Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti jistennew għal:
i. trapjant tal-qalb;
ii. trapjant tal-fwied;
iii. trapjant tal-kliewi; u
iv. trapjant tal-pulmun?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li hawn pazjent wieħed qed jistenna trapjant għall-qalb, pazjent wieħed jistenna trapjant għall-fwied, ħamsa u disgħin pazjenti jistennew trapjant għall-kliewi u tliet pazjenti jistennew trapjant għall-pulmin.
Infakkar lill-Onor. Interpellant li kif ħabbart fid-diskors tal-baġit, il-gvern jixtieq li s-sistema tad-donazzjoni tal-organi titjieb. Dan jista’ jsir billi jkun permess li wara mewt ċirkolatorja liema mewta hija definita bħala t-tmiem tal-funzjoni ċirkolatorja u respiratorja, segwit mid-determinazzjoni tal-mewt minn tabib, l-organi jkunu jistgħu jingħataw bħala donazzjoni. Dan il-mudell hu magħruf bħala Donation after Circulatory Death (DCD).
Liġijiet simili ġew implimentati f’pajjiżi oħra bħar-Renju Unit, li rriżultaw f’żidiet kbar fir-rati tad-donazzjoni tal-organi.
Għal dan il-għax ser titnieda konsultazzjoni pubblika fil-futur qrib sabiex wara il-gvern jgħaddi għal-legislazzjoni neċessarja ibbażata wkoll fuq il-proposti mressqa mill-pubbliku.
L-Unjoni Ewropea – Direttivi UE 2022/2555 u UE 2022/2557 – Implimentazzjoni
Question
Fid-dawl li d-Direttivi tal-Unjoni Ewropea UE 2022/2555 u UE 2022/2557 li kellhom jiġu implimentati f’Ottubru tal-2024 ma ġewx trasposti f’waqthom, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi proċeduri kontra Malta da parti tal-Unjoni Ewropea?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li hemm pendenti proċeduri marbuta mad‑Direttiva (UE) 2022/2557.
Traspożizzjoni tad-Direttivi tal-UE 2022/2555 u 2022/2557 - Konsultazzjonijiet pubbliċi
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31637, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-A.L 71 tal-2025 ġiex fis-seħħ? Jekk iva, jista’ jgħid meta ġie fis-seħħ? Jekk le, jista’ jgħid għaliex ma ġiex fis-seħħ?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-Avviż Legali 71 tas-sena 2025 kien pubblikat fil-gazzetta tal-Gvern tat-8 t' April 2025. Qed inpoġġi kopja tal-gazzetta fuq il-mejda tal-Kamra.
L-Università ta’ Malta – Studenti full-time nisa u studenti full-time rġiel
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-persentaġġ ta’ studenti full-time fl-Università ta’ Malta li huma nisa u kemm hemm li huma rġiel, maqsuma skont id-diversi fakultajiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
Studenti nisa (persentaġġ)
61.01%
Studenti rġiel (persentaġġ)
38.84%
X (persentaġġ)
0.15%
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20082 u jgħid kemm kienet l-ispiża matul dawn l-aħħar għaxar snin biex ġew rimedjati l-ħsarat fil-konkos tal-Isptar Mater Dei skont kif kien qal predeċessur tiegħu u jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena? Jista' jgħid ukoll min għamel dawn ix-xogħlijiet, x'tip ta' xogħlijiet saru u fejn saru?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li xogħol ta’ manutenzjoni fl-isptar Mater Dei għaddej kontinwament biex il-pazjenti ikollhom l-aħjar ambjent u sigur.
Negotiated Procedure Framework Contract for the Supply and Delivery of Marine Gas Oil DMA according to ISO 8217 to Gozo Channel (Operations) Limited
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti d-Direct Order permezz ta' Negotiated Procedure: 'Negotiated Procedure Framework Contract for the Supply and Delivery of Marine Gas Oil DMA according to ISO 8217 to Gozo Channel (Operations) Limited' (GCOL NP03/2025)? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-valur tagħha, għal-kemm perjodu ta' żmien ħarġet din is-sejħa u għaliex ma ħarġitx sejħa pubblika?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġejt infurmat li l-iskop ta’ din il-proċedura negozjata huwa għall-provvista u l-kunsinni ta’ Gas Oil marittimu għall-bastimenti tal-Gozo Channel, u dan għall-perjodu ta’ sena, b’valur stmat ta’ €7,082,827.00 (mingħajr VAT).
Dan il-proċess qed jiġi implimentat bħala proċedura negozjata peress li bħalissa hemm kawża pendenti fil-Qorti bejn il-Gozo Channel u l-fornitur preċedenti, liema kawża hija relatata ma’ offerta preċedenti. Peress li l-proċess legali għadu għaddej, - u l-każ mistenni li jinstema’ fil-Qorti fix-xhur li ġejjin - il-Gozo Channel għażlet l-imsemmija proċedura biex tiżgura li l-provvista tal-fjuwil ma tiġix interrotta u fl-istess ħin ma jkunx hemm preġudizzju għall-proċess ġudizzjarju pendenti. Għaldaqstant, il-proċedura negozjata kienet l-unika għażla prattika u legali f’din iċ-ċirkostanza.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23015 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21600, fejn intqal li ma jistax jaqsam il-pagamenti separatament, jista' l-Ministru jgħid f'kull każ kemm kienu l-pagamenti qabel u wara kull side letter li ġiet approvata?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23234, jista’ l-Ministru jgħid meta l-aħħar li ġew impjegati ħaddiema tal-kuntrattur fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, kemm hu n-numru ta' dawn il-ħaddiema u x’tip ta' xogħol qed jagħmlu dawn il-ħaddiema? Kemm minnhom huma barranin u kemm minnhom huma ta' ċittadinanza Maltija?
Jista’ jgħid ukoll mit-8 ta' Marzu 2013, kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda tal-kuntrattur biex jaħdmu ġewwa l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, maqsuma xahar b'xahar? Kemm hu n-numru totali ta' ħaddiema tal-kuntrattur li fil-preżent qed jaħdmu fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u x'tip ta’ xogħlijiet qed jagħmlu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex jixtri sigħat ta’ servizzi mingħand il-kuntratturi li jkun rebħu t-tender. Dan isir skond il-ħtiġijiet biex il-pazjenti jieħdu l-aħjar kura.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25410 u jgħid f’kemm-il binja u f’liema binja f’Għawdex u Malta li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu saru fire drills matul is-sena 2023 u 2024?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li matul is-snin 2023 u 2024 saru 351 fire drills. Dawn isiru b’mod regolari fl-MDH, SAMOC, GGH, MCH, PHC, Ċentri tas-Saħħa, FMS, Medicines Authority, Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, SVP, AACC u OPSA.
Sptar Ġenerali ta’ Għawdex - PA/07491/16 - Masterplan
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-masterplan (PA/07491/16) għall-area tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u f’liema xahar u sena hu ppjanat li jiġi approvat, biex b’hekk ikunu jistgħu jibdew ix-xogħlijiet relatati?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-masterplan li qed issir referenza għalih mill-Onor. Interpellant kien inizjat min Steward Healthcare. Dan il-proċess ma tkompliex.
Sadanittant il-Gvern qabbad kumpanija sabiex tiskrutinizza il-pjanijiet li tfasslu għal dan l-isptar f’Għawdex biex nassiguraw li l-kampus jiġi pjanat b’mod għaqli li jara żvilupp sostenibbli fil-qasam tas-saħħa ġo Għawdex. Appena dan jiġi kkonfermat u jitlestew il-passi ta’ rilokazzjoni, il-proġett tal-isptar akut ġdid fit-tramunatana tal-kampus ikun jista’ jipproċedi.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tax-xogħlijiet strutturali, infrastrutturali u ta’ tisbiħ, u xiri ta’ apparat mediku, li hemm ippjanati li jsiru jew jinxtraw fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex matul is-sena 2026?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fost ix-xogħlijiet li ser ikunu qed isiru fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex matul is-sena 2026, hemm:
(a) L-estensjoni tad-Dipartiment tal-Outpatients li ser jinkludu faċilitajiet dijanjostiċi integrati.
(b) Estensjoni ta’ żewġ swali operatorji u rinnovazzjoni ġdida tas-sala operatorja eżistenti.
(c) Rinnovar u estensjoni tal-unità kardjo-respiratorja b’faċilitajiet dijanjostiċi u kliniċi moderni kif ukoll tagħmir avvanzat biex itejbu l-kura għall-pazjenti b’kundizzjonijiet kardijaċi u respiratorji.
(d) Estensjoni tal-laboratorju fejn ser itejjeb il-proċessi tal-ittestjar, jissaħħaħ il-kontroll tal-kwalità u jitnaqqsu l-ħinijiet ta’ rispons.
(e) Estensjoni tal-unità tal-Infużjonijiet tal-Kimoterapija
(f) Sit għall-inżul tad-drones sabiex jiffaċilitaw konsenja jew ġarr ta’ kampjuni kif ukoll provvista ta kimoterapija għal trattament estiż fl-isptar ta’ Għawdex
(g) Helipad ġdid fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
(h) Unità ġdida għar-Rinjal b’spazji moderni għad-dijalisi, kmamar ta’ monitoraġġ u infrastruttura medika avvanzata.
(i) Rinnovar tas-CCU u kostruzzjoni ta’ ITU/HDU ġodda
(j) Kummissjonar tat-taghmir Iperbariku ġdida.
(k) Binja ġdida għall-farmaċija
(l) Binja ġdida għall-Emergency Operations & Anatomy Centre
Minbarra hekk, huwa ppjanat li ser isir xiri ta’ bosta apparat mediku ta’ l-aħħar teknoloġija state-of-the art.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Sejħiet għal ġardinara - Applikazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li applikaw għall-aħħar sejħiet kemm interni (minn ġewwa) kif ukoll esterni (minn barra) biex jiġu ingaġġati bħala ġardinara ġewwa Għawdex mill-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u kemm minnhom ġew magħżula s’issa?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li applikaw total ta’ 17-il kandidat għas-sejħa nterna li minnhom għaddew 7. Ir-reklutaġġ mistenni jibda fil-futur qrib.
Infurmat ukoll li applikaw total ta’ 46 kandidat għas-sejħa esterna. Ħadd minn dawn l-applikanti ma’ kien eliġibbli.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31570 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar u ċjoè: B’referenza għall-proġett magħruf bħala ‘solar flowers’ li qegħdin jitqiegħdu f’Ta’ Xħajma, Għawdex, jista’ l-Ministru jippubblika r-rapport tekniku u/jew studju ta’ fattibilità li wassal għal din l-għażla ta’ teknoloġija? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm valutazzjoni ta’ valur għal flus (value for money assessment) meta mqabbla ma’ sistemi fotovoltajċi tradizzjonali?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-proġett sar b’kollaborazzjoni bejn id-Dipartiment għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar. Għalkemm is-sejħa għall-offerti ħarġet mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, it-teknoloġija ġiet proposta mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar sabiex jiġi ndirizzat l-oġġettiv tal- programm RRP NextGenerationEU, liema oġġettiv kien intenzjonat speċifikament għall-progetti ta’ sistemi t’enerġija rinovabbli b’tekonoloġija innovativa u mhux waħda tradizzjonali. Il-viabilita’ jew xorta oħra ta’ sistemi innovattivi meta mqabbla ma’ sistemi fotovoltajċi tradizzjonali mhix kumparabbli, minħabba lis-sistemi innovattivi jkunu għadhom ma sarux sistemi standard kummerċjalment. Fil-fatt din it-teknoloġija hija minn tal-ewwel xorti tagħha f'Malta.
Għawdex - Ta’ Xħajma - Proġett tas-Solar flowers - Kuntratti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31568 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar u ċjoè: B’referenza għall-proġett magħruf bħala ‘solar flowers’ li qegħdin jitqiegħdu f’Ta’ Xħajma, Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid kemm saru offerti jew sejħiet għall-kuntratti relatati ma’ dan il-proġett u min kienu l-offerenti?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-proġett ġie implimentat wara li ħarġet sejħa pubblika għall-offerti, għal liema sejħa saru tliet offerti.
Għawdex - Ta’ Xħajma - Proġett tas-Solar flowers - Spiża totali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31567 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar u jgħid x’inhi l-ispiża totali tal-proġett magħruf bħala ‘solar flowers’ li qegħdin jitqiegħdu f’Ta’ Xħajma, Għawdex, inkluż l-ispiża ta’ installazzjoni, konnessjoni mal-grillja u kull infrastruttura ta’ sostenn relatata? Jista’ jgħid ukoll kemm mill-ispiża ta’ dan il-proġett hija koperta mill-Pjan ta’ Rkupru u Reżiljenza (RRP) u kemm qed jiġu ffinanzjati minn fondi nazzjonali?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ispiża totali finali biex ġew provduti s-solar flowers inkluż l-installazzjoni sħiħa tagħhom u l-konnessjoni, tammonta għal €699,611.98 (VAT eskluż), li huma kollha ffinanzjati mill-Pjan ta’ Rkupru u Reżiljenza (RRP).
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31564, li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar, u jgħid kemm kien il-bejgħ mill-Pitkalija f’Għawdex mis-sena 2010 sal-aħħar tas-sena 2024, maqsum sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma kien hemm l-ebda Pitkalija topera ġewwa Għawdex, minn kemm ilni responsabbli ta dan il-Ministeru.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31561, jista’ l-Ministru jgħid meta (xahar u sena) hu maħsub li jinbnew il-faċilitajiet u jsiru x-xogħlijiet neċessarji biex persuni li jkunu qed jistennew biex jirkbu l-fast ferry mill-Port tal-Imġarr ikollhom fejn jistkennu mill-elementi tat-temp? Jista’ jgħid ukoll fiex se jkunu jikkonsistu u kemm huma stmati li se jiġu jiswew dawn ix-xogħlijiet, jekk ħarġux il-permessi meħtieġa u jekk ħarġtix is-sejħa għal dawn l-istess xogħlijiet?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-faċilitajiet proposti jikkonsistu f’żewġ canopies b’saqaf magħmul minn pannelli komposti, struttura tal-azzar galvanizzat u sistema integrata għall-ilma tax-xita. L-istrutturi ser ikunu hemm qabel għall-istaġun tas-Sajf li ġej.
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar is-sejħa ‘CT3018/2024 DESIGN AND BUILD TENDER FOR BLOCK 6, AT MOUNT CARMEL HOSPITAL CAMPUS, USING ENVIRONMENTALLY FRIENDLY CONSTRUCTION MATERIALS AND PRODUCTS’ li għalqet fis-17 ta’ Settembru 2024 u jgħid x’ser jiġri issa? Jista’ jgħid ukoll jekk dan il-proġett huwiex ser isir jew le?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li t-tender ġie kanċellat għal raġunijiet tekniċi.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Proġetti/xiri fl-2026
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti/xiri ġewwa Għawdex li se jinbeda x-xogħol fuqhom matul is-sena 2026 mill-Ministeru tiegħu, minn issa sal-aħħar tas-sena, u li għalihom ser jiġu użati fondi allokati għall-Ministeru tiegħu? Kemm huma stmati li se jiġu jiswew dawn il-proġetti/xiri?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif għadna kemm ħabbarna fil-budget għas-sena li ġejja, ser niftħu mill-ġdid il-pitkalija f'Għawdex. Ninfurmah li bħalissa għaddejjin il-preparamenti ta’ disinni u l-kwantifikazzjoni tal-istimi tal-investiment meħtieġ. Barra min hekk, ninforma li l-Ministeru tiegħi hu maġġorment responsabbli għal-proviżżjoni ta’ servizzi ġewwa Għawdex, u li dawn jingħataw bl-istess mod min Għawdex hekk kif jingħata min Malta.
Iż-Żebbuġ, Għawdex - Triq Għajn Mhelhel – Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31557 fl-intier tagħha u jgħid kemm huma stmati li ser jiswew ix-xogħlijiet fi Triq Għajn Mhelhel (li miż-Żebbuġ, Għawdex twasslek għax-Xwejni), minn min se jsiru u minn liema framework contract se jsiru?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet li se jsiru mill-framework agreement for the provision of general road works including the laying of asphalt for the Ministry for Gozo - CT2361/2022. Mistennija li jiġu jiswew is-somma ta’ madwar Euro 600,000 (excl VAT).