ilhom snin twal jgħixu bil-bankini u t-toroq quddiem djarhom imkissrin, jew lil dawk li ta’ kuljum jgħaddu minn toroq traffikużi biex jaslu x-xogħol, ilkoll jgħidulek li għalihom ix-xogħol meħtieġ fit-toroq li jużaw huwa ta’ emerġenza u priorità, sabiex ikun lest mill-aktar fis u jonqsu r-riskji lilhom u lil qrabathom. Fil-fatt, f’inqas minn tliet snin minn meta twaqqfet, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’madwar 500 triq. Matul l-2020 bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali u bħalissa għaddejjin xogħlijiet f’għexieren ta’ toroq oħrajn. Din il-ħidma bla heda ser tkompli sabiex mingħajr dewmien bla bżonn, ħafna aktar familji jkollhom ambjent isbaħ quddiem djarhom. Infurmat li ħidma sfiqa għal toroq aħjar għaddejja wkoll f’Għawdex, iżda aktar tagħrif dwar dan jista’ jinkiseb mill-Ministeru konċernat.
Leg 13 PQ #18783 Sitting 426 2021-02-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Mitħna tax-Xewkija – nefqa fuq restawr

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa totali fuq ir-restawr tal-Mitħna tax-Xewkija? Jista’ jgħid minn din in-nefqa kemm minnhom kienu minn fondi Ewropej? Jista’ jgħid x’inhuma l-ġranet u ħinijiet tal-ftuħ ta’ din il-Mitħna għall-pubbliku? Jisa’ jgħid f’idejn min ġie fdat l-amministrazzjoni ta’ dan is-sit? Jista’ jgħid jekk id-dħul fil-Mitħna hux b’xejn?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa totali fuq ir-restawr tal-Mitħna tax-Xewkija kien ta’ €454,463.82, li minnhom €267,502.66 kienu minn fondi Ewropej. Id-dħul fil-Mitħna se jkun b’xejn.
Leg 13 PQ #18420 Sitting 425 2021-02-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – ingaġġ ta’ Labourers

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16894 jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ippjanati li jiddaħħlu ħaddiema ġodda maċ-Ċivil fil-grad ta’ Labourers fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex matul is-sena 2021? Jista’ jgħid dawn il-ħaddiema humiex ħa jiddaħħlu wara sejħa pubblika li tiġi ppubblikata fuq il-Gazzetta tal-Gvern?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru jingaġġa ħaddiema fil-grad ta’ Labourer skont ir-regoli taċ-Ċivil. Il-Ministeru jimpjega ħaddiema skont l-esiġenzi tad-Direttorati rispettivi tiegħu.
Leg 13 PQ #18421 Sitting 425 2021-02-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – HR Plan

Question

Jista’ Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-HR Plan għas-sena 2021 tal-Ministeru għal Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-HR Plan huwa dokument ta’ ħidma interna li jaddatta skont l-esiġenzi amministrattivi.
Leg 13 PQ #18620 Sitting 425 2021-02-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Tender – varjazzjonijiet

Question

B'referenza għat-tender bin-numru CT2263/2018 'Paving and embellishment works at St Francis Square, Victoria, Gozo' li ġiet awarded għall-prezz ta' €2,184,823.34, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm varjazzjonijiet fuq din l-imsemmija tender u jekk iva jgħid kemm huma bħala somma ta' flus dawn il-varjazzjonijiet? Jista’ jgħid jekk ix-xogħol kollu relatat ma’ din it-tender tlestiex kollu u jekk le x'fadal isir? Jista’ jgħid ukoll jekk ix-xogħol kollu rikjest minn din it-tender ġiex iċċertifikat u jekk iva jpoġġi ċ-ċertifikazzjonijiet kollha fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ varjazzjonijiet marbuta ma’ dan il-proġett u li huma approvati mid-Dipartiment tal-Kuntratti jlaħħqu l-ammont ta’ €604,880.67c.