Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #20975 Sitting 466 2021-05-26 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – persuni li rtiraw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm irtiraw persuni minn kull dipartiment u entità li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi, mill-bidu tas-sena 2013 sat-30 ta’ April 2020? Jista’ jgħid kemm ġew impjegati persuni, ma’ kull entità u dipartiment li jifformaw parti mill-Ministeru, fl-istess perjodu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex ikun iżjed speċifiku fit-talba tiegħu.

Għawdex – applikazzjonijiet għal żvilupp

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' applikazzjonijiet għal żvilupp li ġew sottomessi mal-Awtorità tal-Ippjanar għal żvilupp f'Għawdex sena b'sena mill-2013 sal-lum? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn kienu għal żvilupp barra ż-żoni tal-iżvilupp u kemm minnhom fiż-żoni ta’ żvilupp? Jista' jgħid kemm minnhom ġew approvati u kemm minnhom ġew miċħuda?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onor. Interpallant jirreferi għat-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Park and ride għal Għawdxin

Question

B'referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 16506 u 19663, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-koordinamenti u jekk ġewx finalizzati u x'fadal isir bejn il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u l-Ministeru għal Għawdex 'sabiex jibda jiġi offrut servizz ferm importanti u bżonnjuż ta’ Park & Ride għall-Għawdxin li jridu jaqsmu lejn Malta, sabiex possibbilment jibda jingħata servizz ta’ trasport lill-istudenti Għawdxin minn lokalitajiet oħrajn għall-Imġarr' permezz tas-sitt coaches li jaħdmu bl-elettriku li nxtraw mill-Ministeru għal Għawdex b'fondi tal-Unjoni Ewropea u li waslu Għawdex f’nofs Ġunju tas-sena 2020?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtieġa lill-Ministru kkonċernat.

Kumitat Operattiv għal Kemmuna – xogħol fuq l-istrateġija għal Kemmuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq l-Istrateġija għal Kemmuna mħabbra fil-Baġit għas-sena 2017? Jista' jgħid min huma l-membri tal-Kumitat Operattiv għal Kemmuna li ssemma fl-istess baġit? Jista' jgħid kemm-il darba ltaqa' dan il-kumitat? Fiex wasal il-proċess imħabbar dakinhar ukoll biex Kemmuna tingħata l-istatus ta' Park Nazzjonali? In-Natura 2000 Management Plan għal Kemmuna ġie mwettaq u jekk iva, kif?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20434, ninfurmah li l-Kumitat Operattiv għal Kemmuna iltaqa’ 22 darba minn kemm ilu li ġie mwaqqaf fl-2017. Il-Kumitat huma magħmul minn rappreżentanti tal-Ministeru għat-Turiżmu, l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu, l-Awtorita’ għall-Ambjent u Riżorisi, Transport Malta u l-Ministeru għal Għawdex.

Ta’ Sannat – Triq Sannat — xogħlijiet

Question

B'referenza għax-xogħlijiet li saru f'dawn l-aħħar xhur, fuq Triq Sannat, it-triq prinċipali li twassal għar-raħal Ta' Sannat, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet ġiet awarded din it-tender u kemm ġie jiswa x-xogħol li sar, issa li tlesta x-xogħol fuq din it-triq? Jista jgħid min kien il-perit (isem u kunjom) inkarigat mix-xogħol li sar u jpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq din il-parti tat-triq u li ġie rilaxxat mill-perit inkarigat? Jista’ jgħid jekk sarux quality control tests u jekk iva min għamilhom, meta saru u jpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid jekk sarux quantity surveyor reports fuq ix-xogħol li sar u jekk iva min għamilhom, meta saru u jpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Sannat illi: - It-tender ingħata għall-ammont ta’ €493,068.40 VAT esklu¿a. - Il-proġett ta' Triq Sannat, minkejja li sar ħafna xogħol fih, għadu mhux komplut u ċertifikat. - Il-perit inkarigat mix-xogħol kien il-Perit Edward Scerri. - It-testijiet neċessarji għal quality compliance u xogħol ta' quantity surveying saru u għadhom qed isiru.

ERA – Tal-Kus waste transfer station – tender

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender li ħarġet dan l-aħħar ġranet bl-isem 'Service tender monitoring based on the environmental permit issued by ERA for Tal-Kus waste transfer station'? Jista’ jgħid min kien qed jagħti u jagħmel dan is-servizz f'dawn l-aħħar 5 snin u kemm tħallas u kif intgħażel biex jagħmel dan ix-xogħol ta' monitoraġġ?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender imsemmi għandu l-għan li jipprovdi għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet fl-atmosfera taż-żona esterna tal-faċilità għat-trasferiment tal-iskart f’Tal-Kus. L-offerti se jibqgħu jintlaqgħu sas-27 ta’ Mejju 2021 u imbagħad l-aġġudikazzjoni se ssir fuq il-kriterju tal-orħos offerta konformi mal-ispeċifikazzjonijiet. Ninformah ukoll li fl-2016 u l-2017 il-kuntrattur li bena l-impjant kien responsabbli għall-faċilità filwaqt li fis-snin sussegwenti t-tali monitoraġġ sar minn Dr Robert Cortis, għall-prezz ta’ EUR 3,540, u EMC Monitoring and Consultancy, għall-prezz ta’ EUR 3,245. Fil-preżent il-monitoraġġ qed isir minn Dr Robert Cortis b’nefqa massima ta’ EUR 5,310. Il-figuri kkwotati jinkludu l-VAT u l-għażla tal-operaturi saret wara li nkisbu stimi u ntagħżlet l-orħos offerta minn fost dawk li kienu konformi mal-ispeċifikazzjonijiet.
Leg 13 PQ #20944 Sitting 465 2021-05-25 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – bini ta’ ħitan bil-kantun

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm, f'liema lokalitajiet ġewwa Għawdex, jagħti l-isem tat-triq u kemm kien it-tul, għoli u wisa’ fejn inbnew ħitan bil-kantun mill-ħaddiema fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex mill-1 ta' Jannar 2020 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jispeċifika f'kull każ jekk il-ħitan tal-kantun inbnewx ġodda u f'kull każ min ta l-approvazzjoni biex isiru u għal liema skop saru?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #20945 Sitting 465 2021-05-25 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Electric Buses — sewqan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet għaliex f'dawn l-aħħar ġimgħat qed jinstaqu l-Electric Buses tal-Ministeru għal Għawdex fit-toroq prinċipali ta' Għawdex mingħajr passiġġiera u mingħajr numri ta' reġistrazzjoni? Jista’ jgħid minn min qed jinstaqu dawn l-Electric Buses u jekk min qed isuqhom huwiex ħaddiem taċ-ċivil jew inkella tal-kuntrattur?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn l-Electric Buses qed jinstaqu madwar Għawdex fuq trial runs.
Leg 13 PQ #20971 Sitting 465 2021-05-25 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – ħaddiema fil-grad ta’ butchers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema tas-Servizz Pubbliku fil-grad ta’ 'Butcher' (Biċċiera) fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex sena b'sena u xahar b'xahar mit-8 ta' Marzu 2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ma’ liema direttorat jaħdmu, u fejn jaħdmu bħala post?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox fil-Ministeru għal Għawdex hemm tmintax -il ħaddiema tas-Servizz Pubbliku fil-grad ta’ 'Butcher' (Biċċiera). Tlieta minnhom ġew ingaġġati f’Settembru tas-sena 2011, sitta minnhom ġew ingaġġati f’Jannar tas-sena 2015, filwaqt li l-bqija bdew fis-sena 2017; erba’ f’Jannar, tnejn f’Lulju u tlieta f’Settembru. Kollha kemm huma jaqdu dmirijiethom mad-Direttorat għall-Affarijiet Rurali f'Għawdex.
Leg 13 PQ #20852 Sitting 464 2021-05-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Rivista ‘Proġett Għawdex’

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19615: B'referenza għar-rivista 'Proġett Għawdex' li l-ewwel ħarġa tagħha kienet f'Novembru 2019 u fejn f'din ir-rivista kien hemm miktub li din ħa tibda tkun ippubblikata minn żmien għal żmien biex jinżamm kuntatt mar-residenti Għawdxin kif ukoll ikunu infurmati fuq proġetti li jkunu qed jitwettqu madwar Għawdex, kif ukoll fuq diversi skemi li huma intiżi għar-residenti Għawdxin, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba din ir-rivista ħarġet matul is-sena 2020 u jgħid kemm-il darba hemm ippjanata li toħroġ din ir-rivista matul is-sena 2021? Jista' jgħid x'kienet l-ispiża totali sal-lum fuq din ir-rivista liema spiża tkun tinkludi stampar, posta u xogħol?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Intepellant li kien hemm ħarġa waħda tar-rivista li ġġib l-isem 'Proġett Għawdex', liema ħarġa kienet saret fis-sena 2019. L-ispiża li tħallset marbuta ma din ir-rivista hija dik ta’ €3,839.41 Vat Eskluż.
Leg 13 PQ #20870 Sitting 464 2021-05-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Taċ-Ċawla, Rabat Għawdex – tender għall-bini ta’ appartamenti u open spaces ikkanċellata

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20357, jista’ l-Ministru jgħid jekk it-Tender for the Construction of a Block of Apartments and Open Spaces at the Housing Estate at taċ-Ċawla, Victoria, Gozo, intbagħtux l-informazzjoni u d-dokumenti kollha mitluba, mid-Dipartiment tal-Kuntratti biex tkun tista’ tiġi ppubblikata 'it-tender mill-aktar fis possibli'?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess tat-tender jinsab fl-istadju finali tal-vetting
Leg 13 PQ #20871 Sitting 464 2021-05-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ta’ Xħajma – proġett ta’ Multi Modal Hub

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19651, jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-proġett ta’ Multi Modal Hub f’Ta’ Xħajma fin-Nadur Għawdex u jgħid f’liema xahar tas-sena 2021 ħa jitkompla x-xogħol infrastrutturali iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet mistennija jibdew għall-aħħar tas-sena.
Leg 13 PQ #20886 Sitting 464 2021-05-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Tender

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender 'Tender for the supply, delivery, installation, testing and commissioning of lifts for Villa Lauri' (CfT CA Unique ID: MGOZ/MPU T 14/2021) u jgħid fiex wasal il-proċess biex din l-imsemmija tender tiġi awarded u jkun jista’ jinbeda x-xogħol mitlub?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tender ġie ikkanċellat peress li l-ebda offerta ma kienet konformi mil-lat amministrattiv, tekniku u finanzjarju.
Leg 13 PQ #20887 Sitting 464 2021-05-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Belt Victoria – Triq Enrico Mizzi — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19650 u ċjoè: B’referenza għax-xogħlijiet li saru matul ix-xahar ta' Lulju 2020 mill-Ministeru għal Għawdex fuq parti minn Triq Enrico Mizzi ġewwa l-Belt Victoria, jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa dan ix-xogħol u jgħid min kien il-perit (isem u kunjom) inkarigat mix-xogħol li sar u jpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq din il-parti tat-triq u li ġie rilaxxat mill-perit inkarigat? Jista’ jgħid jekk sarux quality control tests u jekk iva min għamilhom, meta saru u jpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid jekk sarux quantity surveyor reports fuq ix-xogħol li sar u jekk iva min għamilhom, meta saru u jpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li il-proċess taċ-ċertifikazzjoni tal-kontijiet u tax-xogħlijiet għadu għaddej u għaldaqstant l-informazzjoni sħiħa tkun disponibli la darba jingħalaq dan il-proċess.

Tender

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18593 jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender 'Works Tender for the Upgrading of the Former Qortin Landfill, in Xagħra, Gozo [CT2022/2019]' u jgħid jekk fil-bidu ta' April 2021 inbedix ix-xogħol rikjest minn din l-imsemmija tender? Tista’ taġġorna lill-Kamra dwar il-permess PA/01519/18 'Upgrading works to open rehabilitated landfill to the public Site at Il-Qortin Ta' Għajn Damma, Xagħra, Gozo' u jgħid f'liema stadju wasal dan il-permess biex jiġi approvat mill-Awtorità tal-Ippjanar (PA) u l-Awtorità għall-Ambjent u r-Ri¿orsi (ERA)?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fir-rigward tas-sit fil-Qortin li qed jirreferi għalih fil-mistqosija, m’għandi xejn aktar xi n¿id mat-tweġibiet li diġà tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari 18903 u 19616. Ninsab infurmat ukoll li t-tender li qed jirreferi għalih fil-Mistoqsija tiegħu ġie awarded. Infurmat ukoll li l-applikazzjoni PA/01519/18 qegħda fl-aħħar stadju tal-proċess tal-Ippjanar fejn qed jiġi ifformulat id-Development Permit Application Report, b'rakkomandazzjoni għall-Bord sabiex l-applikazzjoni tkun deċiża.
Leg 13 PQ #20773 Sitting 463 2021-05-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Tender 'Call-Off For The Provision Of Architectural Professional Services Related To Roadworks In Gozo'

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17630, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' periti (isem u kunjom) kemm uffiċjali pubbliċi kif ukoll dawk li mhumiex, li fil-preżent qed jagħtu s-servizzi tagħhom lill-Ministeru għal Għawdex u fuq liema xogħol u proġetti qed jaħdmu dawn il-periti?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li filwaqt li m’għandix aktar x’inżid mat-tweġiba li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 17630, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-periti bħal uffiċjali/professjonisti oħra jaħdmu skont l-esiġenzi tal-Ministeru.

Port tal-Imġarr u taż-Żewwieqa — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu u anki tal-kuntrattur li huma stazzjonati fl-akkwati tal-Port tal-Imġarr u taż-Żewwieqa? X’inhu x-xogħol ta’ kull wieħed minn dawn il-ħaddiema u x’inhu l-grad tagħhom u kemm ilhom jaħdmu f'dawn l-akkwati?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 15 il-ħaddiem li huma bbażati Malta u Għawdex. 6 minnhom huma uffiċjala pubbliċi [li minnhom hemm 1 Manager I (Fisheries Protection), 4 Fisheries Protection Officers u 1 Asstistant Manager (Fisheries Protection)] u 9 b’kuntratt bħala Landing Attendants. Ix-xogħol tal-Ufficjala pubbliċi jinkludi xogħol fuq infurzar, kontroll u amministrazzjoni tas-Sajd li jinvolvi wkoll xogħol ta’ spezzjonijiet; xogħol fuq ir-Reġistru tal-Bastimenti tas-Sajd; Customer Care; u xogħol amministrattiv ieħor. Hemm Uffiċjal minn dawn li ilu stazzjonat Għawdex sa mill-2013, ieħor mill-2015, 2 mill-2018 u 2 li bdew jaħdmu f’dan l-Uffiċċju minn din is-sena. Ix-xogħol tal-Landing Attendants huwa ta’ spezzjonijiet u kkontrollar ta’ d-dokumentazzjoni meħtieġa fil-port, fl-iżbark u fuq bastimenti tas-sajd kif meqjus meħtieġ mid-Dipartiment. Mill-Landing Attendants preżenti hemm 3 minnhom li ilhom jaħdmu sa mill-2019, 5 bdew fl-2020 u wieħed beda fl-2021. Dawk li bdew mill-2020 ‘il quddiem ddaħħlu flok oħrajn li kien hemm qabel.
Leg 13 PQ #20817 Sitting 463 2021-05-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Xatt l-Aħmar – tneħħija ta’ blat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'sar sa issa u meta ser tittieħed azzjoni u jekk hux ħa tittieħed azzjoni qabel jibda s-sajf 2021, biex jitneħħa l-blat li kien waqa' fix-Xatt l-Aħmar qabel is-sajf 2020?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawn ix-xogħlijiet huma taħt ir-responsabiltà tal-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem. Infurmat li l-Kunsill ġab il-permessi mill-ERA sabiex ikunu jistgħu isiru dawn ix-xogħlijiet.

Comino Steering Committee

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min hu ffurmat il-'Comino Steering Committee' (isem u kunjom l-individwu u lil min jirrappreżenta)? Jista’ jgħid minn Jannar 2020 sal-lum, kemm-il darba ltaqa’ dan il-kumitat u fejn saru l-laqgħat? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-aġenda u tal-minuti ta' kull laqgħa li saret?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li diġà tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 20434 u nitolbu sabiex iressaq il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Twettiq tad-Direttiva (UE) 2020/1828

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol qed isir fit-twettiq tad-Direttiva (UE) 2020/1828 tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, u li tħassar id-Direttiva 2009/22/KE? Jista’ jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir konsultazzjoni pubblika dwar l-istess?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fir-rigward tad-Direttiva (UE) 2020/1828 tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi u li tħassar id-Direttiva 2009/22/KE, l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-Awtorita’ ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur bħalissa qed jieħu sehem fil-laqgħat organizzati mill-Kummissjoni Ewropea dwar it-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva. Konsultazzjoni pubblika hija wkoll ippjanata li ssir aktar ‘il quddiem.