Electric buses mingħajr passiġġiera u mingħajr numri ta’ reġistrazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20945 intera (kollha kemm hi) u jgħid:
X'inhuma r-raġunijiet għaliex f'dawn l-aħħar ġimgħat qed jinstaqu l-
Electric Buses
tal-Ministeru għal Għawdex fit-toroq prinċipali ta' Għawdex mingħajr passiġġiera u mingħajr numri ta' reġistrazzjoni?
Minn min qed jinstaqu dawn l-Electric Buses u jekk min qed isuqhom hux ħaddiema tas-Servizz Pubbliku jew inkella tal-kuntrattur?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant u nagħmel ukoll referenza għat-tweġiba li ngħatat għal-mistoqsija parlamentari 20945, li dawn l-Electric Buses qegħdin jinstaqu fuq trial runs. Dan ifisser li qegħdin jinstaqu b’numru ta’ reġistrazzjoni tat-trial run u biex il-kapaċitajiet tagħhom ikunu stabbiliti u ppruvati għal meta jidħlu fis-servizz. Qegħdin jinstaqu mill-kuntrattur.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali — ħaddiema self-employed
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema tal-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħtu li huma self-employed? Jista’ jgħid ukoll fejn jaħdmu bħala post tax-xogħol, jista' jgħid kull wieħed u waħda x'tip ta' xogħlijiet jagħmlu u kemm minnhom huma Għawdxin u kemm minnhom huma Maltin?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx ħaddiema li huma ingaġġati bħala self-employed, għajr dawk li joffru servizzi regolari jew kultant żmien fost il-ħtiġijiet li jkun hemm fil-ħidma tal-Ministeru.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm għalliema Għawdxin li jaħdmu u jgħallmu f'Malta? Tista' tgħid f’liema skejjel jaħdmu dawn l-għalliema u x'suġġetti jgħallmu? Tista' tgħid kemm hemm LSEs Għawdxin jaħdmu f'Malta u tgħid f’liema skejjel jaħdmu dawn l-LSEs?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif muri fid-dokument li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 21230 - Għalliema Għawdxin li jaħdmu Malta.pdf
Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-estensjoni taċ-Ċentru tal-Università f'Għawdex mhux ser ikun lest qabel sentejn oħra? Tista' tgħid din l-estensjoni fiex tikkonsisti u x'se jiżdied permezz ta' din l-estensjoni? Tista' tgħid kemm klassijiet/lecture rooms ser jiżdiedu permezz ta' din l-estensjoni?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Nirreferi l-Onor. Iinterpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 21253.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet għas-sit taċ-Ċirku tax-Xagħra (Brockdorff Circle) fix-Xagħra, Għawdex? Jista' jgħid jekk dan huwiex miftuħ għall-pubbliku u jekk le meta hu mistenni li jinfetaħ għall-pubbliku? Jista' jgħid matul dawn l-aħħar sentejn x'investiment sar min-naħa tal-Gvern jew Heritage Malta fuq dan is-sit?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat minn Heritage Malta li f’dan l-istadju il-pjanijiet ghaċ-Ċirku tax-Xagħra f’Għawdex huma li jitkomplew l-iskavi kif ukoll l-istudju tal-fdalijiet li qed jinstabu, bħala parti minn proġett ikbar ta’ konservazzjoni u mmaniġjar tas-sit. Peress li għad hemm fdalijiet konsiderevoli li jkopru kemm għadam uman kif ukoll oġetti oħra relatati mad-dfin taż-żmien Neolitiku, l-iskavi qed jingħataw prijorita qabel tfassil ta’ xogħol ieħor.
Is-sit mhuwiex miftuħ għall-pubbliku bħalissa, kemm minnħabba kwistjoni ta’ saħħa u sigurtà, kif ukoll għax in-natura tas-sit tagħmilha diffiċli ħafna biex jifhmu dak li qed jaraw. Is-sit jinfetaħ biss b’appuntament għal dawk li jitolbu speċifikament biex izuruh. Għadu kmieni wisq sabiex wieħed jipproġetta data ta’ meta s-sit jista’ jkun miftuħ regolarment għall-pubbliku minħabba li fadal bosta xogħol xi jsir. Dan jiddependi wkoll milll-istat ta’ konservazzjoni.
Saru skavi preliminari fl-2018 u fl-2019. Ix-xogħol waqaf fl-2020 minħabba l-pandemija, iżda reġa kompla din is-sena meta l-iskavi tkomplew tul ix-xahar kollu ta’ Mejju. Huwa stmat li x-xogħol ta’ din is-sena sewa madwar €20,000. Ix-xogħol fuq il-materjal li nstab waqt din il-kampanja u l-iskavi arkeoloġiċi se jitkomplew tul is-sena skont in-neċessitá sensittiva tagħhom.
Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza – dokumenti distrutti
Question
Jista' l-Ministru jgħid, f'kull Direttorat u entità li jaqa' fid-dekasteru tiegħu, kemm kien hemm files jew dokumenti li ġew distrutti abbażi tal-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data minn Jannar 2019 sal-lum, maqsuma sena b'sena? X'tip ta' files jew dokumenti kienu u ta' liema uffiċċju jew taqsimiet kienu jappartjenu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dak li għandu x’jaqsam mad-distruzzjoni ta’ dokumenti, dan il-Ministeru jagħmel dan l-eżerċizzju billi jimxi skont ir-Retention Policy rispettiva.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra fuq il-varji Master Plans li qed iħejji u jagħmel il-Ministeru għal Għawdex bħalissa? Fiex jikkonsistu u għalxiex qed isiru dawn il-Master Plans u minn min qed isiru? Meta huma ppjanati li ser jiġu konklużi dawn il-Master Plans? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Master Plans li ġew konklużi minn Jannar 2020 sal-lum?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika għal liema Master Plan qed jirreferi.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-'Tender for the provision of health and safety services for road reconstruction works around Gozo', li għalqet fit-3 ta' Novembru 2020 u jgħid fiex wasal il-proċess biex tiġi awarded din it-tender ferm bżonjuża u importanti għas-saħħa u sigurtà fuq proġetti ta' bini mill-ġdid ta' toroq ġewwa Għawdex?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu tenders permezz ta' ‘Negotiated Procedures’ ġodda minn meta ġiet imwieġba l-mistoqsija parlamentari 10603 sal-lum, u x'tip ta’‘Negotiated Procedures’ kienu? F’kull każ, min ħa d-deċiżjoni u x'kienu r-raġuni li ħarġu b’dan il-mod? Kemm kien il-valur ta' kull tender? Jista' jgħid taħt liema Ministeru, entità, aġenzija, awtorità ħarġu dawn it-tenders u fiex kienu jikkonsistu dawn it-tenders?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2019 sal-lum, sena b' sena, kemm-il każ daħal fil-Qorti tal-Familja f'Għawdex li mar għal medjazzjoni? Jista' jgħid illum kemm hemm medjaturi fil-Qorti tal-Familja f'Għawdex u kemm-il siegħa fil-ġimgħa jaħdmu dawn il-medjaturi?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor Interpellant li mis-sena 2019 sal-aħħar ta’ Mejju 2021 daħlu s-segwenti każi fil-Qorti tal-Familja f’Għawdex li marru għal medjazzjoni. Fil-Qorti ta’ Għawdex hawn medjatriċi waħda li taħdem 6 siegħat kull ġimgħa.
SenaTotal
201990
202088
2021 sal-aħħar ta’ Mejju43
Ministeru għal Għawdex – Promozzjonijiet ta’ supervisors
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw promozzjonijiet ta' Supervisors fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex xahar b'xahar minn Lulju 2019 sal-lum? Kif ukoll jista’ jgħid għal kull wieħed u waħda minn dawn is-supervisors, kemm kien ilhom jaħdmu mas-Servizz Pubbliku u kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa u x' kien il-grad li kellhom qabel ħadu l-promozzjoni?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 21169 Ministeru għal Għawdex – Promozzjonijiet ta’ supervisors.pdf
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm inħarġu u ġew assenjati kuntratti pubbliċi minn kull dipartiment u entità li jaqa’ taħt id-dekasteru tieghu mit-3 ta’ Ġunju 2017 sad data meta tigi mwiegba din il-mistoqsija Parlamentari? Jista’ f’kull każ jgħid (i) min rebaħ il-kuntratt; (ii) l-ammont totali tal-kuntratt; (iii) jekk il-kuntratt kienx kompetittiv jew b’direct order; u (iv) l-oġġett tal-kuntratt (x’tip ta’ xogħol jew servizz ieħor qed jinxtara)?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tiġi ppubblikata fuq il-Gazzetta tal-Gvern skont l-Artikolu 111(2) tar-Regolamenti tal-2016 dwar l-Akkwist Pubbliku.
Protezzjoni Ċivili ta' Għawdex u Kemmuna — vetturi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura għandom il-Protezzjoni Civili ġewwa Għawdex u Kemmuna? Jista' jgħid kull vettura x'marka hi u ta' liema sena hi? Liema minnhom bħalissa mhux qed jintużaw minħabba ħsara? Jista’ jgħid xi ħsara għandha kull vettura li mhux qed tintuża u meta hu maħsub li kull vettura li hija wieqfa, terġa’ tibda tintuża?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li ġewwa Kemmuna qatt ma kien hemm vetturi u f’Għawdex hemm 12 -il vettura. Dawn huma 1996 Scout Iveco 40:40WM tal-1996, Falcon lVECO New Daily tal-1997, Ranger IVECO New Daily 4x4 tal-1998, RV4 IVECO New Daily 4x4 tal-1998, IVECO Eurocargo Turntable Ladder tal-1998, MAN TGM Fire engine tal-2006, Hyundai i20 tal-2013, Scout Iveco New Daily tal-2015, Ranger IVECO tal-2017, Falco IVECO New Daily tal-2017, Peugeot tal-2019 u HAWK Mitsubishi Fuso tal-2020. Bħalissa apparti dawn il-vetturi hemm żewġ (2) vetturi li jinsabu bil-ħsara, waħda Land Rover li qegħda għat-tiswija minħabba ic-chassis filwaqt li vettura tal-għamla IVECO Eurocargo qed jiġu kwantifikati l-ħsarat.
Infurmat ukoll li ma’ dawn il-vetturi, fil-jiem li ġejjin se jiżdiedu tlett (3) vetturi oħra ġewwa għawdex, Mitsubishi PHEV SUV tal-2020, Iveco Daily Logistics van tal-2021 kif ukoll MAN TGM tanker tal-2009 li jesa’ mal-20,000 litru ta’ ilma.
Konsulenzi u pariri mogħtija minn konsulenti u avukati — nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17154 u jgħid sena b'sena x'inhu l-ammont minfuq fuq konsulenza u pariri mogħtija minn konsulenti jew avukati għar-rigward xogħol u pariri legali mill-bidu tas-sena 2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Lil min tħallsu dawn l-ammonti sena b'sena?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li diġà ngħataw għall-PQs 4314, 1094, 7107, 23799, 23566, 27453, 24923, 17745, 9315, 4601, 4389, 2341 u 2498 għall-perjodu sal-2018, ngħarrfu li tlabt biex jinġabar il-bqija tat-tagħrif. Appena dan ikun disponibbli, ikun jista’ jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tender 'CALL-OFF FOR THE PROVISION OF ARCHITECTURAL PROFESSIONAL SERVICES RELATED TO ROADWORKS IN GOZO'
Question
Jista' l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender 'CALL-OFF FOR THE PROVISION OF ARCHITECTURAL PROFESSIONAL SERVICES RELATED TO ROADWORKS IN GOZO' li għalqet iktar minn sena ilu, jiġifieri fil-5 ta' Diċembru 2019? Jista’ jgħid fiex wasal il-proċess ta' evalwazzjoni ta’ din l-imsemmija tender?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment tal-Kuntratti huwa infurmat li l-Awtorità Kontraenti ddeċidiet li tikkanċella din it-tender minħabba li m’għadhiex tilħaq l-iskop tal-proġett. Din ir-rakkomandazzjoni għadha trid tasal quddiem il-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19158 u jgħid liema huma dawk il-proġetti kapitali li saru jew qed isiru jew se jsiru, permezz ta' ħruġ ta' tenders din is-sena li għalihom il-letters of acceptance lill-kuntratturi rispettivi nħarġu matul is-sena 2020 jew din is-sena? Jista' jgħid kemm hu l-valur f'ċifri ta' euro ta' kull proġett imsemmi u minn liema vot/i kapitali se jittieħdu l-flus?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex ikun iżjed speċifiku fit-talba tiegħu
'NEGOTIATED PROCEDURE FOR THE PROVISION OF ACCOMODATION FOR ELDERLY PERSONS IN GOZO' MG 316/2017/pt1
Question
Jista’ l-Ministru jispjega u jgħid fiex tikkonsisti u kemm hi stmata li ħa tiġi tiswa globalment in-'NEGOTIATED PROCEDURE FOR THE PROVISION OF ACCOMODATION FOR ELDERLY PERSONS IN GOZO' MG 316/2017/pt1? Jista’ jgħid x'inhuma r-raġunijiet għaliex ma ħarġitx tender biex jiġi offrut dan is-servizz ta’ akkomodazzjoni għall-anzjani ġewwa Għawdex? Jista’ jgħid kemm-il sena ilu jiġi awarded dan is-servizz permezz ta' Negotiated Procedure u kemm kienet is-somma globali sa issa li l-Ministeru għal Għawdex ħallas u lil min ħallas?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt sabiex tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Implimentazzjoni tar-regolament tal-Unjoni Ewropea 2017/2394
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19071, jista’ l-Ministru jispjega x’inhi r-raġuni għad-dewmin fit-twettiq tal-emendi meħtieġa biex jiġu attwati l-miżuri kollha ta’ infurzar skont ir-Regolament tal-UE 2017/2394, kif elenkati fl-artikolu 9 tal-imsemmi regolament, dan l-aktar meta wieħed iqis li dan ir-regolament daħal fis-seħħ fis-17 ta’ Jannar 2020? Jista’ jelenka x’miżuri ttieħdu jew qed jittieħdu fir-rigward tad-Direttivi u Regolamenti tal-Unjoni Ewropea elenkati fl-anness mar-Regolament ċitat wkoll peress li dawn jirrelataw għal operat regolatorja ta’ diversi awtoritajiet pubbliċi fosthom l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA), l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u oħrajn?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Abbozz biex jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, Kap. 378 u liġijiet oħra, u sabiex jagħmel dispożizzjonijiet anċillari u konsegwenzjali għalihom, għandu jitressaq quddiem il-Parlament dalwaqt.
Fir-rigward tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu qed jiġu mħejjija l-emendi fil-leġiżlazzjoni tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna wżat it-trasport pubbliku f'Għawdex matul is-sena 2019 u 2020? Jista' jgħid kemm-il bus għandha l-kumpanija li topera dan is-servizz f'Għawdex u kemm huma l-impjegati tal-kumpanija f'Għawdex? Jista' jgħid kemm mill-impjegati mhumiex ta' nazzjonalità Maltija?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fl-2019 użaw is-servizz tat-trasport pubbliku f’Għawdex 2,564,167 passiġġier filwaqt li fl-2020 kien hemm 1,178,843 passiġġier. In-network tat-trasport pubbliku ġewwa Għawdex huwa operat permezz ta’ sbatax-il karroza tal-linja u hemm total ta’ 55 impjegat bejn xufiera u ħaddiema oħra.