Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #19932 Sitting 443 2021-03-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għarb – Triq Franġisk Portelli – tieni kisja ta’ tarmak

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir it-tieni kisja ta' tarmak fi Triq Franġisk Portelli fl-Għarb, Għawdex peress li qabel is-sajf u eżattament f’Mejju 2016 il-Ministru għal Għawdex ta' dak iż-żmien kien wieġeb il-mistoqsija parlamentari 25805 u qal li dan kien se jsir fil-futur qarib u issa diġà għaddew kważi 4 snin minn dik id-data u dan ix-xogħol baqa' ma sarx? Jista’ jgħid x'inhu jżomm il-Ministeru għal Għawdex milli jagħti t-tieni kisja tarmak lil din it-triq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru se jibqa’ għaddej bil-ħidma infrastrutturali bla preċedent sabiex itejjeb it-toroq arterjali, residenzjali u rurali madwar Għawdex.

Għawdex — għases

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-għases kollha li hemm f'Għawdex? Jista' jgħid fil-każ ta' kull għassa, kemm hemm pulizija assenjati fiha u kemm huwa l-persentaġġ ta' ħin fil-ġimgħa li tkun miftuħa? Jista' jgħid liema minn dawn l-għases għandhom sistema ta' computer u IT b' konnessjoni mas-sistema ċentrali tal-Pulizija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

F’Għawdex hemm 18 -il għassa li huma fil-lokalitajiet ta’: Victoria, Mġarr, Xlendi, Marsalforn, Mġarr Marina, Xagħra, Nadur, Xewkija, Għajnsielem, Sannat, Qala, Kerċem, Għarb, Żebbuġ, Munxar, San Lawrenz, Għasri u f’Kemmuna. 13 -il għassa minnhom għandhom sistema ta’ konnessjoni mal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija. Fuq xogħol distrettwali hemm tnejn u sittin (62) ufficjali tal-Pulizija li jirraportaw fl-għassa ta' Victoria minn fejn jitqassmu biex ikopru d-diversi lokalitajiet u r-rondi meħtieġa abbażi tal-politika li biha qed jimxi l-Korp tal-Pulizija. F’dan ir-rigward nistienden lill-Onor. Interpellant iħares lejn il-mistoqsija Parlamentari 19943, li għamel il-kollega tiegħu stess, dwar l-għases madwar Malta u Għawdex, fejn propju jumejn ilu tajt it-tweġiba tiegħi
Leg 13 PQ #19743 Sitting 442 2021-03-17 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Marsalforn – parking — tarmak

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta, xahar u sena, skont il-prijoritajiet tal-Ministeru għal Għawdex huwa ppjanat li dik il-parti tal-parking f’Marsalforn li għadha bil-wiċċ taż-żrar, tiġi miksija bit-tarmak?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jista’ japprezza x-xogħol estensiv fl-infrastruttura, nkluż dik ta’ Marsalforn. Il-parti msemmiegħa issir fiż-żmien opportun.

Indis Malta – proġetti fix-Xewkija Industrial Estate

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19515 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid xi proġetti Infrastrutturali saru u kemm ġew jiswew minn Indis Malta ġewwa x-Xewkija Industrial Estate matul is-sena 2020 u xi proġetti infrastrutturali hemm ippjanati li jsiru minn Indis Malta matul is-sena 2021 ġewwa x-Xewkija Industrial Estate u kemm huma ppjanati li jiġu jiswew?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2020 tlesta l-kumpless tal-Hofra bi spiża ta’ madwar 5.2 Miljun ewro. Ix-xogħlijiet ippjanati għas-sena kurrenti (2021) jikonsistu fil-bini mill-ġdid ta’ toroq li jammontaw għal 11,500 metru kwadru fil-qasam Industrijali tax-Xewkija.
Leg 13 PQ #19838 Sitting 442 2021-03-17 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – rapporti dwar allegazzjonijiet ta’ serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm irċieva rapporti u informazzjoni dwar allegazzjonijiet ta’ serq, il-Ministeru għal Għawdex inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll x’kienu jikkonċernaw dawn ir-rapporti u allegazzjonijiet u x’azzjoni ttieħdet f’kull każ? Jista’ jagħti din l-informazzjoni separatament, dipartiment b’dipartiment?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #19839 Sitting 442 2021-03-17 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ir-Rabat Għawdex – monument ta’ Wistin Camilleri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet għalfejn il-monument (mafkar) ta' Wistin Camilleri li kważi sentejn ilu ġie rilokat mill-Ministeru għal Għawdex għal Triq ir-Repubblika qrib il-Villa Rundle ġewwa r-Rabat u saret ċeremonja ta’ inawgurazzjoni, issa fl-aħħar xhur dan il-Monument (mafkar) tneħħa minn postu u hemm biss il-pedestall mingħajr monument?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Monument (mafkar) ta’ Wistin Camilleri tneħħa minn postu għaliex bħalissa qiegħed fil-Funderija fl-Italja biex issir replika tiegħu fil-bronż.
Leg 13 PQ #19840 Sitting 442 2021-03-17 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

San Lawrenz — Wied il-Kbir – applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar l-applikazzjoni li saret mil-Ministeru għal Għawdex PA/06181/20 'Location of development: Wied il-Kbir, San Lawrenz, Triq ta' Spiteri, Kerċem Description of works: Cleansing and rehabilitation of valley and other maintenance works' u li għal dan il-permess, fuq talba tal-perit, ilu għal diversi ġimgħat sospiż?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien jonqos xi kummenti minn entitajiet pubbliċi dwar il-proġett, u għalhekk l-applikazzjoni ġiet sospiża sakemm il-Ministeru seta’ jottjeni dawn. Issa jidher li l-konsultazzjonijiet minn naħa tal-Ministeru ġew finalizzati u b’hekk l-applikazzjoni mhix ser tibqa sospiża.
Leg 13 PQ #19651 Sitting 441 2021-03-16 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Nadur Għawdex – Ta’ Xħajma – Multi Modal Hub

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-proġett ta’ Multi Modal Hub f’Ta’ Xħajma fin-Nadur Għawdex u jgħid fil-preżent x’tip ta’ xogħol infrastrutturali għaddej fuq dan il-proġett iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qegħdin jiġu ffinaliżżati il-construction drawings skont l-emendi li ġew effettwati fil-pjanti hekk kif sottomessi mat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari PQ19028.
Leg 13 PQ #19663 Sitting 441 2021-03-16 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – xiri ta’ coaches li jaħdmu bl-elettriku

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16506, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-koordinamenti u jekk ġewx finalizzati bejn il-Ministeru tat-Trasport u l-Ministeru għal Għawdex 'sabiex jibda jiġi offrut servizz ta’ Park & Ride għall-Għawdxin li jridu jaqsmu lejn Malta, sabiex possibbilment jibda’ jingħata servizz ta’ trasport lill-istudenti Għawdxin minn lokalitajiet oħrajn għall-Imġarr' permezz tas-sitt coaches li jaħdmu bl-elettriku li nxtraw mill-Ministeru għal Għawdex b'fondi tal-EU u li waslu Għawdex f’nofs Ġunju tas-sena 2020?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-diskussjonijiet fuq din il-materja għadhom għaddejjin.

NGO – spazju fl-uffiċċju

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16686 u jgħid jekk Kunsill Lokali jistax jagħti spazju fl-uffiċċji tiegħu jew fi proprjetà tiegħu jew amministrata minnu lil xi NGO biex din tintuża għal żmien temporanju mill-istess NGO? Jista' jikkonferma jekk biex isir dan, għandux bżonn ikun hemm bye-law jew tista' ssir b'deċiżjoni tal-Kunsill Lokali?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-proċedura li għandha tintuża meta Kunsill Lokali jintalab u jaċċetta li jikkonċedi spazju fi proprjetà tiegħu hi li tali arranġament għandu dejjem isir skont it-termini stabbiliti fil-by-laws li jkun għamel l-istess Kunsill. Tali by-laws jistgħu jispeċifikaw kemm ir-rati ta’ ħlas li għandhom jintalbu kif ukoll, jekk ikun il-każ, konċessjonijiet jew arranġamenti oħra kif il-Kunsill ikun stabilixxa.

Ix-Xewkija — Gozo Innovation Hub - kumpaniji

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm-il kumpanija jew oħrajn hemm joperaw mil-Gozo Innovation Hub ġewwa x-Xewkija Għawdex u xi spazju ngħatat kull kumpanija jew oħrajn li qed joperaw minn hemm? Jista' jgħid kemm qed iħaddmu nies dawn il-kumpaniji jew oħrajn f'dan il-Hub fil-preżent?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm erbgħa kumpaniji kkonfermati u li ġew allokatti madwar 580 metru kwadru ta’ spazju industrijali. Huwa mistenni li dawn il-kumpaniji ser ikunu qed jilħqu l-livell ta' madwar 70 impjegat fiż-żmien tliet snin. Madankollu, kif wieħed japprezza l-preżenza tagħhom fil-Hub bħalissa hija limitata minħabba ċ-ċirkostanzi partikolari kkawżati mill-pandemija, fejn in-natura teknoloġika tax-xogħol tagħhom kif ukoll restrizzjonijiet ta’ logistika tippermetilhom li jaħdmu b’mod remot.
Leg 13 PQ #19728 Sitting 441 2021-03-16 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta – kanċellazzjonijiet ta’ liċenzji

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19503, jista’ l-Ministru jgħid mill-bidu tal-operat tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) s’issa, kemm-il darba l-MFSA offriet xi tip ta' settlement lil license holders maqsuma sena b’sena? F'kemm-il ċirkostanza ġew aċċettati tali offerti ta' settlements mil-license holders li lilhom kienet magħmula din l-offerta, maqsuma sena b'sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minħabba l-ammont ta’ zmien li għadda l-Awtorità tista’ tagħti informazzjoni dwar settlements imponuti mis-sena 2007 il-quddiem. Ta’ min wieħed jinnota li ġeneralment ikun il-“licence holder” li javviċina lil MFSA biex jinbdew diskussjonijiet mal-Awtorità biex jasal għal xi forma ta’ “settlement”. F’kull kaz li jkun konkluz permezz ta’ settlement dejjem titiħedet xi tip ta’ azzjoni li tvarja minn impozizzjoni ta’ penali amministrattiva jew mizuri oħra. Hawn taħt hawn inklu¿a il-lista tas-settlements maqsuma sena b’sena. Settlements konkluzi fis-sena 2014 – 1 Settlements konkluzi fis-sena 2016 – 1 Settlements konkluzi fis-sena 2017 – 2 Settlements konkluzi fis-sena 2020 – 1 Informazzjoni rigward kull azzjoni ta’ infurzar meħuda mill MFSA hija disponibbli pubblikament fuq is-sit tal-MFSA skont l-Artikolu 16(8) tal-Att dwar l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta u wkoll skont l- Publication policy tal-Awtorità.
Leg 13 PQ #19741 Sitting 441 2021-03-16 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Back office tas-Servizz Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema back office ġdid tas-Servizz Pubbliku inġab f'Għawdex matul is-sena 2020? Kemm hemm ħaddiema jaħdmu f'dan ix-xogħol ġdid ta' back office f'Għawdex u minn fejn qed joperaw? Kemm minn dawn il-ħaddiema kienu jaħdmu f'Malta sa meta nġab dan ix-xogħol f'Għawdex u issa per konsegwenza ta' dan ix-xogħol, bdew jaħdmu f'Għawdex? X’inhu l-grad ta' dawn il-ħaddiema? Minn fejn qed isir dan ix-xogħol ta' back office ġdid f'Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li matul is-sena 2020 infetħu żewġ uffiċini ġodda f’Għawdex li jagħmlu xogħol kemm ta’ back office kif ukoll front office. L-informazzjoni mitluba dwar numru ta’ ħaddiema, il-grad ta’ kull ħaddiem u minn fejn qed jopera l-uffiċċju jinsabu fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Request for Proposal għal Ferry Services f’Malta u f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar ir-'Request for Proposals for a Public Service Concession Contract for the Provision of Scheduled Sea Ferry Services in Malta and Gozo' u jgħid fiex wasal il-proċess ta’ din l-imsemmija ‘Request for Proposal’?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Frar, 2021 Transport Malta, hekk kif imhabbar mil-Ministri Ian Borg u Clint Camilleri, harget Port Notice li issa mill-1 ta’ Ġunju tal-2021, l-operaturi ta’ trasport bil-baħar se jkunu jistgħu jibdew jipprovdu s-servizz tagħhom bejn il-Port il-Kbir, il-Belt Valletta u l-Port tal-Imġarr permezz ta’ fast ferry dirett għall-passiġġieri biss. Dan tħabbar wara li ttieħdet deċiżjoni mill-kabinett tal-ministri sabiex is-suq tat-trasport bil-baħar fuq din ir-rotta speċifika jiġi liberalizzat ghal servizz ta’ passigieri biss, u minn bastimenti li jilhqu kriterji ċari mnizzla fl-istess Port Notice.
Leg 13 PQ #19619 Sitting 440 2021-03-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għoti ta’ tender

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender 'CT2094/2020 - Renovation and Structural works including the use of Environment Friendly paint material at the Administration Centre within the Ministry for Gozo' u jgħid fiex wasal il-proċess biex din l-imsemmija tender tiġi awarded?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tender jinsab fi stadju ta’ evalwazzjoni.

Port tal-Imġarr – xogħol infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ xogħol infrastrutturali hemm ippjanat li jsir, meta ser jibda u kemm huwa stmat li ser jiġi jiswa ġewwa l-Port tal-Imġarr biex fl-1 ta’ Ġunju 2021 jibda jopera s-servizz tal-Fast Ferry Service bejn il-Port tal-Imġarr Għawdex u l-Port il-Kbir?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ninsab infurmat li għadu kmieni wisq biex jiġi stabbilit x’xogħol infrastruttulali li hemm pjanat ġewwa l-Port tal-Imgarr, dan għaliex is-sejħa għal l-operaturi għadha miftuħa u l-Awtorità għadha trid tannalizza liema bastimenti ser jiġu uzati. L-Awtorita’ ta’ Transport ser tkun tista tipprovdi aktar informazzjoni la darba ikun hemm id-deċizjoni finali.

Għawdex – proġett tas-second class water għall-bdiewa

Question

Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-proġett tas-second class water għall-bdiewa f'Għawdex? Kemm hemm bdiewa Għawdxin li s’issa qed jibbenefikaw minn dan il-proġett? Kemm qed iħallsu għall-użu ta' dan l-ilma? Tista’ tgħid meta hu ppjanat li jitlesta l-kumplament ta' dan il-proġett (xahar u sena) ġewwa l-gżira ta' Għawdex?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa hemm madwar 831 metru ta’ mains ġodda lesti u hemm madwar 340 persuna li diġa qed jibbenefikaw minn aċċess għal dan l-ilma. Il-ħlas għall-użu ta’ l-ilma huwa skond ir-raba’ skeda tat-tariffi tal-ilma (LN 210/2017). Dan l-investiment ta’ madwar ħames miljun Ewro fuq estensjonijiet tan-network tan-New Water f’Għawdex, huwa mistenni li jitlesta kompletament f’Marzu tal-2022 biex b’hekk inkunu qed noffru iżjed opportunitajiet lill-bdiewa tagħna biex itejbu u jkabbru l-operat tagħhom filwaqt li nissalvagwardjaw l-ilma tal-pjan.
Leg 13 PQ #19649 Sitting 440 2021-03-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni

MCAST Għawdex – fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

Tista' l-Ministru tagħti informazzjoni dwar kemm fondi tal-Unjoni Ewropea ġew utilizzati s'issa mill-MCAST ġewwa Għawdex, inkluż fi proġetti li għadhom għaddejjin? Fuq liema proġetti jew inizjattivi intużaw u kemm kien l-ammont ta' fondi tal-Unjoni Ewropea użati jew li se jintużaw għal kull proġett jew inizjattiva?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-istudenti ġewwa l-MCAST ta’ Għawdex qed igawdu minn diversi inizjattivi bħala parti minn proġetti ESF li l-MCAST qed jamministra. Dawn jinkludu l-ESF 3.003 li joffri programmi ta’ Masters li jinkludu Master of Science in Environmental Engineering, Master of Science in High Performance Buildings, Master of Science in Integrated Water Resource Management, Master of Arts in Product Design, Master of Science in Mechatronics, Master of Science in Exercise and Sports Science u l-ESF 2.058, Adding Value: Nurturing Learning Journeys at the MCAST Foundation College. Dawn il-proġetti huma mmirati kemm għal Malta kif ukoll għal Għawdex u għalhekk il-fondi ma jkunux maqsuma. Studenti Għawdxin igawdu wkoll minn sistema żviluppata, parti minn proġett ERDF, CMIS, li permezz ta’ sistema ċentralizzata, l-istudenti jistgħu japplikaw u jirreġistraw b’mod virtwali, fost servizzi oħra.
Leg 13 PQ #19650 Sitting 440 2021-03-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Belt Victoria – Triq Enrico Mizzi — xogħlijiet

Question

B'referenza għax-xogħlijiet li saru matul ix-xahar ta' Lulju 2020 mill-Ministeru għal Għawdex fuq parti minn Triq Enrico Mizzi ġewwa l-Belt Victoria, jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa dan ix-xogħol u jgħid min kien il-perit (isem u kunjom) inkarigat mix-xogħol li sar u jpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq din il-parti tat-triq u li ġie rilaxxat mill-perit inkarigat? Jista’ jgħid jekk sarux quality control tests u jekk iva min għamilhom, meta saru u jpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid jekk sarux quantity surveyor reports fuq ix-xogħol li sar?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Construction Industry Scheme — budget allokat mill-Malta Enterprise

Question

Tista' l-Ministru taġġorna lill-Kamra dwar il-Construction Industry Scheme li tnediet f'dawn l-aħħar ġimgħat mill-Malta Enterprise, u tgħid kemm hu l-Bagit allokat għal din l-iskema u kemm daħlu sottomisjonijiet għal din l-iskema u kemm hu l-valur tas-sottomisjonijiet li daħlu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-baġit allokat għal din l-iskema hu ta’ €4 miljuni. Il-Malta Enterprise rċeviet total ta’ 93 applikazzjoni li qed jiġu evalwati.