Ministeru għal Għawdex – impjegati fil-gradi ġenerali tas-Servizz Pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-Mistoqsija Parlamentari 18370 u jgħid kemm hemm impjegati fil-gradi ġenerali tas-Servizz Pubbliku skont il-grad fil-Ministeru tiegħu? Fejn hu l-post tax-xogħol tagħhom? Kemm hemm impjegati li mhumiex fil-gradi ġenerali tas-Servizz Pubbliku u qed jagħmlu xogħol tas-Servizz Ġenerali? Fejn hu l-post tax-xogħol tagħhom? X'xogħol qed jagħmlu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 20110 Ministeru għal Għawdex – impjegati fil-gradi ġenerali tas-Servizz Pubbliku.pdf
Ministeru għal Għawdex – ħaddiema taħt il-Community Scheme Workers
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 16997 u 18105 u jgħid fil-preżent kemm hemm ħaddiema tal-Iskema (Community Scheme Workers) fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex? Jista’ jgħid taħt liema Direttorat jiffurmaw parti dawn il-ħaddiema, kif ukoll jgħid x'inhu xogħolhom, kif ukoll jgħid x'korsijiet sarulhom sa issa lil dawn il-ħaddiema u x'korsijiet hemm ippjanati li jsirilhom matul is-sena 2021 mill-Ministeru għal Għawdex?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 19719.
Ministeru għal Għawdex – sejħiet għal kiri ta’ postijiet għall-Ministeru
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet għaliex f'dawn l-aħħar ħmistax f'żewġ gazzetti partikolari dehru żewġ sejħiet differenti tal-Ministeru għal Għawdex biex jinkrew postijiet għall-Ministeru għal Għawdex u li t-tnejn jagħlqu fid-9 ta' April 2021: i) 'Publication of Tender for Leasing of Premises by the Ministry for Gozo'. ii) 'Publication of Tenders for Leasing of Office Spaces in Gozo and Malta and a Warehouse in Gozo'? Jista’ jgħid liema huwa l-avviż it-tajjeb minn dawn it-tnejn? Jista’ jgħid x'inhuma r-raġunijiet li fl-ewwel avviż hemm miktub li l-Ministeru għal Għawdex ħareġ sejħa biex jikri ħames postijiet differenti u fl-ieħor hemm miktub li l-Ministeru għal Għawdex irid jikri seba’ postijiet differenti? Jista’ jgħid x'inhuma r-raġunijiet li fuq il-website www.etenders.gov.mt jidhru biss ħames sejħiet għall-kiri ta' postijiet u mhux seba'?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħiet għall-offerti msemmija huma ħamsa kif jidhru fuq il-websajt uffiċjali tat-tendersu fuq diversi gazzetti. Ninsab infurmat li l-avviż li jsemmi seba’ offerti kien żball tal-istampatur li ġie kkoreġut f’ħarġa oħra tal-istess gazzetta.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk u meta ser ikun qed isir ix-xogħol fuq Triq Daħlet Qorrot fin-Nadur? Jista’ jgħid ukoll hux ser isir is-servizz tad-drenaġġ f’dik il-parti tat-triq fejn hemm id-djar residenzjali u li ma fihiex dan is-servizz?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għaddej b’diskuzzjonijiet mal-entitajiet kollha neċessarji u kif qed jibni l-ħitan tas-sejjieħ wara snin twal ta’ abbandun, se jkun qed jieħu l-aħjar deċizzjonijiet għan-Nadurin.
Ministeru għal Għawdex – Restoration and Maintenance Directorate – tender
Question
B’referenza għat-tender li ħarġet reċentament mill-Ministeru tiegħu li hi 'Framework agreement for the supply and delivery of rubble stones to the Restoration and Maintenance Directorate, Ministry for Gozo on a period contract basis' jista’ l-Ministru jgħid min fil-passat kien joffri dan is-servizz u min fil-preżent qed jagħti dan is-servizz? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq ġebel tas-sejjiegħ u kemm intuża minnu sena b'sena mit-2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid liema xogħol sar fuq ix-shooting range taż-Żebbuġ, Għawdex f’dawn l-aħħar erba’ snin? Kemm sewa dan ix-xogħol u jekk dan sarx b'direct order jew b’tender? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim dwar l-amministrazzjoni ta' din ix-shooting range mill-Gozo Clay Target Association? Jista’ jgħid kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu f'din ix-shooting range u min ħallas il-pagi ta' dawn il-ħaddiema, sena b'sena għal dawn l-aħħar erba’ snin? Jista’ jgħid ukoll x'tip ta' xogħlijiet hemm ippjanat li jsir fix-xhur li ġejjin f'din ix-shooting range?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Sptar Mater Dei, Sptar Karen Grech u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex – mediċini wżati — spiża
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienet l-ispiża totali ta’ mediċini wżati f’kull wieħed minn dawn l-isptarijiet b’mod separat u għal kull sena għas-snin 2018, 2019, 2020 u għas-sena 2021 sakemm titwieġeb din il-mistoqsija?
a. Mater Dei
b. Sptar Karen Grech
c. Sptar Ġenerali ta’ Għawdex
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Post ta’ Clerk fis-Servizz Pubbliku – kandidati eliġibbli
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm kandidati eleġibbli u li qagħdu għal General Ability Test għall-post ta' Clerk fis-Servizz Pubbliku? Kemm kienet il-pass mark u kemm għaddew minn dan il-General Ability Test? Jista’ jispjega għaliex ladarba dan il-General Ability Test kien wieħed kompjuterizzat (online digital format) ir-riżultat ma ħariġx dakinhar stess, iżda kellhom jgħaddu diversi ġranet biex inħareġ?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tgħid meta ġiet imwaqqfa l-kumpanija Gozo Fibre Optic Limited? Tista' tgħid min huma ċ-Chairperson u d-Direttur tal-istess kumpanija u minn min ġew appuntati? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Articles of Association u Memorandum tal-istess kumpanija? Tista' tgħid min huma x-shareholders tal-istess kumpanija? Tista' tpoġġi kopja tal-accounts tal-istess kumpanija fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Peress li l-kumpanija għadha tibda’ topera għad m’hemmx accounts li jistgħu jiġu ppreżentati.
Direttiva UE 2019/770 u Direttiva (UE) 2019/771 — implimentazzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 10387, jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-Direttiva(UE) 2019/770, b’mod partikolari jekk hemmx il-ħsieb li ssir konsultazzjoni pubbliku dwar l-implimentazzjoni tal-istess direttiva, u jekk iva meta ser issir? Kif ukoll jista’ jgħid x’ħidma saret fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-Direttiva(UE) 2019/771, b’mod partikolari jekk hemmx il-ħsieb li ssir konsultazzjoni pubbliku dwar l-implimentazzjoni tal-istess direttiva, u jekk iva meta ser jsir?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fir-rigward tal-implimentazzjoni taż-żewġ Direttivi msemmija huwa għaddej, fejn bħalissa qegħdin fl-istadju tal-abbozzar.
L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) qiegħdha wkoll tieħu sehem fil-laqgħat organizzati mill-Kummissjoni Ewropea dwar it-traspożizzjoni ta’ dawn id-Direttivi. Konsultazzjoni pubblika għandha ssir għaż-żewġ Direttivi fix-xhur li ġejjin.
Ministeru għall-Edukazzjoni – inġiniera jew piloti tal-ajruplani li għandhom Contract for Service
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx persuni li huma inġiniera jew piloti tal-ajruplani li għandhom Contract for Service mal-Ministeru tagħha? Jekk iva, x'tip ta' servizzi qed jagħtu u kif intgħażlu u kemm-il siegħa xogħol jagħmlu f'xahar u fejn jagħmlu dan ix-xogħol?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li bħalissa d-Dipartiment Strateġija u Sapport ma għandux contract for service ma’ xi persuna li niżżlet fil-curriculum vitae li ħadem/ħadmet ta’ inġiniera jew pilota tal-ajruplani.
B'referenza għax-xogħlijiet li saru mill-Ministeru għal Għawdex ftit tax-xhur ilu fuq parti minn Triq Ta' Ġorf ġewwa x-Xagħra Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid min kien il-perit (isem u kunjom) inkarigat mix-xogħol li sar u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq din il-parti tat-triq u li ġie rilaxxat mill-perit inkarigat? Jista’ jgħid ukoll jekk sarux quality control tests u jekk iva minn min saru, meta saru u jpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid jekk sarux quantity surveyor reports fuq ix-xogħol li sar?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Xewkija Għawdex – bitħa tal-cold stores – coach ipparkjata
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-raġunijiet għaliex f’dawn l-aħħar ġranet ġewwa l-bitħa tal-Cold Stores fix-Xewkija Għawdex, qed ikun hemm ipparkjata coach (xarabank)? Jista’ jgħid ta’ min hi din il-coach? Jista’ jgħid din il-coach għaliex qed tinżamm f’din il-bitħa tal-Cold Stores? Għalxiex ser tibda tintuża?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dik hija vettura tal-Ministeru għal Għawdex fi propjetà tal-Ministeru għal Għawdex.
Ministeru għal Għawdex – binjiet ġodda mikrija mingħand il-privat
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18173, jista’ l-Ministru jgħid fejn jinsabu dawn it-tliet binjiet ġodda (triq u raħal) mikrija mill-privat? Jista’ jgħid b’liema mod inkrew dawn it-tliet binjiet ġodda mikrija mill-privat? Jista’ jgħid b’liema mod inkrew dawn il-postijiet, meta u fejn ħarġet is-sejħa biex jinkrew dan it-tliet postijiet, għal kemm-il sena inkrew kull wieħed minn dawn it-tliet postijiet u x'kera qed titħallas għal kull wieħed minn dawn it-tliet postijiet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għal Għawdex – Services Gozo Directorate – nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus mis-Services Gozo Directorate fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex mill-1 ta' Jannar 2020 sal-lum? Jista' jagħti lista ta' kull pagament li sar mill-vot tas-Services Gozo Directorate mill-1 ta' Jannar 2020 sal-lum u għalxiex sar kull pagament? Jista' jgħid f'kull każ jekk il-pagament sarx wara direct order, call for quotations jew tender u lil min ingħata bħala kumpanija jew individwu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan id-Direttorat ikopri diversi sezzjonijiet fil-Ministeru għal Għawdex u għalhekk nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19502 jista’ l-Ministru jgħid ma’ min qed isiru l-konsultazzjonijiet rigward ir-riġenerazzjoni tal-parkeġġ tax-Xlendi, meta bdew u fiex waslu u meta hu maħsub li jingħalqu? Jista’ jgħid liema hu l-Vot fil-Budget għas-sena 2021 għal dan l-imsemmi proġett?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsultazzjonijiet qegħdin isiru mal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi u mal-Awtorità tat-Trasport. Dawn il-konsultazzjonijiet bdew mal-proġett u għadhom għaddejjin. Il-vot huwa dak imsemmi fl-estimi tal-gvern għas-sena 2021.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm pazjenti fuq il-waiting lists għall-operazzjonijiet kemm f’Malta kif ukoll f'Għawdex? Kemm minn dawn huma għall-operazzjonijiet maġġuri, kemm huma għall-operazzjonijiet intermediate, u kemm għall-operazzjonijiet minuri?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar.
Ministeru għal Għawdex – Post ta’ Manager Security Services
Question
B'referenza għas-sejħa li ħarġet internament f’dawn l-aħħar ġimgħat mill-Ministeru għal Għawdex għal 'Post of Manager Security Services', jista’ l-Ministru jgħid fil-ġimgħat li ġejjin skont il-Capacity Building (HR Plan) approvat għas-sena 2021, kemm hemm ippjanati li jingħataw promozzjonijiet internament mal-Ministeru għal Għawdex għal din is-sejħa u jgħid f’liema direttorat fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex ħa jaqdu d-dover tagħhom?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Capacity Building tal-Ministeru għal Għawdex jinbidel minn żmien għal żmien, skont l-esiġenzi tas-servizz.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17635 u jgħid xahar b'xahar minn meta ġiet inawgurata d-dry standing area ġewwa x-Xlendi, kemm kien hemm ħaddiema u xi grad huma mqabbdin mill-Ministeru għal Għawdex biex jaħdmu fiha?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari numru 17635.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17262 u 18900 u jgħid kemm kienet in-nefqa taħt kull item of expenditure għas-sena 2020 sew kapitali kif ukoll rikorrenti tal-Ministeru tiegħu? Kemm hu l-ammont kommess għan-nefqa taħt kull item u li s'issa għadu ma tħallasx? Saru xi trasferimenti ta' fondi minn item għal ieħor u jekk iva kemm kien dan l-ammont?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tlabt sabiex dan it-tagħrif jinġabar.