B’referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet li saret fl-aħħar ġranet ta’ Awwissu 2020 rigward proġett ta’ iktar minn żewġ miljun euro ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea għar-riabilitazzjoni tal-Wied tar-Ramla fejn kien intqal li kellu jibda x-xogħol, jista’ l-Ministru jgħid jekk bediex dan ix-xogħol fuq dan il-proġett u jekk iva x’sar sa issa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sar xogħol fuq id-disinn tal-istruttura tal-ħitan tas-sejjieħ li se jinbnew. Dawn id-disinni ivarjaw skont l-għoli tal-ħamrija minn mal-wiċċ tal-blat u ivarjaw ukoll minn parti għal oħra. Dawn id-disinni issa tlestew u x-xogħlijiet mistennija jibdew fil-ġranet li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender 'Tender to Finish, Furnish, Equip, Operate, Manage, Maintain and Transfer Back Dar San Ġużepp, Għajnsielem, Gozo as a Long Term Care Facility for Elderly with Environmental Friendly items' (CfT CA Unique ID: CT2281/2019) li għalqet fit-22 ta' Settembru 2020 u jgħid fiex wasal il-proċess ta' evalwazzjoni ta' din l-imsemmija tender u meta hu maħsub li tiġi awarded din it-tender u tibda tiġi imwettqa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tender qiegħed fi stadju ta’ evalwazzjoni.
Indis Malta – proġetti fix-Xewkija Industrial Estate
Question
Tista’ l-Ministru tgħid xi proġetti Infrastrutturali saru u kemm ġew jiswew minn Indis Malta ġewwa x-Xewkija Industrial Estate matul is-sena 2020 u xi proġetti infrastrutturali hemm ippjanati li jsiru minn Indis Malta matul is-sena 2021 ġewwa x-Xewkija Industrial Estate u kemm huma ppjanati li jiġu jiswew?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għal Għawdex – Post ta’ Foreman (Agriculture)
Question
B'referenza għas-sejħa li ħarġet internament f’dawn l-aħħar ġimgħat mill-Ministeru għal Għawdex għall-Post ta' Foreman (Agriculture), jista’ l-Ministru jgħid fil-ġimgħat li ġejjin skont il-Capacity Building (HR Plan) approvat għas-sena 2021, kemm hemm ippjanat li jingħataw promozzjonijiet internament mal-Ministeru għal Għawdex ta' Foreman (Agriculture) u jekk dawn meta jiġu maħtura humiex ser jaqdu d-dover tagħhom fir-Rural Directorate?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li nirreferieh għall-mistqosija parlamentari 18390, ninfurmah ukoll li meta toħroġ sejħa, dan il-Ministeru jkun evalwa l-ħtiġijiet tad-Direttorati rispettivi tiegħu u jaħtar persuna/i biex jissodisfaw u jaqdu dmirijiethom għat-tali sejħa u esiġenzi.
Ministeru għal Għawdex – Direttorat tal-Maintenance and Restoration – flus minfuqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus mid-Direttorat tal-Maintenance and Restoration fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex mill-1 ta' Jannar 2020 sal-lum? Jista' jagħti lista ta' kull pagament li sar mill-vot tal-Maintenance and Restoration mill-1 ta' Jannar 2020 sal-lum u għalxiex sar kull pagament? Jista' jgħid f'kull każ jekk il-pagament sarx wara direct order, call for quotations jew tender u lil min ingħata bħala kumpanija jew individwu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Triq Sant Antnin Għajnsielem u Triq Mġarr fin-Nadur – Project Leader
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kien u min hu l-Project Leader (isem, kunjom u grad ta' individwu) tal-proġett ta' rikostruzzjoni ta' Triq Sant Antnin ġewwa Għajnsielem u Triq Mġarr fin-Nadur?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Project Leader kien uffiċċjal tal-Ministeru ta’ Għawdex.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-Master Plan għar-riġenerazzjoni tax-Xlendi u jgħid x'sar fil-konkret f'dawn l-aħħar sitt xhur u jpoġġi d-dokumenti li juru x'sar f'dawn l-aħħar sitt xhur?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qegħdin isiru konsultazzjonijiet mal-Entitajiet ikkonċernati dwar ir-riġenerazzjoni tal-parkeġġ.
Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta – kanċellazzjonijiet ta’ liċenzji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-bidu tal-operat tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) s’issa, kemm imponiet kanċellazzjonijiet ta' liċenzji l-MFSA (irrespettivament tal-mod kif deskritti) maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid mill-bidu tal-operat tal-MFSA s’issa, kemm imponiet deċiżjonijiet ta' "not fit and proper" lil individwi maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid mill-bidu tal-operat tal-MFSA s’issa, kemm-il darba l-MFSA offriet xi tip ta' settlement lil license holders maqsuma sena b’sena? F'kemm-il ċirkostanza ġew aċċettati tali offerti ta' settlements mil-license holders li lilhom kienet magħmula din l-offerta, maqsuma sena b'sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jaġġorna dwar it-tender IM005/2020 Establishment of a Dynamic Purchasing System for the Construction and maintenance of roads in different localities in Malta and Gozo u jgħid ukoll x'toroq saru jew qed isiru permezz ta' din it-tender ġewwa Għawdex u x'toroq hemm ippjanati li jsiru permezz ta' din it-tender fil-ġimgħat li ġejjin ġewwa Għawdex?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru ikkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti t-tender li ħarġet reċentement mill-Ministeru tiegħu li hi 'Tender for the services for the refrigerated transport of biological animal samples and microbial samples from the Civil Abattoir Gozo to designated laboratories in Malta' MGOZ/MPU T 101/2020? Jista’ jgħid ukoll min fil-passat kien jagħmel dan is-servizz u min fil-preżent qed jagħti dan is-servizz?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tender li ħarġet riċentament mill-Ministeru ta’ Għawdex, ‘Tender for the services for refrigerated transport of biological animal samples and microbial samples from the Civil Abattoir Gozo to designated laboratories in Malta’, hi kruċjali biex jitwasslu kampjuni ta’ oriġini mill-annimali lejn laboratorji f’Malta.
Dawn il-kampjuni, li jiġu ittestjati għal ċertu mard li jista jkun ta’ periklu għas-saħħa tal-bniedem, jittieħdu b’konformita’ mal-liġijiet Ewropej u huma kruċjali biex jiġi aċċertat li l-prodott li jasal għand il-konsumatur jkun ġenwin.
Fost il-kampjuni li jiġu meħuda jinkludu, kampjuni tad-demm mill-baqar, nagħaġ u mogħoż; kampjuni minn irziezet tat-tiġieġ; kampjuni mill-majjal; kampjuni mill-ambjent tal-biċċerija; kampjuni tal-ilma; u kif ukoll kampjuni minn fuq il-karkassi.
L-imsemmija kampjuni jridu jiġu ttestjati f'laboratorji akkreditati li jinsabu f’Malta. Biex dawn il-kampjuni jitwasslu Malta, is-servizz ta’ bejn il-gżejjer jiġi provdut permezz ta’ Courier Service. Fil-passat dan is-servizz kien jiġi provdut minn Gozo Express Couriers u fil-preżent qed jiġi provdut minn DEN Express Couriers.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-raġunijiet li iktar minn sena wara l-inawgurazzjoni tal-Pjazza tax-Xewkija, il-cables tad-dawl baqgħu mwaħħlin mal-faċċati tad-djar u bini ieħor li jinsab ġewwa l-Pjazza tax-Xewkija u ma ġewx mgħoddija mill-Walk Through Culverts li saru apposta għal dawn il-wires?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tender għal dawn ix-xogħolijiet f’din il-pjazza kif ukoll possibilment għal areas oħra, qiegħda tiġi abbozata sabiex imbagħad tkun tista’ tiġi ippublikata.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar tender li ħarġet permezz ta' Negotiated Procedure mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għal Għawdex ftit tax-xhur ilu li hu 'Negotiated Procedure for the integrated specialised design and engineering services for the upgrading and redevelopment of the Gozo Airfield Infrastructure in Xewkija, Gozo'? Jista’ jgħid fiex jikkonsisti dan il-proġett u jgħid kemm hu l-vot fil-Budget għas-sena 2021 għal dan il-proġett?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Din il-proċedura nnegozjata saret għal studji relatati mat-titjib tal-helipad u r-runway eżistenti.
Jista' l-Ministru jgħid, fid-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm hu l-ammont pendenti li għandu jitħallas mill-Qorti tal-Maġistrati Għawdex lill-esperti inkarigati mill-istess Qorti kemm fl-inkjesti kif ukoll fil-kawżi? Jista' jgħid ukoll f'kull każ, kemm hu l-ammont li għandu jieħu kull espert nominat minn din il-Qorti?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-25 ta’ Frar 2021.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti li saru dwar il-Binja tal-Qorti ta' Għawdex mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) u mill-Kummissjoni għad-Drittijiet għall-Persuni b'Diżabilità (CRPD) wara spezzjoni li għamlu dawn l-istess Awtorità/Kummissjoni fl-aħħar ġimgħat fil-Qorti ta' Għawdex?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li r-rapporti tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) u tal-Kummissjoni għad-Drittijiet għall-Persuni b’Diżabilità (CRPD) ma jistgħux jiġu ppreżentati minħabba kawża pendenti relatata.
Wara li dawn jiġu ppre¿entati fil-proċeduri ta’ din il-kawża jkunu jistgħu jitqiegħdu fuq il-mejda tal-Kamra.
B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 19157, jista’ l-Ministru jelabora dwar ‘il-modi differenti kif l-għaqdiet reġistrati jkomplu jissaħħu għall-benefiċċju tal-konsumatur’ , u jekk f’dan ir-rigward hemmx il-ħsieb li ssir konsultazzjoni pubblika kif issuġġerit fl-istess mistoqsija parlamentari 19157?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħidma hija relatata m’għajnuna sabiex l-għaqdiet reġistrati jaċċessaw fondi tal-Unjoni Ewropeja immirati għal dawn it-tip t’organizazzjonijiet. Dan se jsir b’ kooperazzjoni mall-MEUSAC.
Reġistrazzjoni ta’ residenza minn Malta għal Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni li ttrasferew ir-reġistrazzjoni tar-residenza tagħhom minn Malta għal Għawdex mill-1 ta' Jannar 2013 sal-lum, qed jaħdmu f'Għawdex illum?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li Jobsplus ma’ jkollhiex informazzjoni dwar kemm kien hemm persuni li ttrasferew ir-reġistrazzjoni tar-residenza tagħhom minn Malta għal Għawdex.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18898, jista’ l-Ministru jgħid fir-rigward tas-sena 2017 kemm mill-penalitajiet amministrativi mposti għal dik is-sena, fattwalement ġew miġbura mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA)? U x’kienet ir-raġuni, jekk parti jew l-ammont kollu s’issa ma ġiex miġbur?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-total ta’ penalitajiet amministrattivi mponuti f’din is-sena kienu disgħa (9), li ammontaw għas-somma totali ta’ € 686,774 u l-ebda waħda minnhom ma’ ġiet appellata.
Tmienja (8) minn dawn il-penalitajiet amministrattivi ġew imħallsa filwaqt li multa waħda baqat ma tħallsitx minkejja li l-MFSA ħadet passi biex tirkupra l-ammont dovut.
Tender for Finishing Works including the use of Environment Friendly Paint Material at Villa Lauri
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17128 jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender 'CT2423/2019 - Tender for Finishing Works including the use of Environment Friendly Paint Material, at Villa Lauri, Valley Road Birkirkara' li għalqet fis-7 ta' Lulju 2020 u jgħid fiex wasal il-proċess biex din l-imsemmija tender tiġi awarded?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tender qiegħed fi stadju ta’ evalwazzjoni.
Għawdex – Għasri – Triq il-Lanterna – xogħlijiet — permessi
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18901 rigward permessi għal xogħlijiet fi Triq il-Lanterna ġewwa l-Għasri fejn intqal minnek 'li x-xogħlijiet fuq it-triq li twassal għall-Fanal tal-Ġordan jikkonsistu minn rikostruzzjoni ta’ triq eżisteni fejn tali xogħol huwa meqjus bħala żvilupp permess skont Klassi 3 fl-Ewwel Skeda tal-Liġi Sussidjarja numru 552.08.' jista’ l-Ministru jispjega x'inhuma r-raġunijiet li saret applikazzjoni quddiem il-PA bin-numru DS/00285/20 'To Sanction new works and the removal of dangerous structures, including cascading road structure, retaining walls, and rubble walls and shoring of the same structures and rebuilding of rubble walls to capture falling debris' mill-Ministeru għal Għawdex u l-permess meħtieġa għadhom ma ħarġux? Jista’ jgħid fiex kienu jikkonsistu dawn in-'New Works' li saru bla permess?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dan il-każ ma kienx hemm il-ħtieġa ta’ tali applikazzjoni tenut tal-fatt li tali ¿vilupp huwa meqjus bħala żvilupp permess u kien hemm il-ħtieġa li jsiru interventi b’urġenza minħabba sigurtà pubblika, xogħlijiet li huma ukoll mhux meqjusa bħala żvilupp skont l-Artikolu 70 tal-Att VII tal-2016. Infakkar li t-triq kienet fi stat prekarju u bi ħsarat strutturali sostanzjali, inkluża ħsara fil-bażi u l-ħitan li fuqhom kienet qed isserraħ l-istess triq, kif joħroġ mill-applikazzjoni ta’ ‘dangerous structure’ DS/00285/20.