Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għawdex – proġett għal triq ġdida bejn il-Port tal-Imġarr u Triq il-Madonna ta’ Lourdes f’Għajnsielem

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett propost fil-Baġit 2019 għal triq ġdida bejn il-Port tal-Imġarr Għawdex u Triq il-Madonna ta' Lourdes f'Għajnsielem (triq alternattiva għall-Port tal-Imġarr)? Jista jgħid x'sar matul is-sena 2022 fuq dan il-proġett u kemm intefqu flus matul din is-sena fuq dan il-proġett u għal xiex intefqu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 22730.

MGA — ħaddiema

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 4159 dwar professjonisti fi ħdan l-Awtorità ta' Malta dwar il-Logħob (MGA), jista’ l-Ministru jagħti s-segwenti tagħrif u ċjoè n-numru ta’: a. ekonomisti; b. accountants; c. avukati; d. inġiniera; e. periti; f. jekk hemm professjonisti oħra x’inhi l-professjoni tagħhom u kemm inhuma u f’kull każ jista’ l-Ministru jgħid kemm ilhom jaħdmu mal-MGA?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-profesjonisti tal- Awtorità ta' Malta għal-Logħob (MGA) huma kif indikati hawn taħt: Profesjoni Numru Qasam Regolatorju Avukati 1 Kap Eżekuttiv 1 Head Affarijiet Legali u Regolatorji 1 Head Affarijiet Legali u Infurzar 4 Dipartiment ta' Policy u relazzjonijiet Internazzjonali 3 Dipartiment Legal u Infurzar 2 Ricerka ta' Due Diligence 1 Logħob Responsabbli u Sapport tal-Ġukatur Inġieniera 2 Informazzjoni u Mmaniġġjar tad-Data 4 Dipartiment tal-Eċċellenza fl-Operat u Trasformazzjoni tal-Business

In-Nadur – Triq l-Imġarr – crash barriers

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2183 fejn kien ġie mwieġeb "li x-xogħol fuq il-crash barriers qiegħed jitkompla u mistenni jkun lest fil-ġimgħat li ġejjin" jista’ l-Ministru jgħid għala għaddew iktar minn xahrejn u għadu ma tlestiex? Jista jgħid ukoll għala f'dawn l-aħħar ġimgħat ma tkompliex ix-xogħol fuq il-crash barriers f'din l-imsemmija triq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejjin ix-xogħlijiet skont il-pjanijiet.

Ix-Xewkija – Triq Ħamet, Triq ir-Rabat u Triq Ta’ Xħajma – resurfacing ta’ trinek

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta hu maħsub li ser isir resurfacing tat-trinek kollha tal-Junction tat-Triq ta Ħamet fix-Xewkija, ta' Triq ir-Rabat u Triq Ta' Xħajma fin-Nadur, u dan wara li saru trinek f'din it-triq diversi xhur ilu u sal-lum għadhom bil-wiċċ tal-konkos? Ma taħsibx li triq arterjali li jkollha parti minnha bil-konkos hija ta' periklu serju għas-sewwieqa?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li x-xogħlijiet fl-imsemmija toroq għadhom għaddejjin skont kif skedat.

Ministeru għal Għawdex – tħawwil ta’ siġar u arbuxelli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm u fejn tħawlu siġar u arbuxelli mill-Ministeru għal Għawdex mill-elezzjoni sal-lum? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża biex tħawlu u minn min sar ix-xogħol?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu mitlub tħawlu mal-mitejn u għoxrin siġra u arbuxell. Ix-xogħol sar mill-ħaddiema tad-Direttorat għall-Affarijiet Rurali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex. Is-siġar u arbuxelli mħawla huma kollha pjanti mkabbra fil-mixtla tal-Ministeru fid-Dawwara ta' Kerċem.

Karozzi tal-elettriku — chargers

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm chargers għall-karozzi tal-elettriku f'Malta li huma b'xejn, fejn min jużahom ma jħallasx, u fejn jinsabu? Tista' tgħid kemm hemm minn dawn l-istess chargers f'Għawdex, fejn min jużahom ma jħallasx, u fejn jinsabu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hawn tliet ‘Solar Battery Charging Carports’ li jikkonsistu f’żewġ charging pillars, b'żewġ charging points il-wieħed. Dan jammonta għal total ta' 12-il punt ta' ċċarġjar b'xejn, flimkien ma’ sistema ta’ ġenerazzjoni u ħażna ta’ enerġija rinnovabbli. Dawn is-‘Solar Battery Charging Carports’ li jistgħu jintużaw mingħajr ħlas jinsabu f’Ta’ Xbiex, il-Marsa u ċ-Ċirkewwa.

Awtorità tad-Djar – emendi ġodda tal-kera

Question

B'effett minn meta daħlu fis-seħħ l-emendi ġodda tal-kera sal-lum, jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-każijiet li fihom l-Awtorità qed tħallas parti mill-kirjiet ta' akkomodazzjonijiet mikrija mingħand il-privat u liema kirjiet kienu daħlu fis-seħħ qabel l-1995? Jista' jgħid s’issa kemm hu l-ammont totali li l-Awtorità tad-Djar qed tħallas fis-sena jew hija tenuta tħallas fis-sena għal dawn il-kirjiet? Jista' jgħid kemm minn dawn il-kirjiet huma f'Malta u kemm minnhom huma f'Għawdex?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għal Għawdex — uffiċjali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3713 kollha kemm hi (intera) u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal-uffiċjali kollha minn Manager, Manager I u Manager II ’il fuq (sa DG) fil-Ministeru għal Għawdex, bid-dettalji tar-responsabiltajiet tagħhom u l-pakkett sħiħ ta’ kull uffiċjal u kemm ilhom (inkluż snin u xhur) f'din il-kariga?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 3713 fejn hemm il-lista sħiħa bl-iskali. Il-lista tal-managers se tingħata f’xi seduta oħra.

Għawdex — Recovery and Resilience Facility Fund (RRF) - fondi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar il-proġetti u inizjattivi li Għawdex se jibbenefika minnhom permezz tal-programm ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea 'Recovery and Resilience Facility Fund (RRF)' fix-xhur li ġejjin?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex flimkien mal-Fondazzjoni tal-Iskejjel ta’ Għada, qed jipproċedu bil-proġett estensiv ta’ rinovar tal-iskola primarja fin-Nadur. Dan il-proġett huwa ffinanzjat mir-Recovery and Resilience Facility Fund.

Tender CfT:IMT005/2022 Re-Publication of IMT012/2021 — 'Construction and Extension of Marsamxett Ferry Landing Place in an Environmentally Friendly Manner'

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar tender iffinanzjat mill-EU: CfT:IMT005/2022 Re-Publication of IMT012/2021 - 'Construction and Extension of Marsamxett Ferry Landing Place in an Environmentally Friendly Manner' u jgħid fiex wasal il-proċess ta' aġġudikazzjoni ta' din l-imsemmija tender u meta hu ppjanat li jibda x-xogħol mitlub minn din l-imsemmija sejħa?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li nhar il-11 ta’ Novembru kienet ippubblikata d-deċiżjoni tal-aġġudikazzjoni.

Toroq f'Għawdex — fondi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3644 u jgħid liema huma t-toroq (isem tat-triq u r-raħal) ġewwa Għawdex li l-Ministeru għal Għawdex applika għalihom u jgħid liema minnhom ġew aċċettati u liema ma ġewx aċċettati biex isiru matul is-snin 2022 u 2023 mill-programm 'Rural Development Programme 2014-2020 Measure 4.3 - European Agricultural Fund for Rural Development' u kemm se jingħata flus minn dan il-fond il-Ministeru għal Għawdex għal dawn it-toroq?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni li qed tiġi mitluba tinsab fit-tabella t'hawn taħt: Ministeru għal Għawdex-Fondi Rural Development Programme 2014-2020 Toroq Li Ġew Aċċettati / Ma Ġewx Aċċettati Ministeru għal Għawdex Isem ta’ Triq Lokalità TriqAċċettata/ Mhux Aċċettata Ammont Kommess mill-fond Faeżr (RDP 14-22) Ministeru għal Għawdex Triq ta' Għajn Abdul/Triq Wied Junu Nadur Mhux Aċċetata Ministeru għal Għawdex Triq ta' Spiteri Nadur Mhux Aċċettata - Ministeru għal Għawdex Triq San Blas San Lawrenz Mhux Aċċettata - Ministeru għal Għawdex Triq Daħla ta' Xurdin Għajnsielem Mhux Aċċettata - Ministeru għal Għawdex Wied tal-Għajjun Għarb Mhux Aċċettata - Ministeru għal Għawdex Triq Klula Għarb Mhux Aċċettata - Ministeru għal Għawdex Triq tal-Gruwa Żebbuġ Mhux Aċċettata - Ministeru għal Għawdex Triq il-Gifna Żebbuġ Mhux Aċċettata - Ministeru għal Għawdex Triq tal-Loġġa Żebbuġ Mhux Aċċettata - Ministeru għal Għawdex Triq Neigu Għarb Mhux Aċċettata -

Mġarr, Marsalforn u x-Xlendi, Għawdex – “Tender for the management (service of tradesmen operators) of the fishers' facilities”

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 3634 u 3823 dwar is-sejħa li ħareġ il-Ministeru tiegħu f’dawn l-aħħar ġimgħat għal “Tender for the management (service of tradesmen operators) of the fishers' facilities situated at Mġarr, Marsalforn and Xlendi, Gozo” jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija intera (kollha kemm hi) u jgħid ukoll min kien qed joffri dan is-servizz, sena b'sena, f'dawn l-aħħar ħames snin u kemm kienet l-ispiża, sena b'sena, f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li diġà rrispondejtu fil-mistoqsija parlamentari 3823 fejn l-użu ta’ tali tender għadu ma bediex.

REWS – Għażla ta’ persuna bħala membru tal-bord

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4058, tista’ l-Ministru tgħid jekk hijiex il-Ministru stess li tiddetermina li persuna, meta tiġi magħżula bħala membru tal-Bord tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS), tissodisfa pjenament il-kriterji kollha elenkati skont il-published criteria magħmula skont l-Att dwar ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma, Kap. 545?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dak mitlub mill-Att dwar ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma dwar il-proċedura qed ikun segwit.

Kriterji oġġettivi u trasparenti fil-ħatra ta’ membri ta’ bord ta’ awtoritajiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern hux lest li jintroduċi kriterji oġġettivi u trasparenti li jirregolaw il-ħatriet tal-membri biex dawn jagħmlu parti minn xi bord ta’ awtorità regolatorja u dan bħalma diġà hemm fil-każ tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) skont il-Kap. 545, biex jiġi assigurat li l-membri jintgħażlu skont l-esperjenza u l-ħila tagħhom fis-settur konċernat?

Response (ABELA, ROBERT)

Hekk kif dejjem kienet il-proċedura fil-ħatra tal-bordijiet, il-membri jinħatru skont l-esiġenzi tal-istess bord u l-ħiliet tagħhom biex iwettqu r-responsabbilitajiet assenjati lilhom. Bordijiet li huma stabbiliti b’liġi partikolari jinħatru skont il-kriterji stabbiliti f’dik l-istess liġi.

Ministru għall-Anzjanità Attiva – djar, servizzi jew entitajiet tal-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema djar, servizzi jew entitajiet tal-anzjani f'Għawdex jaqgħu taħt ir-responsabilità diretta tiegħu? Jista' jgħid jekk id-Dar tal-Anzjani li suppost qed tinbena f'Għajnsielem taqax taħt ir-responsabilità tiegħu? Jista' jgħid jekk Dar Sant’Anna li tinsab fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex taqax taħt ir-responsabilità tal-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid jekk id-Dar tal-Anzjani li kellha tinbena fi Triq it-Tiġrija fin-Nadur u li waħda mill-predeċessuri tiegħu kienet għamlet konferenza tal-aħbarijiet biex tħabbar il-bini u ftuħ ta' din id-dar, għadhiex taqa' taħt ir-responsabilità tal-Ministeru tiegħu u jekk iva, fiex wasal il-proċess? Jekk le, taħt liema Ministeru għadda dan il-proġett wara li kien tħabbar b'tant pompa mill-Gvern Laburista fl-ewwel leġiżlatura tiegħu?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizzi li jingħataw f’Għawdex mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità taħt ir-responsabbiltà diretta tal-Ministeru tal-Anzjanità Attiva huma kif ġejjin. • Ċentru Servizz Anzjan (Għawdex) • Carer at Home • Servizz ta’ Psikoterapija • Interventi mit-Tim tad-Dimensja • Servizz Dijetetiku Domiċiljari • Servizz Domiċiljari ta’ Infermier u Carer • Is-Servizz ta’ Occupational Therapy • Is-Servizz ta’ Flebotomija • Is-Servizz ta’ Podjatrija • Respite fid-Dar • Servizz tas-Silver T • Servizz ta’ Telecare • Telecare on the Move • Roħs fuq il-Kera tat-Telefown Dar Padova għandha wkoll servizzi addizzjonali li jingħataw lill-anzjani wara li jiġu referuti minn speċjalista jew tabib. Dawn jinkludu: Ċentri tal-Attività tad-Dimensja; Servizz ta’ Night Shelter; u Klinika Multi-dixxiplinarja. Hemm djar u servizzi oħra li jaqgħu taħt l-Ministeru t’Għawdex.

Ħaddiema li qed jagħmlu xogħol ta’ manutenzjoni fl-iskejjel ta’ Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm ħaddiema fi ħdan il-Ministeru tiegħu li qed jagħmlu xogħol ta' manutenzjoni tal-iskejjel f’Għawdex?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Għawdex – proġetti marittimi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti marittimi saru mill-Ministeru tiegħu fil-gżira ta' Għawdex matul is-sena 2022 u xi proġetti marittimi hemm ippjanati li jsiru mill-Ministeru tiegħu fil-gżira Għawdxija matul is-sena 2023, fiex jikkonsistu u kemm huma ppjanati li jiġu jiswew kull wieħed minn dawn il-proġetti?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din l-aħħar sena saru xogħlijiet minn Infrastructure Malta fuq Jetties 2 u 3 fl-Imġarr Għawdex. Dan ix-xogħol kien bżonjuż biex jiġu rinfurzati l-mollijiet li magħhom jorbtu vapuri ta’ daqs kbir. Tali mollijiet kellhom ħsarat konsiderevoli. Ix-xogħlijiet mistennija jitlestew is-sena d-dieħla. Il-valur ta’ dan ix-xogħol hu stmat madwar miljun Ewro (VAT eskluż). Barra minn dawn ix-xogħlijiet, huwa pjanat li s-sena li ġejja jinbnew mill-ġdid żewg skalijiet – wieħed fil-Qbajjar u l-ieħor f’Ħondoq ir-Rummien. Ser isiru wkoll xi interventi zgħar fil-bajja tax-Xlendi li intalbu mill-Kunsill Lokali. L-ammont globali ta’ dawn ix-xogħlijiet hu stmat li jkun madwar erba’ mitt elf Ewro (VAT eskluż).

Ministeru għal Għawdex – ħruġ ta’ tender għas-servizz ta’ sigurtà

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar it-tender li nħareġ għas-servizz ta' sigurtà mill-Ministeru għal Għawdex? Jista' jgħid min kienu l-kontendenti u min intgħażel biex jagħti dan is-servizz? Jista' jgħid ukoll kemm jiswa dan il-kuntratt u għal kemm-il sena hu dan it-tender, u jelenka s-servizzi kollha li se jkunu qed jingħataw u fejn se jingħataw?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender qiegħed fi stadju ta’ evalwazzjoni u għaldaqstant l-informazzjoni kif mitluba ma tistax tingħata f’dan l-istadju.

Pulizija – rapporti dwar storbju eċċessiv f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti fuq storbju eċċessiv lokalità b'lokalita f’Għawdex, sena b'sena, f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ rapporti li ġew irreġistrati mal-pulizija f’Għawdex bejn is-sena 2018 u l-aħħar ta’ Novembru 2022, kien ta’ tnejn u sebgħin (72). Il-lokalitajiet fejn kien hemm dawn l-inċidenti u l-oriġini tagħhom jinsabu fil-lista hawn taħt: Lokalità 2018 2019 2020 2021 2022 Storbju minn mużika għolja Għajnsielem 0 1 0 1 0 Għarb 0 0 1 6 3 Kerċem 0 3 0 0 0 Nadur 0 0 0 2 0 Qala 0 2 3 3 4 Rabat 1 1 2 0 1 San Lawrenz 1 0 0 0 0 Sannat 0 0 0 1 0 Xagħra 2 2 4 1 1 Xewkija 0 2 1 0 1 Żebbug 0 1 1 3 0 Storbju minn Animali Għajnsielem 2 0 0 0 0 Munxar 0 0 1 0 0 Nadur 0 0 2 0 0 Qala 1 0 0 0 0 Sannat 0 1 0 1 0 Xagħra 1 1 0 0 0 Xewkija 0 1 1 0 0 Żebbug 0 0 0 1 0 Storbju waqt kostruzzjoni Rabat 0 0 0 1 0 Storbju min vetturi San Lawrenz 0 0 0 1 0 Xagħra 0 1 0 1 0

Ministeru għal Għawdex – proġetti f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti f’Għawdex li l-Ministeru għal Għawdex applika għalihom u jgħid liema minnhom ġew aċċettati u saru, liema ġew aċċettati u għadhom ma sarux u se jsiru matul is-snin 2022, 2023 u 2024, u liema ma ġewx aċċettati biex isiru permezz tal-'Operational Programme I - European Structural and Investment Funds 2014-2020' “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”, u kemm se jingħata flus minn dan il-fond il-Ministeru għal Għawdex għal dawn il-proġetti?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.