Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #23818 Sitting 549 2022-02-16 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

MULTI MODAL HUB F’GĦAWDEX – Xogħol Ta’ Skavar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23084 u jgħid meta bdew ix-xogħlijiet ta' skavar fuq il-proġett ta’ Multi Modal Hub f’Ta’ Xħajma, in-Nadur Għawdex? Kemm ser jiswew globalment dawn ix-xogħlijiet? Jista' jelenka x-xogħlijiet li twettqu sa issa u kemm hu previst li jiġu jiswew kif ukoll jgħid x'tip ta' xogħlijiet għad fadal isiru fuq dan il-proġett u meta hu ppjanat li jitlesta kompletament dan il-proġett?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel referenza għat-tweġiba li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 23815.
Leg 13 PQ #23819 Sitting 549 2022-02-16 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – INGAĠĠ TA’ ĦADDIEMA

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23085 u jgħid kemm-il persuna ddaħħlet taħdem taħt l-entitajiet u d-direttorati li jaqgħu taħtu, kemm impjegati direttament kif ukoll impjegati tramite kuntratturi jew direct orders li joffru servizz b'effett mil-1 ta' Jannar 2021 sal-lum? Jista' jagħti break down minn liema lokalitajiet huma dawn il-persuni li ġew ingaġġati? Jista' jgħid f'kull każ x'inhu l-grad jew job description ta' dawk il-persuni li ġew ingaġġati?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel referenza għat-tweġiba li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 22516.
Leg 13 PQ #23820 Sitting 549 2022-02-16 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Xewkija Għawdex – proġett tal-SME Hub

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-proġett propost fid-diversi baġits passati għal SME Hub ġewwa x-Xewkija Għawdex u jgħid x'sar matul is-sena 2021 fuq dan il-proġett u x'kienet in-nefqa? Jista’ jgħid f’liema xahar matul is-sena 2022 hu ppjanat li jibda x-xogħol infrastrutturali fuq dan il-proġett?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 23087.

GĦAWDEX – BINI TA’ TOROQ — INKJESTA MAĠISTERJALI

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-inkjesta maġisterjali dwar allegazzjonijiet li ħarġu f'Lulju 2017 dwar korruzzjoni jew nuqqasijiet oħra fil-bini ta’ toroq f'Għawdex ġietx konkluża? Jekk ġiet konkluża x'passi ttieħdu?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Inkjesti Maġisterjali huma fin-natura tagħhom kunfidenzjali u għalhekk il-mistoqsijiet magħmula ma jistgħux jiġu mwieġba
Leg 13 PQ #23822 Sitting 549 2022-02-16 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – tenders/direct orders/quotations relatati ma’ xogħol ta’ air-conditioning

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tender/direct order/quotation ħarġet mit-8 ta' Marzu 2013 sal-31 ta' Diċembru 2014 mill-Ministeru għal Għawdex għal xogħol ta' air-conditioning u manutenzjoni tagħhom, fejn twaħħlu, min tefa' t-tenders, jekk hux bi quotation jew ingħatat direct order u l-ammont? Jista' jindika min ħa t-tender, u jekk hux bi quotation jew b’direct order?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat lilu fil-Mistoqsija Parlamentari 23088.

GĦAWDEX – DWAL FIT-TOROQ — bozoz amministrati mill-Enemalta

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema huma l-bozoz li s’issa għadhom jiġu amministrati mill-Enemalta għal dak li jikkonċerna dwal fit-toroq tal-bliet u l-irħula tagħna ġewwa Għawdex? Kif jista’ persuna tidentifika bla problemi tali bozoz u tkun tista' tirrappurtahom direttament f’każ ta’ ħsarat?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif kienet il-proċedura għal diversi snin, s’issa l-manutenzjoni tal-lampi f’Għawdex hija mmexxija mill-Kunsill Reġjonali ta’ Għawdex flimkien mal-kunsilli lokali Għawdxin. L-arbli tat-toroq huma kollha nnumerati. It-tabelli bin-numri ta’ dawn l-arbli huma imwaħħla mal-istess arbli biex jagħmilha aktar faċli għall-konsumatur jirraporta dawk l-arbli li jkunu bil-ħsara lil kunsill lokali rispettiv.
Leg 13 PQ #23812 Sitting 548 2022-02-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

IX-XEWKIJA GĦAWDEX – HOUSING ESTATE TAL-ĦAMRIJA — XOGĦOL TA’ TISBIĦ

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22625 li ngħatat fl-10 ta' Novembru 2021 rigward it-tender 'Tender for the embellishment of tal-Ħamrija Housing Estate, Xewkija, Gozo' (CfT CA Unique ID: SPD3/2021/006), jista’ l-Ministru jgħid f’liema xahar hu ppjanat li jinbeda x-xogħol mitlub minn din l-imsemmija tender?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan ix-xogħol beda u miexi b’rittmu tajjeb.

MCCAA – Complaints and Conciliation Directorate – statistika ta’ tilwim irreġistrat

Question

Jista’ jgħid a tenur tar-regolament 4 ta’ l-L.S 378.19, sena b’sena mill-2017 s’issa, kemm-il-tilwima rċieva l-Complaints and Conciliation Directorate bħala l-entità tal-ADR residwa fi ħdan l-MCCAA? Kemm minn dawn ġew konklużi? Jista’ jelenka mill-2017 s’issa n-numru ta’ tilwim li saru fl-ambitu tal-L.S. 378.19 mal-Complaints and Conciliation Directorate bħala l-entità tal-ADR residwa fi ħdan l-MCCA li kienu relatati ma’ xi servizz jew prodott fil-qasam tal-enerġija? Jekk kien hemm xi tilwim ta’ din ix-xorta, jista’ jelenka f’kull każ x’kien l-eżitu? Jista’ jelenka mill-2017 s’issa n-numru ta’ tilwim li saru fl-ambitu tal-L.S. 378.19 mal-Complaints and Conciliation Directorate bħala l-entità tal-ADR residwa fi ħdan l-MCCA li kienu relatati ma’ xi servizz jew prodott fil-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi? Jekk kien hemm xi tilwim ta’ din ix-xorta, jista’ jelenka f’kull każ x’kien l-eżitu? Jista’ jelenka mill-2017 s’issa n-numri ta’ tilwim li saru fl-ambitu tal-L.S. 378.19 mal-Complaints and Conciliation Directorate bħala l-entità tal-ADR residwa fi ħdan l-MCCAA li kienu relatati ma’ xi servizz jew prodott fil-qasam tal-kummerċ elettroniku? Jekk kien hemm xi tilwim ta’ din ix-xorta, jista’ jelenka f’kull każ x’kien l-eżitu?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li a tenur tar-regolament 4 tal-L.S. 378.19, mill-2017 ġew trattati u konklużi ħdax-il każ mill-Complaints and Conciliation Directorate bħala l-entita’ tal-ADR residwa fi ħdan l-MCCAA. Tlieta (3) ġew trattati fl-2018, sitta (6) ġew trattati f-2019, wieħed (1) ġie trattat fl-2020 u wieħed (1) ġie trattat fl-2021. Mill-2017 s’issa, ma kien hemm l-ebda każ ta’ tilwim li saru fl-ambitu tal-L.S. 378.19 mal-Complaints and Conciliation Directorate bħala entità tal-ADR residwa fi ħdan l-MCCAA li kienu relatati ma’ xi servizzi jew prodotti fil-qasam tal-enerġija. Mill-2017 s’issa, in-numru ta’ tilwim li saru fl-ambitu tal-L.S. 378.19 mal-Complaints and Conciliation Directorate bħala entità tal-ADR residwa fi ħdan l-MCCAA li kienu relatati ma’ xi servizzi jew prodotti fil-qasam tal- komunikazzjonijiet elettroniċi, kien jammonta għal seba’(7) każijiet kif spjegat hawn taħt: · L-ewwel każ - konsumatur ġie kumpensat €180 minħabba servizz tal-internet mhux għas-sodisfazzjon tiegħu; · It-tieni każ - konsumatur ingħata SIM card ġdida u kreditu ta’ €5; · It-tielet każ – dan il-każ kien jirrigwardja roaming charges fejn il-konsumatur ingħata €155 bħala kreditu; · Ir-raba’ każ – il-konsumatur ingħata ċekk filwaqt li ż-żewġ numri ċellulari tiegħu ġew ittoppjati; · Il-ħames każ - kumpanija tat-telekomunikazzjoni rrifondat is-somma ta’ €60 lill-konsumatur; · Is-sitt każ - ilkonsumatur ġie kkreditat s-somma tà €70 fil-kont tiegħu; u · Is-seba’ każ – ingħatat rifużjoni tà €200 lill-konsumatur. Mill-2017 s’issa, ma kien hemm l-ebda każ ta’ tilwim li saru fl-ambitu tal-L.S. 378.19 mal- Complaints and Conciliation Directorate bħala entita’ tal-ADR residwa fi ħdan l-MCCAA li kienu relatati ma’ xi servizzi jew prodotti fil-qasam tal-kummerċ elettroniku. Ninforma wkoll lill-Onorevoli Interpellant li l-MCCAA introduċiet proċedura ġdida mill-aħħar tà Settembru 2021. Dan sar permezz ta’ proġett kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea b’baġit tà €120,000 fejn fost inizzjattivi oħra ġiet żviluppata sistema tal-IT dedikata għall-ADR u ġew appuntati żewġ uffiċjali tal-ADR wara li saret emenda fil-Leġislazzjoni Sussidjarja 378.19 sabiex tiġi assigurata l-indipendenza u l-imparzjalità tà dawn l-Uffiċjali.

TRASPORT PUBBLIKU — Bus shelters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hawn bus shelters f'Malta u f'Għawdex? Liema huma l-bus shelters li se jinbidlu? X'involviment għandhom il-kunsilli lokali fejn jidħlu bus shelters? Min qed jagħmel ix-xogħol tal-bus shelters il-ġodda u rinovar ta' oħrajn eżistenti? Bejn wieħed u ieħor kemm qed jiġi jiswa kull bus shelter?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta installat total ta’ 32 bus shelter ġewwa diversi lokalitajiet madwar Malta. Installat ukoll 9 Bus Shelter canopies. L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub sabiex jirreferi din il-mistoqsija ukoll lill-Ministeru responsabbli mill-Gvern Lokali sabiex jingħata aktar tagħrif dwar dawk il-bus shelters li huma amministrati mill-Kunsilli Lokali.
Leg 13 PQ #23815 Sitting 548 2022-02-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

MULTI MODAL HUB F’GĦAWDEX

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20871 fejn ġie mwieġeb 'li x-xogħlijiet mistennija jibdew għall-aħħar tas-sena', jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet inbdewx u jekk le x'inhuma r-raġunijiet li għadhom ma nbdewx?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq is-sit qed jitkomplew.
Leg 13 PQ #23816 Sitting 548 2022-02-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex -impjegati li jagħmlu xogħol ta’ watchman

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm/kien hemm impjegati jagħmlu xogħol ta' watchman fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex fl-aħħar ta' kull sena mill-2012 sal-aħħar tal-2021? X'kien/x'inhu l-grad tagħhom? Liema huma s-siti li qed jindokraw? Jekk hemm relievers pool, kemm hemm nies fiha?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #23817 Sitting 548 2022-02-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

TINDIF TA’ WIDIEN

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-widien li tnaddfu fix-xhur tas-sajf li għadda bi preparazzjoni għall-ilmijiet tax-xita ta' din ix-xitwa?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tnaddfu partijiet mill-wied ta’ Marsalforn u l-parti ta’ fuq tal-Wied tax-Xlendi.

Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — ħaddiema li jagħmlu xogħol f'Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22932 u jgħid kemm hemm ħaddiema li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, u anke tal-kuntrattur, li jagħmlu xogħol f’Għawdex? X’inhu x-xogħol ta’ kull wieħed minn dawn il-ħaddiema, x’inhu l-grad tagħhom, fejn - bħala post - jaqdu d-dmirijiet tagħhom u kemm ilhom jaħdmu f'Għawdex?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnhu, hija kif tidher hawn taħt: Mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, hemm 83 uffiċjal li jaħdmu fit-Taqsima tal-Back Office ġewwa Għawdex. Li tali taqsima qiegħda fiċ-Ċentru Amministrattiv tal-Ministeru għal Għawdex, f’Pjazza San Franġisk, ir-Rabat. Ix-xogħol ivarja skont ir-responsabbiltajiet li jinkludu; xogħol maniġerjali (8 uffiċjali), xogħol klerikali u amminstrattiv (71 uffiċjal) gradi ġenerali u messaġġier (4 ħaddiema). Il-gradi huma mqassma hekk: Grad Numru Grad Numru Assistent Direttur 1 Executive Officer 11 Manager II 1 Senior Clerk 18 Manager I 1 Clerk 3 Senior Principal Officer 5 Senior Operative 3 Principal Officer 5 Messenger 1 Assistant Principal Officer 34 Dawn l-uffiċjali ilhom jaħdmu f’Għawdex kif indikat hawn isfel: Minn Numru Minn Numru 1987 2 2001 2 1988 1 2003 1 1990 2 2005 2 1991 1 2008 8 1994 1 2009 1 1995 3 2012 7 1996 3 2013 2 1997 1 2014 1 1998 21 2017 3 1999 17 2018 1 2000 2 2020 1 Barra minn hekk, ngħarraf lill-Onor. Interpellant li mal-Fergħa ta’ Għawdex tal-FSWS jaħdmu 32 impjgat. Dawn huma mqassmin kif ġej: 1. Direttur x 1 2. Manager x 1 3. Counsellor x 1 4. Family Therapist x 1 5. Senior Social Mentor x 1 6. Research Executive x 1 7. Precincts Handler x 1 8. Social Welfare Professional x 2 9. Social Support Worker x 3 10. Administration Executives x 4 11. Social Workers x 16 Minbarra dawn nhemm 3 persuni ingaġġati fuq contract for service (waħda full-time u tnejn part-time) waqt li l-kuntrattur li rebaħ l-appalt għat-tindif għandu 4 impjegati jagħmlu xogħol ta’ tindif mad-diversi ċentri li l-Fondazzjoni għandha ġewwa Għawdex. Informazzjoni dwar id-data tal-ingaġġ tal-impjegati imsemmija għall-Fondazzjoni tas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #23796 Sitting 547 2022-02-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għajnsielem – Triq Sant’Antnin – nefqa fuq l-inawgurazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22838 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22666, jista' l-Ministru jagħti rendikont tan-nefqa li saret b'rabta mal-attività ta' inawgurazzjoni uffiċjali li saret fi Triq Sant Antnin f'Għajnsielem tal-ewwel kisja asfalt ta' parti minn din it-triq nhar it-12 ta' Novembru 2020? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija attività? Jista’ jgħid jekk hemmx ippjanata inawgurazzjoni oħra wara li din it-triq titlesta minn kollox?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt sabiex dan it-tagħrif jinġabar.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Animali – ħaddiema f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22305 u 22839 u jgħid kemm hemm ħaddiema li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu u anke tal-kuntrattur li jagħmlu xogħol ġewwa Għawdex? X’inhu x-xogħol ta’ kull wieħed minn dawn il-ħaddiema, x’inhu l-grad tagħhom, fejn - bħala post - jaqdu d-dmirijiet tagħhom u kemm ilhom jaħdmu f'Għawdex?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħaddiema li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi u jaħdmu ġewwa Għawdex huma dawn. Erba’ persuni li jaħdmu bħala Fisheries Protection Officers. Xogħolhom hu nfurzar tar-regolamenti tas-Sajd, Spezzjonijiet meħtieġa f’portijiet, fuq bastimenti tas-sajd, eċċ. L-ispezzjonijiet jistgħu jiffokaw fuq iż-żoni tas-sajd, fuq il-qbid tal-ħut, fuq il-bastimenti tas-sajd infushom, eċċ. Assistant Manager wieħed fejn jinforza u jieħu ħsieb l-istess infurzar tal-Fisheries Protection Officers. Fuq din is-sezzjoni nsibu Manager 1 li mmaniġja, jissorvelja u jipparteċipa fix-xogħol ta’ inforzar tar-regolamenti tas-Sajd. Jikkoordina x-xogħol fuq l-ispezzjonijiet meħtieġa f’portijiet, fuq bastimenti tas-sajd, eċċ. Assistant clerk li tagħmel dmirijiet ġenerali amministrattivi. Disa’ persuni jaħdmu bħala Landing Attendant li jagħmlu spezzjonijiet fuq landing tal-ħut maqbud minn bastimenti tas-sajd. Dawn jaħdmu fuq roster bejn l-Uffiċċju tas-Sajd, Għawdex u l-Landing Office tal-Veccja, San Pawl il-Baħar.

Ta’ Sannat Għawdex – progett ta’ riġinerazzjoni ta’ Pjazza Santa Margerita

Question

B'referenza għall-proġett ta' riġenerazzjoni ta' Pjazza Santa Margerita fir-raħal Ta’ Sannat, jista' ġentilment il-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar dan il-proġett li ilu jiġi mwiegħed għal dawn l-aħħar snin? Jista’ jgħid f'liema xahar u sena hu maħsub li jinbeda x-xogħol infrastrutturali?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ta’ Sannat bħalissa qed isiru trial holes biex jiġi stabbilit fejn ser isir il-walk through service culvert fil-proġett ta' riġenerazzjoni ta' Pjazza Santa Margerita. Dan ix-xogħol infrastrutturali beda fl-1 ta’ Frar 2022.

Għajnsielem Għawdex – Triq Malta — substation

Question

B'referenza għat-twegiba għall-mistoqsija parlamentari 22836, tista’ l-Ministru tgħid meta (xahar u sena) hu ppjanat li tibda tiffunzjona s-substation fi Triq Malta f'Għajnsielem?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntrattur mistenni jlesti x-xogħlijiet neċessarji fix-xhur li ġejjien. Appena jittlestew dawn ix-xogħlijiet, is-substation tibda’ topera.
Leg 13 PQ #23811 Sitting 547 2022-02-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għarb Għawdex – Triq ta’ Sdieri

Question

Jista' l-Ministru jghid x'inhuma r-raġunijiet li Triq ta' Sdieri, limiti tal-Għarb Għawdex, li kienet ilha magħluqa għal diversi xhur u li f'dawn l-aħħar ġimgħat kienet reġgħet infetħet għal kull tip ta' vettura, f'dawn l-aħħar ġranet reġgħet ingħalqet? Jista’ jgħid għaliex ingħalqet u x'inhu jsir f'din l-imsemmija triq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt fil-Mistoqsija Parlamentari b’numru 23783.
Leg 13 PQ #23787 Sitting 546 2022-02-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Promenade ta’ Marsalforn — Riġenerazzjoni tal-Menqa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18380, 21032 u 22561 u jgħid fil-proġett li għaddej bħalissa ta’ Riġenerazzjoni tal-Menqa fil-Promenade ta' Marsalforn jispjega fid-dettall fiex kienu jikkonsistu l-varjazzjonijiet jew Direct Orders li ngħataw fit-13 ta' Frar 2020, fit-2 ta' April 2020 u fit-8 ta' April 2020, min talab għalihom, kemm ġew jiswew, lil min ingħataw u min awtorizza dawn il-varjazzjonijiet? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx iktar jew hemmx ippjanat li jkun hemm iktar variations u direct orders fuq dan il-proġett?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn id-dettalji jiġu ppubblikati fuq il-Gazzetta tal-Gvern.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali – servizzi professjonali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22556 u jagħti lista tas-servizzi professjonali kollha li kkuntratta l-Ministeru tiegħu fl-aħħar seba’ snin? Min huma dawn is-service providers? Kemm tħallsu? Kif intgħażlu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.