B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22522 rigward il-proġett ta' riġenerazzjoni ta' Pjazza Santa Margerita fir-raħal tas-Sannat li se jkun iffinanzjat mill-Ministeru għal Għawdex, jista' ġentilment il-Ministru jgħid:
a) Jekk din is-sejħa ġietx ukoll riveduta mid-Direttorat ta’ Eco Gozo fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex qabel ġiet ippubblikata t-tender mill-Kunsill Lokali ta' Sannat bħal ma ġara fuq proġetti ta' kunsilli oħra fejn il-Ministeru ffinanzjahom? u
b) Jekk kienx hemm rappreżentat (isem u kunjom) tal-Ministeru għal Għawdex li jkun bħala osservatur mal-membri tal-bord li evalwaw it-tender tal-proġett tal-Pjazza tas-Sannat bħal ma ġara fuq proġetti ta' kunsilli oħra fejn il-Ministeru ffinanzjahom?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qabel ħarġet is-sejħa mill-Kunsill, din ġiet riveduta mill-Ministeru għal Għawdex, u wara li għalqet is-sejħa għall-offerti u bdew jiġu evalwati l-offerti minn membri maħtura mill-Kunsill b’mod awtonomu, kien hemm osservatur mill-Ministeru għal Għawdex mal-membri ta’ dan il-bord. B’rispett lejn il-Regoli fix-Xiri Pubbliku tal-Gvern, dan l-osservatur ma jkollu l-ebda aċċess għad-dettalji amministrattivi, tekniċi u/jew finanzjarji tal-offerti mixħuta u l-ebda nfluwenza fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-bord.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport (Feasibility Study) li sar fis-sena 2016 rigward il-proġett u l-estensjoni tal-Air Strip fix-Xewkija Għawdex?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Rabat Għawdex — Proġett ta’ bini mill-ġdid tat-Triq ta’ Wara s-Sur
Question
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-proġett propost fid-diversi baġits passati ta' bini mill-ġdid tat-Triq ta' Wara s-Sur fir-Rabat Għawdex u jgħid f’liema xahar u sena hu ppjanat li jinbeda x-xogħol peress li tinsab fi stat ħażin ħafna?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq t-Triq ta’ Wara s-Sur fir-Rabat Għawdex ser jinbeda meta jinkisbu l-permessi neċessarji.
Marsalforn – Triq il-Qbajjar – bini mill-ġdid tat-triq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta għandu l-ħsieb li jasfalta u jibni mill-ġdid Triq il-Qbajjar, Marsalforn li tinsab fi stat terribbli u diżastruż? Jista’ jgħid jekk din hijiex ser issir matul is-sena 2022?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħsieb tal-Ministeru għal Għawdex huwa li jsiru t-toroq li hemm bżonn madwar Għawdex kif jista’ japprezza li qed jsir.
Tista' l-Ministru tgħid liema kienu l-proġetti li l-Malta Enterprise rnexxielha ġġib lejn Għawdex matul is-sena 2020 u 2021? Kemm qed iħaddmu nies kull wieħed minn dawn il-proġetti?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li l-Malta Enterprise hi koperta bil-kunfidenzjalita' imposta skont l-Artiklu 21(5) tal-Att dwar l-Intrapriża ta’ Malta (Malta Enterprise Act) u l-Artiklu 33 tal- Att dwar il-Promozzjoni ta’ Negozji (Business Promotion Act) u għalhekk ma tistax tingħata l-informazzjoni li qiegħda tiġi mitluba.
Ninforma lill-Onor. Interpellant ukoll li matul l-2020 u fl-ewwel disa’ xhur tal-2021, il-Malta Enterprise approvat 15 il-proġett li ser jiġu implimentati ġewwa Għawdex. Dawn ser jiġġeneraw 152 impjieg ġdid b’investiment ta 10.4 miljun ewro.
Barraminhekk, il-Malta Enterprise rċeviet 732 applikazzjoni min Għawdex taħt l-iskema tal-MicroInvest bl-ammont approvat bħala Tax Credits jammonta għal 8.97 miljun ewro u f’Cash Grants jammonta għal 478,758 ewro.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti u Site Plan tal-Gozo Heliport kif inhu eżistenti? Jista' jpoġġi kopja tal-pjanti u site plans li saru mal-applikazzjoni biex ir-runway tal-heliport tiġi estiża?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif ikolli il-pjanti finalizzati nkun nista’ npoġġiehom fuq il-Mejda tal-Kamra kif ukoll jiġu magħmula pubbliċi hekk kif tiġi mnehdija il-konsultazzjoni pubblika mill-GRDA.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm u fejn tnaddfu widien ġewwa Għawdex matul is-sena 2020 u 2021? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti t-tindif u kemm kienet l-ispiża fuq kull wied li tnaddaf?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2020 u l-2021 inkisbu numru ta’ permessi sabiex jitnaddfu l-widien madwar Għawdex biex b’hekk tkun tista’ toħroġ is-sejħa għall-offerti għat-tali tindif skont il-permessi approvati. Madankollu tindif regolari minn żibel u plastik li jintrema b’mod illegali jsir is-sena kollha permezz tal-ħaddiema tas-sezzjoni tal-indafa pubblika.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kilometru ta’ toroq ġodda jew bini mill-ġdid ta’ toroq saru matul is-sena 2021, kif ukoll jgħid:
(a) kemm minnhom kienu toroq arterjali u distributorji?;
(b) kemm minnhom tlestew kompletament u liema minnhom għadhom mhux lesti?;(c) f'każ ta' dawk it-toroq li għadhom mhux lesti, x'persentaġġ ta' xogħol fadal u meta jaħseb li ser jitlesta dan ix-xogħol?;
(d) x'tip ta' servizzi nbidlu (dawl, mains tal-ilma tax-xorb, mains tad-drenaġġ, eċċ.)?;
(e) fejn saru water culverts u x'tulijiet ta' water culverts saru f'kull triq?;
(f) fejn saru walk through culverts u x'tulijiet saru ta' walk through culverts f'kull triq?;
(g) fejn saru bankini ġodda u gutters u x' tulijiet saru ta' bankini ġodda u gutters f'kull triq?; u
(h) kemm kienet stmata li tiġi tiswa’ kull triq u kemm fil-fatt ġiet l-ispiża?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2021 saru 49,281.26 metri kwadri ta’ tarmak din is-sena.
Infrastructure Malta – użu ta’ polymer modified asphalt f’Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn meta ilha mwaqqfa Infrastructure Malta, kemm-il metru ta’ polymer modified asphalt intuża? Meta u fejn saru u fuq liema toroq fil-gżira ta’ Għawdex? Kemm-il metru ta' Polymer Modified Asphalt hu ppjanat li jsir matul is-sena 2022 ġewwa l-gżira ta' Għawdex u x'inhuma l-vantaġġi ta' dan it-tip ta' materjal li jintuża fit-toroq?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn meta twaqqfet fl-2018, Infrastructure Malta ħadmet sabiex tirrevedi u ttejjeb l-istandards ta’ kwalità dwar il-bini tat-toroq f’Malta. Fil-fatt, wara konsultazzjonijiet m’esperti internazzjonali, l-aġenzija ġeddet diversi standards li kien ilhom ma jiġu riveduti madwar 20 sena. Permezz ta’ din il-ħidma, l-aġenzija setgħet anke tintroduċi metodi u teknoloġiji ġodda, fosthom tip t’asfalt aktar b’saħħtu għat-toroq arterjali li minnhom jgħaddu għexieren t’eluf ta’ persuni kuljum.
Hekk kif qed jiġu adottati dawn l-ispeċifikazzjonijiet ġodda, l-aġenzija qed tintroduċi wkoll materjali ta’ kwalità ogħla u metodi aħjar ta’ kostruzzjoni, kif ukoll titjib fil-metodi tal-ittestjar, bħal pereżempju l-polymer modified asphalt għat-toroq arterjali ewlenin. L-aġenzija stabbilixxiet ukoll l-użu ta’ żebgħa tat-tip thermoplastic għal-linji u marki oħra fit-toroq, kif ukoll crash barriers tal-konkos ta’ standards internazzjonali, li huma aktar siguri u jnaqqsu l-konsegwenzi tal-ħabtiet billi jipproteġu s-sewwieqa u l-passiġġieri tal-karozzi u l-muturi b’mod aħjar.
Infrastructure Malta qed tiggwida wkoll lill-kuntratturi lokali biex jiksbu l-livelli ta’ kwalità għolja li jesiġu l-istandards tekniċi l-ġodda. Għadd ta’ impjanti tal-asfalt li jipprovdu servizzi għall-kisi tat-toroq diġà kisbu ċertifikazzjonijiet ġodda li jikkonfermaw li huma konformi mal-istandards u proċessi ta’ kontroll tal-produzzjoni kif mitlub mir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea għall-Prodotti tal-Kostruzzjoni (CPR).
Minn meta fl-2020 Infrastructure Malta nediet l-użu tal-polymer modified asphalt fit-toroq arterjali f’Malta, s’issa ntużaw 325,605 metri kwadri minn dan it-tip t’asfalt. Dan huwa materjal aktar b’saħħtu li jservi iżjed u jirreżisti aktar għat-tibdil fit-temperatura.
Il-kumplament tal-mistoqsijiet għandhom jiġu riferuti lill-ministeru kkonċernat.
Nadur Għawdex – Ta’ Xħajma – Multi Modal Hub – xogħol ta’ skavar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta bdew ix-xogħlijiet ta' skavar fuq il-proġett ta’ Multi Modal Hub f’Ta’ Xħajma fin-Nadur Għawdex? Kemm ser jiswew globalment dawn ix-xogħlijiet? Jista' jelenka x-xogħlijiet li twettqu sa issa u kemm hu previst li jiġu jiswew kif ukoll jgħid x'tip ta' xogħlijiet għad fadal isiru fuq dan il-proġett u meta hu ppjanat li jitlesta kompletament dan il-proġett?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ddaħħlet taħdem taħt l-entitajiet u d-direttorati li jaqgħu taħtu, kemm impjegati direttament kif ukoll impjegati tramite kuntratturi jew direct order li joffru servizz b'effett mil-1 ta' Jannar 2021 sal-lum? Jista' jagħti break down mil-liema lokalitajiet huma dawn il-persuni li ġew ingaġġati? Jista' jgħid f'kull każ x'inhu l-grad jew job description ta' dik il-persuna li ġiet ingaġġata?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jaġġorna l-Kamra dwar 'TENDER FOR THE PROVISION OF PROJECT MANAGEMENT SERVICES FOR THE MANAGEMENT AND ADMINISTRATION OF CONTRACTS RELATED TO THE COMPLETION OF THE MULTI-MODAL HUB IN XEWKIJA (CfT CA Unique ID: MGOZ/MPU T 110/2020)' li ħarġet permezz tal-proċedura ‘Accelerated Opening’ fil-bidu ta' Diċembru 2020? Jista’ jgħid x’ser jiġri jekk din l-imsemmija tender tiġi kkanċellata?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor Interpellant li dan it-tender qiegħed fl-istadju ta’ aġġudikazzjoni.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-proġett propost fid-diversi baġits passati għal SME Hub ġewwa x-Xewkija Għawdex u jgħid liema kienu l-Voti fil-Budget għas-sena 2021 għal dan l-imsemmi proġett, kemm kienu, kemm intużaw minnhom u għal xiex intużaw? Kemm hu l-Vot fil-Budget għas-sena 2022 għal dan l-imsemmi proġett?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Interpellant li jista isib il-voti tal-budget fuq il-ktieb ta’ l-estimi li tqassam lil kull deputat fil-ġurnata tal-qari tal-budget mill-Ministru tal-Finanzi u x-Xogħol.
Ministeru għal Għawdex – tenders, direct orders u quotations għall-manutenzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15173, 16689 u 18375 u jgħid kemm-il tender/direct order/quotation ħarġet mit-8 ta' Marzu 2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari mill-Ministeru għal Għawdex għal xogħol ta' air-conditioning u manutenzjoni tagħhom, fejn twaħħlu, min tefa' t-tenders, jekk hux b’quotation jew ingħatat direct order u l-ammont? Jista' jindika min ħa t-tender, u jekk hux b’quotation jew b’direct order?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tad-Diretottorati varji.
Għajnsielem – Triq Sant’Antnin – ogħti tal-wearing course
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22666 fl-intier tagħha u jgħid meta bdew ix-xogħlijiet fi Triq ta' Sant Antnin ġewwa Għajnsielem? Jista’ jgħid kemm ġew jiswew sa issa dawn ix-xogħlijiet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li filwaqt li jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 22682, ninfurmah li x-xogħlijiet fi Triq Sant’Antnin bdew matul is-sena li għaddiet.
Tista’ l-Ministru tgħid x’poteri għandha r-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) a tenur tal-liġijiet li hi tenforza biex tagħmel awditjar tal-operat tal-provdituri tas-servizzi li hi tirregola?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor Interpellant li skont l-Att dwar ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma, ir-Regolatur għandu s-setgħa li jista’ jeħtieġ lil kull persuna jew provditur awtorizzat sabiex jipprovdilha kull informazzjoni, inkluż informazzjoni finanzjarja, li r-Regolatur iqis bħala neċessarja b’għan li jiżgura konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att, ta’ regolamenti magħmula taħtu, u deċiżjonijiet jew direttivi magħmulin skont dan l-Att, jew kull liġi oħra jew regolamenti magħmula taħtha li r-Regolatur ikollu jedd jinforza. Dan jista’ jsir skont l-artikolu 5(4) tal-istess Att. Din is-setgħa hija restritta biss għal ġbir ta’ informazzjoni skont il-liġijiet applikabbli. F’dan is-sens, ir-Regolatur ma għandux s-setgħa a tenur tal-liġijiet li hu jinforza biex jagħmel awditjar tal-operat tal-provdituri tas-servizzi li hu jirregola.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19502 jista’ l-Ministru jgħid ma’ min qed isiru l-konsultazzjonijiet rigward ir-riġenerazzjoni tal-parkeġġ tax-Xlendi, meta bdew u fiex waslu u meta hu maħsub li jingħalqu? Jista’ jgħid kemm kien il-Vot fil-Budget għas-sena 2021 għal dan il-proġett u kemm intużaw minnhom u kemm hu l-Vot fil-Budget għas-sena 2022 għal dan l-imsemmi proġett?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsultazzjonjiet mal-entitajiet ġew konklużi u ġiet sottomessa l-applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar. L-entitajiet huma ERA, Transport Malta u l-Kunsill Lokali tal-Munxar.
Fis-sena 2021 il-
budget
tal-Vot 7341 Xlendi Regeneration kien ta’ Euro 300,000 u li minnhom, s’issa, intużaw Euro 76,070. Għas-sena 2022 il-
budget
tal-Vot 7341 Xlendi Regeneration hu ta’ Euro 200,000.
Gozo Aquatic Centre — perit, inġinier u project leader inkarigati fuq il-proġett
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min hu l-Perit, l-Inġinier (isem u kunjom) u l-Project Leader (isem, kunjom u grad tal-individwu) inkarigati mill-Ministeru għal Għawdex fuq il-proġett tal-Gozo Aquatic Centre?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Perit u ż-żewg Inġiniera fuq il-proġett tal-Gozo Aquatic Centre huma uffiċjali mill-Ministeru għal Għawdex.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20405 fejn ġie mwieġeb li 'x-xogħol fuq din l-imsemmi triq mistenni jibda fil-ġimgħat li ġejjin, wara li titlesta t-Triq ta’ Sannat' u peress li Triq Sannat ilha diversi ġimgħat lesta u miftuħa għat-traffiku, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibda x-xogħol (xahar u sena) biex tinbena mill-ġdid parti minn Triq it-Tabib Anton Tabone (imsejħa wkoll bħala l-Qasam) li twassal għad-daħla tar-raħal Ta’ Sannat, peress li din il-parti tinsab f'kundizzjoni ħażina ħafna u kull darba li tagħmel ix-xita qed tegħreq, u għal xi raġuni ma saritx mal-parti ta' fuq tal-istess triq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol mistenni jibda fil-ġimgħat li ġejjin.