Sptar Ġenerali ta' Għawdex — ħaddiema li talbu biex jiġu trasferiti
Question
Jista' l-Ministru jgħid mill-1 ta' Lulju 2015 sal-lum kemm kien hemm ħaddiema li jaħdmu fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex li talbu li jiġu trasferiti f'xi dipartiment jew entità mal-Ministeru għal Għawdex? Jista' jgħid għal kull wieħed u waħda minn dawn il-ħaddiema xi grad huma u fejn marru jaħdmu dawn il-ħaddiema u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mid-data msemmija sal-lum kien hemm 42 individwu li kienu jaħdmu fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex li ġew trasferiti fil-Ministeru għal Għawdex. Apparti tliet ħaddiema li m'għadhomx jaħdmu ma' dan il-Ministeru, u ħaddiem li rtira, il-bqija tal-ħaddiema jaqdu dmirijiethom mid-Direttorati rispettivi li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22255 u jgħid fir-roundabouts ta’ Għawdex, minn Ġunju 2017 sal-lum:
a. Kemm sar armar differenti s’issa?;
b. Għal liema okkażjonijiet saru?;
c. Fejn qed jitwaħħlu? Liema huma l-postijiet speċifiċi?;
d. Kemm huma stmati li ġew jiswew?;
e. Min awtorizza dawn il-ħlasijiet?;
f. X’armar hu previst għall-kumplament tas-sena?;
g. Wara li jiżżarmaw, x’qed isir minn dan l-armar u fejn qed jitpoġġa?; u
h. Kemm hemm ħaddiema jaħdmu fuq dan l-armar tar-
roundabouts
u x’inhu l-grad tagħhom?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-armar ta’ dawn ir-roundaboutsisir biex jippromwovu xi festival tematiku jew biex jitwassal messaġġ edukattiv li jqajjem kuxjenza marbuta maċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Ġranet Dinjija.
Dan l-armar jitpoġġa fis-central strips ta’ Mġarr Road ħdejn Bethlehem f’Għajnsielem, quddiem il-Mitħna tax-Xewkija u fir-roundabout tad-daħla tar-Rabat.
Il-maġġoranza ta’ dawn it-tabelli jsiru minn injam u materjal ieħor irriċiklat. Dawn jiġu merfugħa fl-imħażen tal-Ministeru u kull sena qabel ma jitpoġġew fir-roundabouts issirilhom il-manutenzjoni meħtieġa jew xi tibdil zgħir ħalli jagħtuhom dehra differenti. Għalkemm kien hemm numru żgħir minnhom li saru minn artisti Għawdxin, il-maġġoranza saru mill-ħaddiema tal-Ministeru għal-Għawdex bl-għajnuna tal-klijenti li jattendu d-Day Centre ta’ Santa Marta.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22132 u jgħid kemm hemm għases tal-Pulizija f'Għawdex u jindika fejn huma dawn l-għases? Jista' jgħid f'kull każ, il-post fejn hemm l-għassa hux proprjetà tal-Gvern jew inkella huwiex mikri mingħand terzi? Jekk mikri mingħand terzi, kemm hi l-kirja fis-sena ta' kull post li jservi ta' għassa f'Għawdex? Jista' jgħid ukoll kemm-il siegħa kienet miftuħa kull għassa kull xahar matul ix-xhur tas-sajf 2021 u ċjoè Ġunju, Lulju, Awwissu u Settembru 2021?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li f’Għawdex hemm 16-il għassa li huma fil-lokalitajiet ta’: Victoria, Mġarr, Xlendi, Marsalforn, Xagħra, Nadur, Xewkija, Għajnsielem, Sannat, Qala, Kerċem, Għarb, Żebbuġ, Munxar, San Lawrenz u f’Kemmuna.
3 għases huma mikrija (Nadur €54.16, Xewkija €189.48, u Żebbug €168.53) u l-bqija propjetà tal-Gvern.
11-il għassa minnhom għandhom sistema ta’ konnessjoni mal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, u tul ix-xhur tas-Sajf tal-2021 l-għases prinċipali kienu miftuħa skont is-siegħat indikati hawn taħt.
Rabat: Ġunju – 720, Lulju – 744, Awwissu – 744, Settembru – 720
Marsalforn: Ġunju – 671, Lulju – 671, Awwissu – 671, Settembru – 426
Mġarr: Ġunju – 720, Lulju – 744, Awwissu – 744, Settembru – 720
Kemmuna: Ġunju – 720, Lulju – 744, Awwissu – 744, Settembru – 696
Xlendi: Ġunju – 248, Lulju – 622, Awwissu – 636, Settembru – 187
Infurmat ukoll li fi żmien qasir, għall-ewwel darba Għawdex kollu se jkun kopert ukoll bis-servizz tal-Community Policing, bil-għan ewlieni li l-lokalitajiet kollha jkollhom l-uffiċjali jservu lin-nies fil-qalba tal-komunità.
Xewkija Windmill project – quotation għal training services
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet għaliex il-quotation MGOZ eQ 54/2021 'Quotation for the provision of training services required for the Xewkija Windmill project li ħarġet ftit tal-ġranet ilu u li ġiet ikkanċellata u li imbagħad reġgħet ħarġet mil-ġdid u reġgħet ġiet ikkanċellata? Jista’ jgħid fiex kienet tikkonsisti din il-quotation u min kienu dawk il-persuni li kienu ħa jibbenifikaw minn dan 'it-training services?' Jista’ jgħid meta hi ppjanata li terġa’ toħrog din il-quotation?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ewwel darba li ġiet ippubblikata l-quotation ma kienx hemm offerenti, għalhekk reġgħet ġiet pubblikata. Ftit ġranet wara t-tieni publikazzjoni kien hemm kjarifika, fejn ġie nnotat li kien hemm dettall fl-ispesifikazzjonijiet li kien nieqes, għalhekk skont il-proċeduri tal-procurement din il-quotation kellha tiġi kkanċellata.
Minn dan it-tagħlim se jibbenefikaw persuni li jaħdmu fil-Mitħna tax-Xewkija u fiċ-Ċittadella, u hemm pjanat li jaħdmu wkoll fit-Torri ta’ Sopu, it-Torri ta’ Kenuna u l-Mużew Marittimu (Nadur). Peress li dawn ikollhom kuntatt kontinwu man-nies, se jkollhom bżonn taħriġ dwar tifi ta’ nar,
first aid, u health and safety,
u assistenza lin-nies b’diżabilita’.
Din il-quotation mhix se terġa toħroġ peress li se jintużaw is-servizzi ta’ taħriġ mis-CPD, OHSA u CRPD.
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – ħaddiema li jagħmlu xogħol ġewwa Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, u anke tal-kuntrattur, li jagħmlu xogħol ġewwa Għawdex? X’inhu x-xogħol ta’ kull wieħed minn dawn il-ħaddiema, x’inhu l-grad tagħhom, fejn bħala post jaqdu d-dmirijiet tagħhom u kemm ilhom jaħdmu ġewwa Għawdex?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — ħaddiema li jagħmlu xogħol ġewwa Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, u anke tal-kuntrattur, li jagħmlu xogħol ġewwa Għawdex? X’inhu x-xogħol ta’ kull wieħed minn dawn il-ħaddiema, x’inhu l-grad tagħhom, fejn bħala post jaqdu d-dmirijiet tagħhom u kemm ilhom jaħdmu ġewwa Għawdex?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-Master Plan tar-Ramla u jgħid fil-konkret x'sar f'dawn l-aħħar xhur rigward dan il-Master Plan? Jista' jgħid ukoll meta nbeda dan il-Master Plan u meta hu ppjanat li jiġi konkluż dan il-Master Plan?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-Ministeru għal Għawdex qiegħed jikkonsulta mal-stakeholders kollha biex jkun jista jisottometti applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar marbuta ma’ dan il-Master plan.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22522 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: B'referenza għall-proġett ta' riġenerazzjoni ta' Pjazza Santa Margerita fir-raħal tas-Sannat li se jkun iffinanzjat mill-Ministeru għal Għawdex, jista' ġentilment il-Ministru jaġġorna dwar dan il-proġett li ilu jiġi mwiegħed għal dawn l-aħħar snin? Jista' jgħid jekk ħarġitx it-tender ta' dan il-proġett u jekk ġietx irrakomandata li tiġi awarded din it-tender mill-bord ta' aġġudikazzjoni u jekk iva, jgħid f'liema xahar u sena hu maħsub li jinbeda x-xogħol infrastrutturali?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas- Sannat li t-tender ta’ dan il-proġett ġie ppublikat, pero sar appell fi ħdan id-Dipartiment tal-Kuntratti u għalhekk għadu qed jiġi trattat.
Għajnsielem – Triq Sant’Antnin – inawgurazzjoni – nefqa
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22666, jista' l-Ministru jagħti rendikont tan-nefqa li saret b'rabta mal-attività ta' inawgurazzjoni uffiċjali li saret fi Triq Sant Antnin f'Għajnsielem tal-ewwel kisja asphalt ta' parti minn din it-triq nhar it-12 ta' Novembru 2020? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija attività? Jista’ jgħid jekk hemmx ippjanata inawgurazzjoni oħra wara li din it-triq titlesta minn kollox?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Animali – ħaddiema f’Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22305 u jgħid kemm hemm ħaddiema li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu u anke tal-kuntrattur li jagħmlu xogħol ġewwa Għawdex? X’inhu x-xogħol ta’ kull wieħed minn dawn il-ħaddiema, x’inhu l-grad tagħhom, fejn bħala post jaqdu d-dmirijiet tagħhom u kemm ilhom jaħdmu ġewwa Għawdex?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.
Rabat — Ċimiterju ta’ Santa Marta – manutenzjoni u xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22261 intera (kollha kemm hi) rigward iċ-Ċimiterju ta' Santa Marta u jgħid:
x’tip ta’ manutenzjoni u xogħol ieħor sar u kemm ġie jiswa fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Marta fir-Rabat, f’dawn l-aħħar ħames snin maqsuma sena b’sena? u
jgħid x’hemm ippjanat bħala manutenzjoni u xogħol ieħor li jsir minn issa sal-aħħar tas-sena f’dan iċ-ċimiterju u matul is-sena 2022 u kemm hi ppjanata li tkun l-ispiża?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari numru 22261.
Programm ta’ Fondi Strutturali u Fondi ta’ Koeżjoni Ewropej 2014-2020 – Fondi Ewropej użati mill-Ministeru għal Għawdex
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22260 rigward Programm ta’ Fondi Strutturali u Fondi ta’ Koeżjoni Ewropej 2014-2020 – Fondi Ewropej użati mill-Ministeru għal Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-proġett li qed isir bħalissa biex jiġu rranġati ħitan tas-sejjieħ madwar Għawdex, ma jidher imkien fit-tabella li ġiet impoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġett imsemmi huwa mniżżel fit-tabella li ġiet impoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra għall-Mistoqsija Parlamentari 22260 taħt l-isem:
EAFRD 4.4121 Rehabilitation of Gozo's Valleys to Enhance their rain capturing and soil retention capabilities.
Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm uffiċini mikrija fil-Gozo Innovation Hub lil kumpaniji varji? Jista’ jgħid kemm jimpjegaw ħaddiema kull waħda minn dawn il-kumpaniji? Jista' jgħid kemm minn dawn il-kumpaniji jew entitajiet huma tal-Gvern u kemm jimpjegaw nies dawn l-entitajiet governattivi?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm erba’ kumpaniji kummerċjali, li bħalissa bejniethom jimpjegaw sittax-il persuna, u li qed jagħmlu użu mis-servizzi tal-Gozo Innovation Hub. Fil-preżent hemm ukoll żewġ entitjiet governattivi joperaw mill-post u bejniethom jimpjegaw disa’ persuni oħra.
Jista’ l-Ministru jispjega għalfejn it-traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/770 saret tramite liġi sussidjarja – preċiżament l-A.L. 406 tal-2021 - waqt li t-traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/771 qed isir tramite emendi għal-liġi primarja – u ċjoè l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur Kap. 378 tal-Liġijiet ta’ Malta - dan meta wieħed iqis li l-materja koperta fiż-żewġ direttivi, hi strettament marbuta?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-suġġett regolat permezz tad-Direttiva (UE) 2019/771 huwa diġa’ inkluż fit-Taqsima X tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur (Kap. 378) intitolata “Bejgħ ta’ oġġetti lil konsumaturi” u konsegwenzjalment it-traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/771 kienet teħtieġ emendi tal-imsemmija Taqsima X.
Min-naħa l-oħra d-Direttiva (UE) 2019/770 hija kompletament innovattiva u fil-fatt m’hemmx dispożizzjonijiet simili fl-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur. Għalhekk it-trasposizzjoni tad- Direttiva (UE) 2019/770 saret permezz tal-Avviż Legali 406 tal-2021 skont l-artikolu 7 (1) (g) tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur.
Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant illi mill-2001, speċifikament minn meta kienet saret it-traspo¿izzjoni tad-Direttiva dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi in rigward ta’ kuntratti li jsiru mill-bogħod, permezz tar-Regolamenti tal-2001 dwar Bejgħ mill-Bogħod (Avviż Legali 186 tal-2001), il-maġġoranza tad-Direttivi jew Regolamenti tal EU li kellhom jiġu trasposti ġew imwettqa permezz ta’ Regolamenti taħt l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur.
Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma — Bord tad-Diretturi
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22505 u t-tweġiba mogħtija, tenut kont li l-avviż numru 1344 tal-Gazetta tal-Gvern jelenka biss l-ismijiet kollha tal-membri tal-Bord tar-REWS u li skont it-tweġiba mogħtija ż-żmien tal-ħatra tal-membri kollha hi ta’ ħames snin, tista’ l-Ministru tispjega kif ser titħaddem is-sistema ta’ rotazzjoni tal-membri ġaladarba dawn ilkoll għandhom l-istess żmien ta’ ħatra?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rotazzjoni xierqa li qed tiġi applikata a tenur tal-artikolu 3(7) tal-Kap. 545, għar-rigward tal-ħatra tal-membri tal-Bord tar-Regolatur tikkonsisti li l-membri tal-Bord ma jiġux appuntati kollha simultanjament u li d-data tat-tmiem tal-mandat tal-membri tal-Bord m’hijiex l-istess għall-membri kollha. Iż-żmien tal-ħatra xorta huwa ta’ ħames snin.
Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma — Bord tad-Diretturi
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22505 u t-tweġiba mogħtija, tista’ l-Ministru tgħid x’kienet preċiżament il-proċedura indipendenti u imparzjali mitluba skont l-artikolu 3(6) tal-Att dwar ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma Kap. 545 li allura ġiet segwieta fil-ħatra tal-membri tal-Bord tar-REWS kif imħabbra tramite l-avviż numru 1344 tal-Gazetta tal-Gvern?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid lill-Kamra fiex tikkonsisti l-applikazzjoni li saret reċentement mill-Ministeru għal Għawdex PA/07131/21 Location of development: Government Experimental Farm, Triq l-Imġarr c/w Triq il-Madonna tar-Rummiena and abutting, Triq San Leonardo, Xewkija Description of works: Construction of underground bi-partisan reservoirs, a feeder pump room and a fertigation (fertilizer/irrigation pumps) room at the Government Experimental Farm?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din l-applikazzjoni għall-permess hija biex jinbena ilqugħ għall-ilma (reservoir) li jkun maqsum f’żewg partijiet. Naħa minnhom se jilqa ilma tal-pjan (minn borehole) u n-naħa l-oħra se tkun tilqa New Water. Dawn iż-żewġ tipi ta’ ilma se jkunu qed jintużaw biex jiġu studjati u evalwati l-effetti fuq il-produzzjoni agrikola. Il-feeder pump room u il-fertigation system huma neċessarji għall-operat tal-Farm Esperimentali fix-Xewkija kif ukoll għal fini tal-proġett biex jissaqqew il-prodotti agrikoli f’dan il-proġett pilota. Dan huwa parti minn proġett iffinanzjat minn fondi Ewropej taħt il-Life IPE.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm talbiet għal trasferiment minn ħaddiema u xi grad huma, li jaħdmu mal-Ministeru għall-Edukazzjoni biex imorru jaħdmu f'xi dipartiment jew entità oħra f'Għawdex mal-Ministeru għal Għawdex mill-1 ta' Jannar 2020 sal-lum? Kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa u fejn marru jaħdmu dawn il-ħaddiema li t-talba tagħhom ġiet milqugħa? Tista' tgħid fil-preżent kemm hemm talbiet pendenti?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Sakemm inkisbet l-informazzjoni, ninsab infurmata li fis-sena 2020 kien hemm ħames talbiet bil-miktub għal trasferiment mill-Ministeru għall-Edukazzjoni għall-Ministeru għal Għawdex. Erbgħa minn dawn it-talbiet ġew milqugħa u l-gradi tagħhom kienu ta’ Senior Operative (1), Senior Clerk (1), LSE II (1) u ‘Gardener’ (1).
Infurmata wkoll li fl-2020 persuna fil-grad ta’ Child Care Educator ġiet seconded mill-Foundation for Educational Services (FES) għall-Ministeru t’Għawdex.
Matul din is-sena sat-2 ta’ Novembru kien hemm talba waħda bil-miktub u din ġiet milqugħa; dan l-uffiċjal għandu l-grad ta’ ‘Teacher’.
Ma jirriżultax li hemm talbiet pendenti fil-preżent.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22471, tista’ l-Ministru tgħid x'għad fadal x’isir biex is-substation fi Triq Malta f'Għajnsielem tibda tiffunzjona? Tista’ tgħid jekk l-apparat ta' ġewwa din is-substation huwiex f'postu u jekk iva kemm ilu hemm? Tista’ tgħid ukoll jekk sarux il-cables tad-dawl ta' taħt l-art biex din is-substation tibda tiffunzjona u jekk iva meta saru?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-apparat kollu jinsab fis-substation il-ġdida fit-triq imsemmija. Il-kuntratt biex issir it-trinka għal cables ġie ffirmat. B’hekk malli jitlesta dax-xogħol mill-kuntrattur u jitpoġġew il-cables, is-substation tkun tista’ tiġi kummissjonata u tibda’ topera.
Kuntratturi li qed jagħmlu xogħol infrastrutturali — Roadside Electric Vehicle Charging Infrastructure
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-kuntratturi li qed jagħmlu ix-xogħol infrastrutturali tar-ROADSIDE ELECTRIC VEHICLE CHARGING INFRASTRUCTURE ġewwa l-gżira ta’ Għawdex?Kif intagħżlu, meta ħarġet is-sejħa u fejn ġiet ippubblikata u kemm qed jitħallsu ta' kull Charging Point u b’liema rata qed jitħallsu l-kuntratturi li qed jagħmlu dan l-imsemmi xogħol? Jista' jgħid kemm u fejn saru Charging Points ġewwa Għawdex u kemm għad fadal issiru?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru kkonċernat.