Direttivi jew regolamenti tal-UE dwar il-ħarsien tal-konsumatur
Question
Jista’ l-Ministru jgħid attwalment jekk hemmx xi direttivi jew regolamenti tal-UE dwar il-ħarsien tal-konsumatur, li jridu jiġu trasposti fil-liġi Maltija? Jekk hemm, jista’ jelenka liema huma u x’ħidma saret dwar it-traspożizzjoni tagħhom s’issa? Jista’ jgħid attwalment jekk hemmx xi direttivi jew regolamenti tal-UE dwar il-kompetizzjoni li jridu jiġu trasposti fil-liġi Maltija? Jekk hemm, jista’ jelenka liema huma u x’ħidma saret dwar it-traspożizzjoni tagħhom s’issa?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-regolamenti huma direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea u huma biss id-direttivi li jirrikjedu traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali.
Għaldaqstant fir-rigward ta’ direttivi tal-UE dwar il-ħarsien tal-konsumatur, bħalissa hemm tlett direttivi li għad iridu jiġu trasposti. Dawn huma:
1. Id-direttiva (UE) 2019/771 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-bejgħ ta’ oġġetti li se tkun qiegħda tiġi trasposta permezz tal-Abbozz ta’ Liġi Nru 248 msejjaħ l-Att sabiex jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, Kap. 378. Dan għandu jgħaddi għall-istadju ta’ Kumitat quddiem il-Parlament wara lit-tieni qari ta’ dan l-Abbozz sar fl-1 ta’ Diċembru 2021.
2. Id-direttiva (UE) 2019/2161 dwar l-infurzar aħjar u mmodernizzar tar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur li bħalissa għaddejja minn stadju ta’ konsultazzjoni pubblika.
3. Id-direttiva (UE) 2020/1828 dwar azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, li kif ġie spjegajt fir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 20850, l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-Awtorita’ ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur qed jieħu sehem fil-laqgħat organizzati mill-Kummissjoni Ewropea dwar it-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa m’hemmx direttivi tal-Unjoni Ewropea dwar il-kompetizzjoni li jridu jiġu trasposti fil-liġi Maltija.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 20850, jista’ l-Ministru jgħid meta saret jew ser issir il-konsultazzjoni pubblika dwar it-twettiq bħala parti mill-liġi Maltija tad-Direttiva (UE) 2020/1828 tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-rigward ta’ din id-Direttiva u kif indikat fir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 20850, il-konsultazzjoni pubblika hija ppjanata li ssir aktar ’il quddiem. It-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali ta’ din id-Direttiva għandha sseħħ sal-25 ta’ Diċembru 2022, filwaqt illi l-miżuri tagħha japplikaw mill-25 ta’ Ġunju 2023.
Sadanittant, kif indikat fl-istess risposta tal-mistoqsija parlamentari 20850, l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-Awtorita’ ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur qed jieħu sehem fil-laqgħat organizzati mill-Kummissjoni Ewropea dwar it-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm u fejn saru mains ta’ drenaġġ u ilma ġodda, jiġifieri fejn qatt qabel ma kien hemm dan is-servizz, raħal b'raħal ġewwa Għawdex minn Jannar 2020 sal-lum? Tista’ tgħid kemm kienet l-ispiża globali u x’pjanijiet hemm biex isiru mains tad-drenaġġ u ilma f'areas u triqat fejn qatt ma kien hemm qabel dan is-servizz, raħal b'raħal ġewwa Għawdex sal-aħħar tas-sena 2022?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt. Dawn ix-xogħlijiet saru b’investiment ta’ madwar kwart ta’ miljun ewro.
Qala
Triq Ta Kassja
Water main
Drainage main
Xewkija
Tal-Ħofra Ind Estate
Water main
Drainage main
Għajnsielem
Part off Simirat street
Drainage main
Xagħra
Part off Gajdoru street
Drainage main
Munxar
2nd n/s in Rinota
Drainage main
Għarb
Upper Albert Caruana
Drainage main
Il-lista ta’ hawn taħt turi xogħlijiet ippjanati li jkun kompluti matul din is-sena.
Xagħra
Stellini street
Drainage main
Rabat
n/s off ghajn qatet
Water main
Drainage main
Għarb
Lower Albert Caruana
Drainage main
Munxar
3rd n/s in Rinota
Water main
Drainage main
Nadur
Dahlet Qorrot
Drainage main
Xewkija Għawdex – Triq il-Madonna tal-Ħniena — asphalt
Question
B'referenza għax-xogħol li sar mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) fuq parti minn Triq il-Madonna tal-Ħniena fix-Xewkija, tista' l-Ministru tgħid x'inhuma r-raġunijiet għaliex it-triq ma ngħatatx bl-asphalt il-wisa’ kollha kemm hi ta’ din it-triq? Tista’ tgħid x'inhuma r-raġunijiet għaliex ma sarx gutter tal-konkos fil-ġnub ta' din il-parti tat-triq? Tista' tgħid min kien il-perit responsabbli minn xogħlijiet ta' asphalt u xogħol ieħor li saru f'din it-triq mill-WSC u min kien il-perit li ċċertifika dan ix-xogħol u tpoġġi ċ-ċertifikazzjonijiet kollha fuq il-Mejda tal-Kamra? Tista’ tgħid ukoll kemm hu stmat li ġie jiswa x-xogħol ta' asphalt f'din it-triq u kemm kienet il-ħxuna ta' asphalt li saret f'din il-parti tat-triq?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-asserzjonijiet li saru f'din il-mistoqsija parlamentari huma għal kollox skorretti. It-triq msemmija, bħal f'kull kaz ieħor fejn isir intervent minn naħa tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, l-asphalt jingħata mal-wisa' kollha tat-triq, skond il-permessi marbuta mal-proġett tan-New Water Network f'Għawdex. L-istess dwar il-gutters tal-konkos imsemmija, dawn ġew miżmuma kollha. Tajjeb ngħid li dawn kienu diġa eżistenti fil-ġenb tat-triq. Ix-xogħol ġie stmat li jiswa 150 elf ewro. Bħalissa qed isiru t-testijiet neċessarji u allura ix-xogħol għad irid jiġi ċċertifikat
Fondazzjoni għal-Iskejjel ta’ Għada – ktejjeb imqassam fi djar f’Għawdex — kopji
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il kopja ġiet stampata tal-ktejjeb tal-Fondazzjoni għal-Iskejjel ta' Għada li tqassam ftit tal-ġimgħat ilu ġewwa d-djar f'Għawdex? Tista' tgħid kemm kienet l-ispiża totali ta' dan il-ktejjeb (layout, printing, posta eċċ)? Tista' tgħid lil min ġiet mibgħut bil-posta dan il-ktejjeb?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada stampat 17,000 kopja tal-fuljett dwar l-investiment bla preċedent li qegħdin nagħmlu fil-gżira Għawdxija fl-infrastruttura tal-iskejjel biex uliedna jkollhom ambjent li jixraq iż-żmien tal-lum u dak tal-futur, waqt li jkunu qed jitgħallmu.
L-ispiża totali ta’ din l-inizjattiva intiża biex ninformaw bl-investiment li qed isir lill-households kollha f’Għawdex, kienet ta’ €2,080. Din l-ispiża tkopri l-ispejjeż tad-disinn, l-istampar u d-distribuzzjoni.
Jista’ l-Ministru għal Għawdex jgħid fiex kienet tikkonsisti t
-tender
li ħareġ il-Ministeru għal Għawdex
'for the procurement and installation of automated barriers and electronic information boards at the Xewkija Park and Ride facility, Gozo'
(MGOZ/MPU T 64/2018)? Jista’ jgħid għalfejn din it-
tender
kienet ġiet ikkanċellata u min talab li tiġi kkanċellata u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra s-
site plan
ta’ fejn kien ippjanat li jintużaw l-affarijiet mitluba fl-imsemmija tender? Jista’ l-Ministru jgħid jekk din it-
tender
reġgħetx ħarġet mill-ġdid, u jekk le, għalfejn ma reġgħetx ħarġet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ebda offerta ma ġiet mixħuta għal tender MGOZ/MPU T 64/2018 'for the procurement and installation of automated barriers and electronic information boards at the Xewkija Park and Ride facility, Gozo', b’din l-istess tender sussegwentament kienet ġiet ikkanċellata.
Jista’ l-Ministru għal Għawdex jgħid fiex kienet tikkonsisti l-applikazzjoni PA/03783/20 Location of development: Shooting Range, Triq Ghajn Mhelhel, Zebbug (Gozo) Description of works: Extension to existing shooting range as stipulated in Supplementary Guidance for Shooting Ranges Article 4.10, u għal liema skop ġiet sottomessa? Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn din l-applikazzjoni ġiet 'withdrawn' u min talab li tiġi 'withdrawn'?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dwar din l-applikazzjoni għadhom għaddejjin il-konsultazzjonijiet mal-istakeholders.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22528 u jgħid meta bdew ix-xogħlijiet fi Triq Mġarr, fin-Nadur, meta se jitlestew dawn ix-xogħlijiet u kemm se jiswew dawn ix-xogħlijiet? Jista' jelenka x-xogħlijiet li twettqu s' issa u kemm hu previst li se jiġu jiswew, kif ukoll jgħid x'tip ta' xogħlijiet għad fadal li jridu jitwettqu f'din it-triq u meta hu ppjanat li tkun lesta minn kollox din it-triq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-bini mill-ġdid ta’ Triq Sant’Antnin tifforma parti minn proġett ferm ikbar u li, kemm fil-kumplessita’ tiegħu kif ukoll fl-investiment, huwa wiehed mill-akbar proġett li qatt sar f’Għawdex f’dak li jikkonċerna n-network ta’ toroq. Ix-xogħlijiet jestendu mill-bidu ta’ Triq Sant’Antnin f’Għajnsielem, il-bini ta’ Junction ġdida bejn Ghajnsielem, il-Qala u n-Nadur , u bini mill-ġdid ta’ aktar minn 800 metru minn Triq l-Imġarr fin-Nadur. Dawn ix-xogħlijiet irrikjedew ukoll li Triq iż-¯ewwieqa tiġi mibnija sabiex tkun tista’ tintuża bħala devjazzjoni għat-traffiku.
Il-proġett kien jitlob interventi differenti f’diversi partijiet. Ħafna mill-investiment li sar fi Triq Sant’Antnin kien jikkonċerna bini mill-ġdid tas-servizzi kollha, inkluż
walk-through
culverts
u sistema ġdida ta’
storm water culverts
. Saru wkoll xogħlijiet estensivi f’dak li jirrigwardja
retaining walls
, l-aktar fis-sezzjoni viċin il-Knisja ta’ Sant’Antnin. Ix-xogħlijiet kollha f’din it-triq, apparti t-
top layer
tal-asphalt, huma lesti.
Ix-xogħol kollu ta’ servizzi fejn gejja l-junction huwa lest. Sabiex jitnaqqas il-periklu, f’din il-parti ser tinbena
juntion
ġdida, kif mitlub minn Transport Malta. Hekk kif diġa’ ħarġu l-approvazzjonijiet mill-Lands Authority u mill-ERA, issa jonqos biss li jiġi approvat il-permess tal-Planning Authority sabiex dan ix-xogħol ukoll jitlesta.
Triq l-Imġarr inbniet mill-ġdid. Apparti l-bini tas-servizzi kollha u sistemi ġodda ta’ dwal u storm water culverts, testijiet speċjalizzati fuq il-blat u s-sotterran wasslu sabiex il-Ministeru jaddotta sistema ta’ strutturi li għal Għawdex kienu innovattivi. F’dan ir-rigward intużaw metodi ta’ pedamenti u strutturi tal-konkos varji f’partijiet fejn il-blat kellu karatteristiċi għal kollox differenti.
Ix-xogħlijiet kollha f’din it-triq huma lesti, apparti t-
top layer tal-asphalt
u dik is-sezzjoni tat-triq biswit il-ground tal-futbol. Hawn, minħabba ħsarat mhux previsti f’din il-faċilita’, kellhom isiru alterazzjonijiet fid-diżinn tal-istrutturi. Dan ix-xogħol, flimkien mal-kumplament tax-xogħlijiet fil-proġett huma mistennija li jitlestew fl-ewwel kwart tas-sena 2022.
Bħal kull proġett ieħor infrastrutturali, il-valur tax-xogħlijiet ikun bbażat fuq xogħol imkejjel. Bħalissa huwa stmat li l-valur totali mhux ha jaqbez dak approvat mid-Dipartiment tal-Kuntratti.
Ministeru għal Għawdex — Diviżjoni Strateġija u Support – infiq ta’ flus
Question
Jista' l-Ministru għal Għawdex jgħid kemm intefqu flus mid-Diviżjoni Strateġija u Support fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex xahar b' xahar mill-1 ta' Jannar 2021 sal-lum?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 18659.
B'referenza għall-Competitive Dialogue li ħareġ mid-Dipartiment tal-Kuntratti: 'Pre-Qualification Questionnaire (PQQ) For the Design, Build/Construction and Operating of a Waste to Energy Facility in Malta in an Environmentally Friendly Manner'(CT2193/2019), jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-entitajiet, kumpaniji u joint ventures li wrew interess f' din il-Competitive Dialogue?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-lista tal-entitajiet, kumpaniji u joint ventures li wrew interess fil-Competitive Dialogue imsemmi skont it-Tender Opening Report tal-PQQ CT2193/19 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għal Għawdex – ħaddiema taħt il-Permanent Secretary
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 16999, 18174 u 20272 kollha kemm huma (intera) u jgħid kemm kien hemm, u fil-pre¿ent kemm hemm persuni li jaqgħu taħt ir-responsabilità tas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għal Għawdex li huma impjegati bħala Consultants, Persons of Trust, Position of Trust, Contract for Service , Customer Care Representatives OPM jew b'Direct Order sena b'sena u xahar b'xahar mill-10 ta' Marzu 2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’xi seduta oħra.
Estensjoni tal-Ministeru tal-Edukazzjoni f’Għawdex – kera ta’ proprjetà
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm qed titħallas kera għall-proprjetà li qed isservi bħala estensjoni tal-Ministeru tagħha f'Għawdex? Tista' tpoġġi kopja tal-kuntratt tal-kera fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma l-Onor. interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Estensjoni tal-Ministeru tal-Agrikoltura, is-Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali f’Għawdex – kera ta’ proprjetà
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed titħallas kera għall-proprjetà li qed isservi bħala estensjoni tal-Ministeru tiegħu f'Għawdex? Jista' jpoġġi kopja tal-kuntratt tal-kera fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leasing of Warehouse for the Strategy and Support Division — Tender
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21445 u 22601 rigward it-tender li ħarġet f'Mejju 2021 mill-Ministeru tiegħu 'Leasing of Warehouse for the Strategy and Support Division’, jista’ l-Ministru jwieġeb din il-mistoqsija parlamentari kollha kemm hi (intera) u jgħid: fejn f'dawn l-aħħar xhur u fil-preżent kien qed jikri l-Ministeru għal Għawdex, għal storage u upkeep ta' tiżjin u strutturi relatati? Kemm kienet l-ispiża sena b' sena?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’dawn l-aħħar xhur il-Ministeru għal-Għawdex kera warehouse fir-Rabat Għawdex. Din il-warehouse inkriet b’direct order sakemm tigi awarded it-tender li għalqet fis-17 ta’ Novembru li għadda, liema tender kienet diġa ħarġet darboħra u ma kinietx ġiet awarded.
Il-warehouse qiegħda tinkera għal raġuni li l-Ministeru ma għandux biżżejjed spazju ta’ ħażna għat-tagħmir tal-istess Ministeru. Sa issa tħallset is-somma ta’ €9,001.04 (VAT eskluż).
Jista' l-Ministru għal Għawdex iqiegħed kopja tal-ftehim li sar mal-Malta Public Transport dwar l-introduzzjoni tal-Park and Ride minn Ta' Lambert f'Għajnsielem u x-Xewkija? Jista' jgħid għaliex beda s-servizz minn dan il-post u mhux minn fejn kien ippjanat f'Ta Xħajma? Jista' jgħid għaliex fil-post fejn inbeda dan is-servizz ma hemmx fejn jistkennu l-passiġġieri u ma hemmx dwal biżżejjed u x' qed isir biex jiġi indirizzat dan?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan it-tagħrif se jingħata f’xi seduta oħra.
Għajnsielem – Triq Sant Antnin – xogħlijiet – perit u in·inier
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22624 u jgħid min hu/huma l-Perit u l-Inġinier (isem u kunjom) li kienu mqabbdin direttament mill-Ministeru għal Għawdex u li għadhom inkarigati fuq il-proġett u x-xogħlijiet ta' Triq Sant Antnin f'Għajnsielem? Jista’ jgħid jekk dawn il-persuni humiex ħaddiema tas-Servizz Pubbliku u kemm ilhom jaħdmu mal-Ministeru għal Għawdex?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan it-tagħrif se jingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar jgħid jekk l-Awtorità tal-Ippjanar hux qed tippjana biex fix-xhur u l-ġimgħat li ġejjin toħroġ skema/skemi ta' amnestiji, u jekk iva, fiex inhu maħsub li jkunu jikkonsistu dawn l-amnestiji u min se jkun jista’ japplika għalihom?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninsab infurmat li bħalissa l-Awtorità tal-Ippjanar mhux qed tagħmel pjanijiet tat-tip li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant.
Jista’ l-Ministru jgħid x'latrini ġewwa Għawdex sarilhom refurbishment fihom u fiex kien jikkonsisti matul is-sena 2020 u x'kienet l-ispiża f'kull waħda minnhom? Jista’ jgħid liema latrini u fejn jinsabu li hemm ippjanati li jsirilhom refurbishment fihom u fiex jikkonsisti u kemm hi ppjanata li tkun l-ispiża?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sar rinnovar mill-qiegħ ta’ żewġ latrini – dik tal-Menqa ġewwa Marsalforn u dik tar-Rabat, triq taħt Putirjal. L-ispiża f’tar-Rabat kienet ta’ € 20,852.82 u l-ispiża fil-latrina tal-Menqa kienet ta’ € 15,982.39. L-ammont huma eskluż il-VAT. Latrini oħra ppjanati huma: tal-Qbajjar; tad-Dwejra; fix-Xewkija ta’ ħdejn il-klabb tal-boċċi; tar-Rabat ta’ ħdejn il-klabb tal-Hotspurs u; fix-Xlendi, il-latrina ta’ ħdejn il-parkeġġ.
Ministeru għal Għawdex – Intervention Unit — ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu fis-sezzjoni tal-Intervention Unit fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex matul is-sena 2021 xahar b'xahar? Jista’ jgħid xi gradi huma dawn il-ħaddiema? Kemm minn dawn il-ħaddiema ħadu promozzjoni matul is-sena 2021 u fiex kienet tikkonsisti din il-promozzjoni li ħadu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa Novembru 2021 kien hemm 15-il ħaddiem jaħdmu fis-sezzjoni tal-Intervention Team fi ħdan il-Ministeru. Il-gradi tal-ħaddiema jvarjaw minn Chief Scientific Officer sa Motor Transport Driver III. Matul is-sena 2021, kien hemm 3 ħaddiema li ħadu promozzjoni, 2 minnhom ġew promossi fil-grad ta’ Supervisor u wieħed fil-grad ta’ Motor Transport Driver III.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti l-applikazzjoni li kienet ġiet sottomessa minn Gozo Heliport Ltd fuq art agrikola f'Novembru 2013 u approvata f'Diċembru 2013 u x'kien l-iskop li saret: DN/01609/13 'Location of development: Site at Ta' Lambert, Għajnsielem, Gozo Description of works: Deposition of material or soil on existing agricultural land?' X'tip ta’ xogħol kien sar, minn min kien sar u kemm kien ġie jiswa u għaliex sar dan ix-xogħol?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.