Legislature:
Category:
Reset
Active:

MCA – ħatra tal-membri tal-Bord

Question

Jista’ l-Ministru jgħid attwalment min huma ċ-chairperson, id-deputy chairperson u l-membri tal-Bord tal-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA)? Jista’ jgħid f’kull każ meta kull persuna ġiet maħtura u għal kemm żmien kienet il-ħatra attwali, u jekk il-ħatra attwali hiex l-ewwel jew it-tieni ħatra tal-persuna konċernata?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

MCCAA – ħatra tal-membri tal-Bord

Question

Tista’ l-Ministru tgħid attwalment min huma ċ-chairperson, id-deputy chairperson u l-membri tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA)? Tista’ tgħid f’kull każ meta kull persuna ġiet maħtura u għal kemm żmien kienet il-ħatra attwali, u jekk il-ħatra attwali hiex l-ewwel jew it-tieni ħatra tal-persuna konċernata?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kumitat Konsultattiv għas-Servizzi dwar l-Utilitajiet — membri

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 695, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Kumitat Konsultattiv għas-Servizzi dwar l-Utilitajiet u jekk dawn jirċevux xi forma ta’ ħlas għall-attendenza u l-ħidma tagħhom, u jekk iva f’kull każ kemm hu l-ħlas?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri huma kif indikat f’din it-tabella: Isem u Kunjom Posizzjoni fi ħdan il-Kumitat Ing. Robert Schembri Chairperson Dr Rose Caruana Dalli Member (representing MCA) Ing Phyllis Micallef Member (representing REWS) Mr David Penza Member (representing TM) Mr Kevin Ciantar Member (representing PA) Dr Ing Paul Micallef Member Mr Christopher Muscat Secretary Ħlas għall-attendenza u l-ħidma tagħhom fis-sena huwa kif indikat f’din it-tabella: Chariperson €4,616.92 Member €2,308.46 Secretary €2,308.46

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – Servizzi tal-MRI

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex hemmx is-servizz tal-MRI? Jekk le, jista' jgħid għaliex dan ma jingħatax fl-Isptar ta' Għawdex? Jista' jgħid min suppost jagħmel dan l-investiment hux il-Gvern jew il-kumpanija Steward? Jista' jgħid ukoll sa meta hu maħsub li jkun introdott l-MRI ġewwa l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-isptar Ġenerali t’Ghawdex qatt ma kien hemm servizz ta’ MRI. L-intenzjoni tal-Gvern hi li fi¿-¿mien li ġej il-pazjenti Għawdxin ikunu moqdija b’MRI f’Għawdex stess.

Twettiq tad-Direttiva (UE) 2020/1828

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23297 tat-13-il Leġiżlatura, tista’ l-Ministru tgħid x'ħidma saret fl-interval, b’mod partikolari jekk saritx il-konsultazzjoni pubblika hemm imsemmija u jekk iva, meta u ma’ min saret, u jekk le, meta hu maħsub li ssir? Tista’ tgħid ukoll x’kien l-eżitu tas-sehem tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) fid-diversi laqgħat li għalihom ukoll hemm referenza fl-imsemmija tweġiba?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

L-Informazzjoni għadha qed tinġabar.

Rabat Għawdex – Triq l-Ewropa – faċilità li qed tintuża bħala home tal-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-faċilità li qed tintuża bħala home tal-anzjani fi Triq l-Ewropa fir-Rabat, Għawdex, ġietx spezzjonata u ċċertifikata li tista' tintuża għal dan l-iskop anke jekk għall-perjodu temporanju? Jista' jgħid meta saru l-ispezzjonijiet u minn min saru? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport u ċ-ċertifikati maħruġa? Jista' jgħid meta dan il-post beda jintuża bħala home għall-anzjani u meta hu maħsub li jieqaf jintuża?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz tal-Ward Sant’Anna f’bini, li jinstab fi Triq l-Ewropa fir-Rabat, ingħata liċenzja ta’ emerġenza f’ċirkostanzi eċċezzjonali b’mod temporanju skont l-A.L. 74 tal-2020. Din il-liċenzja nħarġet l-ewwel darba f’Marzu tal-2020 (ċertifikat tal-liċenzja se titpoġġa fuq l-mejda tal-kamra) u din għandha tibqa’ topera sal-5 ta’ Ġunju ta’ din is-sena. Matul dan iż-żmien l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali għamlet ħdax -il spezzjoni fosthom ħamsa fl-2020, erbgħa fl-2021, tnejn li saru din is-sena. Ir-rapport tal-SCSA bid-data tas-16 ta’ Marzu 2022 qed jitpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra.

Implimentazzjoni tar-regolament UE 2017/2395

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22775 tal-Leġiżlatura XIII, tista’ l-Ministru tgħid fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-Regolament UE 2017/2394, x’passi sussegwenti għat-tweġiba mogħtija u x’miżuri leġiżlattivi ttieħdu fir-rigward tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta, l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu u l-Awtorità tax-Xandir fejn allura kien ġie spjegat li kienu qed jiġu mħejjija l-emendi leġiżlattivi neċessarji? Tista’ tindika liema liġijiet saru f’kull każ?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

L-Informazzjoni għadha qed tinġabar.

Kumitat Konsultattiv għas-Servizzi dwar l-Utilitajiet — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kumitat Konsultattiv għas-Servizzi dwar l-Utilitajiet hux kostitwit a tenur tal-Att dwar ir-Regolament ta’ Ċerti Xogħlijiet f’Utilitajiet u Servizzi, Kap. 81? Jekk hu, min huma l-membri tiegħu u jekk dawn jirċevux xi forma ta’ ħlas għall-attendenza u l-ħidma tagħhom?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kumitat Konsultattiv għas-Servizzi dwar l-Utilitajiet huwa kostitwit a tenur tal-Att dwar ir-Regolament ta’ Ċerti Xogħlijiet f’Utilitajiet u Servizzi, Kap. 81.

Bord għas-Soluzzjoni ta’ Tilwim għal Networks dwar l-Utilitajiet — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid il-Bord għas-Soluzzjoni ta’ Tilwim għal Networks dwar l-Utilitajiet hux kostitwit skont l-Att dwar ir-Regolament ta’ Ċerti Xogħlijiet f’Utilitajiet u Servizzi, Kap. 81? Jekk hu, jista’ jgħid min huma l-membri tiegħu, kemm-il każ kien hemm quddiem dan il-Bord, u jekk il-membri qed jirċevux xi ħlas għal ħidma tagħhom?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-membri attwali tal-Bord offrew ir-ri¿enja tagħhom u ninsabu fil-proċess li jinħatar Bord ġdid.

Gozo Channel — raba' vapur

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ser idum barra mis-servizz ir-raba' vapur tal-Gozo Channel? Jista' jgħid għaliex qiegħed barra mis-servizz? Jista' jgħid fejn sar ix-xogħol li kien neċessarju fuq dan il-vapur? Jista' jgħid sa meta huwa l-kuntratt għall-kiri ta' dan ir-raba' vapur?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-vapur Nikolaos daħal id-drydocks ta’ Chalkida l-Greċja biex isirulu ispezzjonijiet annwali. Il-vapur wasal lura Malta nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Mejju u beda jopera mill-ġdid dakinhar stess.

Indirizzar tad-disseminazzjoni ta’ kontenut terroristiku online

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema hi l-awtorità kompetenti għal finijiet tal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2021/784 tad-29 ta’ April 2021 dwar l-indirizzar tad-disseminazzjoni ta’ kontenut terroristiku online?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi nbdew il-proċeduri legali neċessarji sabiex jiġi provdut illi l-Qorti tal-Maġistrati bħala Qorti tal-Ġudikatura Kriminali kif ukoll il-Pulizija, jkunu nnominati l-awtoritajiet kompetenti għal finijiet tal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2021/784 tad-29 ta’ April 2021 dwar l-indirizzar tad-disseminazzjoni ta’ kontenut terroristiku online.

L.S.35.01 – bdil

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 265, li oriġinarjament saret lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu, u jqis li jsir il-bdil leġiżlattiv meħtieġ fir-Regolamenti Dwar id-Drittijiet li Jitħallsu fid-Dipartimenti tal-Gvern L.S. 35.01, fejn f’uħud mid-drittijiet hemm elenkati fattwalment li jrid jinġabru minn awtoritajiet pubbliċi u mhux minn Dipartimenti tal-Gvern, kif ukoll fejn f’xi istanzi d-drittijiet inkwistjoni huma elenkati taħt Ministeri li jew in-nomenklatura tagħhom inbidlet, jew m’għadhomx jeżistu?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi attwallment qiegħed isir eżerċizzju ħolistiku rigward emendi neċessarji fil-Liġijiet ta’ Malta, u f’dan l-istadju qegħdin jingħataw prominenza liġijiet li t-tbidil tagħhom huwa sostanzjalment sinifikanti aktar mill-materja li dwarha tittratta din il-Liġi Sussidjarja. It-tibdil, kemm-il darba jkun meħtieġ, ta' dina l-liġi sussidjarja, iseħħ fi żmien opportun.

Arbitru tas-Servizzi Soċjali – appelli minn persuni residenti f’Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' qed iżomm milli appelli quddiem l-Arbitru tas-Servizzi Soċjali li jkunu sottomessi minn persuni residenti f'Għawdex ma jinstemgħux f'Għawdex? Jaf li ħafna Għawdxin qed ikollhom jiġu Malta diversi drabi għal dawn l-appelli? Jista' jieħu l-passi biex dawn jibdew jinstemgħu f'Għawdex stess?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Leġiżlazzjoni Sussidjarja — Tibdil

Question

Jista’ l-Prim Ministru jqis li jsir il-bdil leġiżlattiv meħtieġ fil-L.S. 35.01 fejn uħud mid-drittijiet hemm elenkati fattwalment jinġabru minn awtoritajiet pubbliċi u mhux minn dipartimenti tal-Gvern, kif ukoll fejn f’xi istanzi d-drittijiet inkwistjoni huma elenkati taħt Ministeri li jew in-nomenklatura tagħhom inbidlet jew m’għadhomx jeżistu?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Kap. 379 – Investigazzjonijiet dwar allegat ksur tal-liġijiet dwar il-kompetizzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid wara li saru l-emendi għall-Att dwar il-Kompetizzjoni Kap. 379 tramite l-Att Numru XVI tal-2019 u dan fid-dawl tad-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali tat-3 ta’ Mejju 2016 fil-każ tal-Federation of Estate Agents kontra d-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) et, jekk sussegwentament għal dawn l-emendi sarux xi investigazzjonijiet da parti tad-DG (Kompetizzjoni) dwar xi allegat ksur tal-liġijiet dwar il-kompetizzjoni u jekk saru, x’kien l-eżitu?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Kap. 379 – Investigazzjonijiet formali dwar allegat ksur tal-liġijiet dwar il-kompetizzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid wara li saru l-emendi għall-Att dwar il-Kompetizzjoni Kap. 379 tramite l-Att Numru XVI tal-2019 x’investigazzjonijiet formali saru da parti tad-DG (Kompetizzjoni) dwar xi allegat ksur tal-liġijiet dwar il-kompetizzjoni u jekk saru f’liema oqsma u f’kull każ x’kien l-ezitu?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Drittijiet tax-xhieda emendati

Question

B'referenza għad-drittijiet elenkati fl-iskedi annessi mal-Ordinanza dwar id-Drittijiet tax-Xhieda, Kap. 108, dwar id-drittijiet tax-xhieda, jista' l-Ministru jgħid jekk iqisx li jsiru l-emendi meħtiega biex l-imsemmija drittijiet jiġu aġġornati biex jirriflettu r-realtajiet attwali fejn allura skont il-Kap. 108 l-ogħla dritt li jista’ jitħallas hu ta’ 1.16 ċenteżmu?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ordinanza dwar id-Drittijiet tax-Xhieda (Kap. 108) qiegħda tiġi eżaminata sabiex jiġu proposti l-emendi neċessarji bħala parti mir-riforma fil-qasam tal-ġustizzja

Għajnsielem – Dar tal-Anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-Dar tal-Anzjani f’Għajnsielem Għawdex taqax taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu? Jekk ma taqax taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu, jista’ jgħid x’inhi r-raġuni għaliex? Jekk taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu, xi pjanijiet għandu biex din titlesta, wara li x-xogħol fuqha ilu li nbeda tmien snin, imma għadha fi stat ta’ ġebel u saqaf? Jista’ jgħid għandux ħsieb li jsir parkeġġ ma’ din id-dar għaliex sa issa jidher li ma fiha l-ebda parkeġġ maghha?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Skema tal-Komunità – Numru ta’ Ħaddiema

Question

Fid-data ta’ meta jwieġeb din il-mistoqsija, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fl-Iskema tal-Komunità? Jista’ jgħid kemm minn dawn jaħdmu f’Malta u kemm minnhom f’Għawdex? Jista’ jgħid sal-aħħar ta’ Jannar 2022 kemm kien hemm ħaddiema b’kollox f’din l-iskema u kemm minnhom kienu f’Malta u kemm kienu f’Għawdex?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar t'April 2022 kien hemm 1153 imsieħba fl-Iskema tal-Komunità. 651 minn dawn jaħdmu f’Malta u 502 minnhom f’Għawdex. Sal-aħħar ta’ Jannar 2022 kien hemm 978 ħaddiema f’din l-iskema, li minnhom 522 kienu jaħdmu f’Malta u 456 kienu jaħdmu f’Għawdex.

Toroq f’Għawdex li ngħataw il-base course

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fl-aħħar żewġ leġiżlaturi (2013–2022) kemm saru toroq jew partijiet minn toroq f’Għawdex li ngħataw il-base course biss u sal-lum għadhom ma ngħatawx il-wiċċ finali? Jista’ jagħti l-ismijiet ta’ dawn it-toroq u kemm hi l-area f’metri kwadri li għadha bil-base course?

Response (CAMILLERI, CLINT)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għada qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.