Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għal Għawdex – ħaddiema taħt il-Permanent Secretary

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 16999, 18174, 20272 u 23269 tat-13-il Leġiżlatura, kollha kemm huma (intiera), u jgħid kemm kien hemm u fil-preżent kemm hemm persuni li jaqgħu taħt ir-responsabilità tas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għal Għawdex li huma impjegati bħala Consultants, Persons of Trust, Position of Trust, Contract for Service, Customer Care Representatives OPM jew b'Direct Order sena b'sena u xahar b'xahar mill-10 ta' Marzu 2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex tiġi kkompilata l-informazzjoni kollha kif mitlub se jispiċċa jinqabeż l-advisory cost limit.

Għawdex — Pjazza tax-Xewkija - cables tad-dawl

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3961 dwar xogħlijiet ta’ cables tad-dawl li baqgħu mwaħħlin mal-faċċati tad-djar u bini ieħor fil-Pjazza tax-Xewkija, Pjazza San Franġisk fir-Rabat u l-waterfront ta’ Marsalforn, fejn kien ġie mwieġeb "li s-sejħa għall-offerti ġiet abbozzata", jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tender ħarġitx u jekk iva, meta ħarġet u meta se jibdew ix-xogħlijiet?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender ser joħroġ fil-ġimgħat li ġejjin .

Għawdex – Korsa taż-Żwiemel Ta’ Xħajma – twaqqigħ ta’ numru ta’ stallel

Question

B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 3630 u 4863 dwar ix-xogħlijiet ta' twaqqigħ ta' numru ta' stallel taż-żwiemel fil-Korsa taż-Żwiemel f'Ta’ Xħajma, minħabba li ngħad li kienu f'qagħda perikoluża li iżda sal-ġurnata qabel twaqqgħu kienu għadhom qed jintużaw mis-sidien taż-żwiemel biex fihom ipoġġu ż-żwiemel tagħhom qabel u wara t-tiġrijiet, jista' l-Ministru jgħid dan ix-xogħol kienx kopert bil-permessi tal-Awtorità tal-Ippjanar permezz ta’ applikazzjoni ta' Dangerous Structures (DS) u jekk iva, iqiegħed kopja ta' dan il-permess fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jgħid min għamel dan ix-xogħol ta' twaqqigħ, kif intgħażel u kemm ġie jiswa?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif digà mwieġeb fil-mistoqsijiet preċedenti, il-Kap. 552 jagħti setgħa lill-Awtorità tal-Artijiet li tagħmel xogħol fuq strutturi ta’ periklu jew fi stat ta' emerġenza mingħajr ma ssir applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar. Għaldaqstant, sabiex jitneħħa mill-aktar fis il-periklu għal min kien qiegħed jutilizza l-istess sit, ġie mqabbad kuntrattur privat skont il-framework tal-istess Awtorità fejn lesta x-xogħol. L-ispiża kienet tammonta għal EUR 224,466.80c.

Tender 'Trenching and pipelaying for the second class water (new water) distribution water in Gozo' – pagamenti u xogħol

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm saru pagamenti fuq it-tender 3085/2019 'Trenching and pipelaying for the second class water (new water) distribution water in Gozo' sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Tista' tgħid kull pagament lil min sar, kemm kien u ta’ liema xogħol/servizz/servizzi kien dak il-pagament? Tista’ tgħid ukoll jekk ix-xogħol mitlub f’din l-imsemmija sejħa sarx kollu u jekk le x’fadal isir u meta hu maħsub li jitlesta kollu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji tal-pagamenti relatati mal-isemmi tender jinsabu hawn taħt: Prefinancing - €1,497,963 Milestone - €748,981 Interim 1 - €1,257,903 Interim 2 - €691,570 Final - €1,355,594.96 Total - €5,552,017 Dawn saru lil Gatt Tarmac Ltd. fir-rigward ta’ mejnijiet ġodda għat-tqassim tan-New Water ġewwa Għawdex. Ix-xogħlijiet imsemmija hawn fuq tlestew sal-aħħar kwart tas-sena 2022. Fadal biss li jsir il-wiċċ ta' triq fuq it-trinka (inħawli tal-Ħamet/limiti tax-Xagħra), liema xogħlijiet huma ppjanati li jitlestew fil-ġimgħat li ġejjin jekk jippermetti t-temp.

Ministeru għal Għawdex – għajnuna f’fondi lil parroċċi u istituzzjonijiet tal-Knisja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4517 u jgħid liema parroċċi u istituzzjonijiet tal-Knisja f'Għawdex ingħataw kontribuzzjonijiet, għajnuna fi flus jew għajnuna oħra mill-Ministeru tiegħu, jew xi waħda mill-entitajiet li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu minn Jannar 2020 sal-lum? Jista' jgħid f'kull każ kemm kien l-ammont jew għajnuna oħra li ngħatat jew ġie miftiehem li tingħata lil kull parroċċa u għal liema skop ingħatat u minn liema Direttorat jew Diviżjoni ngħatat?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Ħaddiema li qed jagħmlu xogħol ta’ manutenzjoni fl-iskejjel ta’ Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4519, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid fil-preżent kemm hemm ħaddiema fi ħdan il-Ministeru tiegħu li qed jagħmlu xogħol ta' manutenzjoni tal-iskejjel f’Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 27 ħaddiem fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex li jaħdmu fis-Sezzjoni tal-Manutenzjoni tal-iskejjel f’Għawdex.

Għawdex – spiża u xogħol fuq grawnds tal-futbol

Question

Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2019 sal-lum kemm kienet l-ispiża totali fuq grawnds tal-futbol f’Għawdex min-naħa tal-Ministeru għal Għawdex? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kull grawnd partikolari u x’kien ix-xogħol li sar? Jista' jgħid ma’ kull grawnd tal-futbol f’Għawdex kemm hemm ħaddiema assenjati mill-Ministeru għal Għawdex jew minn xi skema u x’inhu x-xogħol ta' kull ħaddiem? Jista' l-Ministru jgħid liema xogħol fadal isir fuq il-grawnds tal-Qala u tan-Nadur u meta hu mistenni li jsir dan ix-xogħol?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’xi seduta oħra.

Tribunal għal Talbiet tal-Konsumaturi – arbitri u każijiet deċiżi

Question

B’referenza għall-Avviż Legali Nru 15 tal-2023, tista’ l-Ministru tgħid jekk ir-rimunerazzjoni lill-arbitru ta’ ħlas ta’ €150 għal kull każ hijiex irrispettivament min-numru ta’ seduti li jsiru f’kull każ? Tista’ l-Ministru tgħid kemm attwalment hemm arbitri fir-rigward tat-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumaturi, u f’kull każ meta tiġi fi tmien il-ħatra ta’ kull wieħed minnhom? Tista’ tgħid ukoll tul l-2022 kemm ġew deċiżi każijiet mit-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumaturi u f’kemm minn dawn il-każijiet ġew ukoll mogħtija danni morali a tenur tal-artikolu 21 tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, Kap. 378?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħlas ta’ €150 għal kull każ huwa irrispettivament min-numru ta’ seduti li jsiru mill-Arbitri. L-Avviż Legali 15 tal-2023 huwa ċar f’dan ir-rigward fejn jgħid li din ir-rata tapplika għal kull każ, kemm jekk deċiż, ċedut jew irtirat u ma hemmx referenza għan-numru ta’ seduti. Rigward l-informazzjoni mitluba fuq l-Arbitri tat-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumaturi, ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm sitt arbitri u hawn taħt hawn id-dettalji mitluba, inkluż it-tmiem tal-ħatra ta’ kull arbitru: · Dr. Martha Mifsud - 10 ta’ Mejju 2023 · Dr. Michela Spiteri - 16 ta’ Ġunju 2023 · Dr. Mattia Felice - 5 ta’ Settembru 2024 · Dr. Charmaine Cherrett - 11 ta’ Diċembru 2025 · Dr. Deborah Schembri - 11 ta’ Diċembru 2025 · Dr. Richard Sladden - 22 ta’ Jannar 2026 Bħala risposta għall-aħħar mistoqsija, ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2022 ġew deċiżi ħamsa u sebgħin (75) każ u ma kien hemm l-ebda każ fejn ġew mogħtija danni morali a tenur l-artikolu 21 tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur.

Proġett ta’ Permanent Link bejn Malta u Għawdex

Question

B’referenza għall-proġett ta' permanent link bejn Malta u Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid: a. fl-aħħar tmien xhur xi żviluppi kien hemm fejn jidħol dan il-proġett; b. liema studji hemm għaddejjin meta jwieġeb din il-mistoqsija u min qed jagħmel dawn l-istudji; ċ. jekk fl-aħħar tmien xhur kienx hemm xi studji li ġew konklużi; u d. jekk kien hemm studji konklużi, liema kienu dawn l-istudji, min għamilhom u jistax iqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hekk kif spjegat b’mod dettaljat fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 22403 kif ukoll għall-Mistoqsija Parlamentari 171, fix-xhur li għaddew intemm l-ewwel stadju (pre-qualification questionnaire) tal-għażla tal-kuntratturi li ser jibnu u joperaw din l-infrastruttura ġdida, meta nħarġet l-ewwel rakkomandazzjoni. Madankollu, kif diġà spjegat lil din il-Kamra, tnejn mill-offerenti l-oħrajn issottomettew appell biex joġġezzjonaw għar-rakkomandazzjoni li huma ma jimxux għat-tieni stadju tal-proċess. Dawn iż-żewġ appelli għadhom fil-proċess li jinstemgħu mill-Public Contracts Review Board. Il-proċess tal-għażla jidħol fit-tieni fażi tiegħu meta jkun hemm deċiżjoni dwar dawn l-appelli. Sadanittant, kif spjegat ukoll fit-tweġibiet għall-Mistoqsijijiet Parlamentari indikati aktar kmieni, l-esperti mqabbdin biex jistudjaw dan il-proġett u jħejju l-environmental impact assessment tiegħu, qed jaħdmu fuq micro simulation model li janalizza l-effetti tal-mina l-ġdida fuq il-junctions u t-toroq tal-madwar. Kif diġà għedna kemm-il darba, ladarba jitlestew il-proċessi tal-għażla tal-kuntratturi u l-istudji relatati, l-istudji kollha li qed isiru jew li għad iridu jsiru jiġu ppubblikati għall-konsultazzjoni pubblika, hekk kif jitlob il-proċess stabbilit biex ikun determinat il-permess finali għall-proġett mill-awtoritajiet tal-ambjent u l-ippjanar.

Ministeru għal Għawdex — uffiċjali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3713 u 4798 kollha kemm huma (intiera) u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal-uffiċjali kollha minn Manager, Manager I u Manager II ’il fuq fil-Ministeru għal Għawdex, bid-dettalji tar-responsabbiltajiet tagħhom u l-pakkett finanzjarju sħiħ ta’ kull uffiċjal u kemm ilhom (inkluż snin u xhur) f'din il-kariga?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 3713.

Mġarr, Marsalforn u x-Xlendi, Għawdex – “Tender for the management (service of tradesmen operators) of the fishers' facilities”

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 3634, 3823 u 4601 dwar is-sejħa li ħareġ il-Ministeru tiegħu f’dawn l-aħħar ġimgħat għal “Tender for the management (service of tradesmen operators) of the fishers' facilities situated at Mġarr, Marsalforn and Xlendi, Gozo” jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija intera (kollha kemm hi) u jgħid ukoll min kien qed joffri dan is-servizz, sena b'sena, f'dawn l-aħħar ħames snin u kemm kienet l-ispiża, sena b'sena, f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari numru 3823 u 4601.

Ministeru għal Għawdex – applikazzjoni għall-proġetti f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti f’Għawdex li l-Ministeru għal Għawdex applika għalihom u liema minnhom ġew aċċettati u liema ma ġewx aċċettati biex isiru mill-programm 'Connecting Europe Facility of the European Union', kemm ingħata flus s’issa u kemm se jingħata flus minn dan il-fond il-Ministeru għal Għawdex għal dawn il-proġetti?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Uffiċjali tal-Pulizija f’Għawdex li jagħmlu xogħol marbut mal-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali tal-Pulizija f’Għawdex li huma assenjati full-time fuq ix-xogħol tal-Qorti? Jista' jgħid kemm-il-dispatch driver hemm f’Għawdex fil-Korp tal-Pulizija? Jista' jgħid fl-aħħar sentejn (2021 u 2022) kemm-il riferta ġiet imqassma? Jista' jgħid ukoll l-uffiċċju li jieħu ħsieb ix-xogħol tal-Qorti kemm-il entità differenti jkopri? Jista' jgħid jekk kienx hemm talba biex jiżdiedu n-nies f' dan l-uffiċċju li jieħu ħsieb ix-xogħol tal-Qorti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi hemm żewġ uffiċjali tal-Pulizija li huma assenjati full-time fuq ix-xogħol tal-Qorti f’Ghawdex, kif ukoll dispatch rider wieħed. Fis-snin 2021 u 2022 tqassmu total ta’ disa t’elef, mija u ħdax il riferta. L-uffiċċju li jieħu ħsieb ix-xogħol tal-Qorti jkopri is-seduti tal-Pulzija li huma dawk tad-Distrett, tat-traffiku, tal-kolliżżjonijiet, tal-familja (aċċess u manteniment), tal-vjolenza domestika, tal-kaċċa u nsib (ALE), appelli u anke l-perizji. Ikopru wkoll is-seduti tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, Jobs Plus, is-Sanita, Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjiegi, dipartiment tal-VAT, dipartiment tat-taxxa, Awtorita tad-Djar, TM (każijiet tal-baħar) u dawk tat-Trattament Xieraq tal-Annimali. It-tqassim tal-membri fil-Korp isir skond n-neċċessitajiet u eżiġenzi li jkun hemm bżonn.

Pulizija – persuni li kisru l-paċi pubbliku jew wettqu reati fil-Belt Valletta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu nies il-Qorti minħabba ksur tal-paċi pubblika jew reati simili fil-Belt Valletta matul is-sena 2022? Jista’ jgħid nhar ta’ Sibt filgħaxija xi preżenza qed ikun hemm, jekk qed ikun hemm, fit-toroq prinċipali tal-Belt Valletta tal-forzi tal-bon ordni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2022 fil-Belt Valletta kien hemm sitt persuni li tressqu l-Qorti minħabba ksur tal-paċi pubblika jew reati simili. Dwar il-preżenza ta’ Pulizja li jkun hemm il-Belt u li jkopru wkoll it-toroq prinċipali fil-weekend, ikun hemm numru ta’ uffiċjali mill-għassa tal-istess Distrett, uffiċjali mit-Taqsima tal-Pulizija tal-Komunità u minn taqsimiet oħra. Dan barra mir-ronda regulari li ssir minn uffiċjali tat-taqsima tal-RIU.

Direttiva (EU) 2020/1828

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fiex waslet il-ħidma dwar it-traspożizzjoni tad-Direttiva (EU) 2020/1828 li suppost kellha tiġi trasposta fil-Liġi Maltija sal-aħħar tas-sena 2022?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Abbozz ta’ Liġi rigward it-traspożizzjoni tad-Direttiva (EU) 2020/1828 għandha titressaq quddiem il-Parlament fiż-żmien qarib.

Adozzjonijiet f’Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru adozzjonijiet kull sena fis-snin 2018, 2019, 2020, 2021 u 2022? Jista' jgħid kemm minnhom kienu f'Malta u kemm minnhom f'Għawdex? Jista' jgħid ukoll minn dawn l-adozzjonjiiet kemm minnhom kienu ta' tfal minn Malta stess u kemm minnhom ta' tfal minn pajjiżi barranin? Jista' jagħti break down tal-adozzjonijiet li saru minn pajjiżi barranin, pajjiż pajjiż?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif tidher fit-tabelli annessi. Adoption completed in the State of Origin Malta Gozo Grand State of Origin 2018 2019 2020 2021 2022 2018 2019 2020 2021 2022 Total India 32 23 15 14 30 1 1 2 1 - 119 Slovakia - - - - 2 - - - - - 2 Vietnam - - - 1 - - - - - - 1 Grand Total 32 23 15 15 32 1 1 2 1 - 122 An adoption from India was dissolved after being concluded in the State of Origin in 2020 Dissolution of adoption Malta Grand Total State of Origin 2020 India 1 1 Grand Total 1 1 Request for adoption completed in the United Kingdom to be recognized in Malta for citizenship of adopted children 2019 Grand Total State of Origin Unknown United Kingdom 2 2 Grand Total 2 2 Adoptions completed in Malta Malta Grand Total 2018 2019 2020 2021 2022 Bulgaria - - - 3 - 3 India 6 3 1 19 29 Malta - 3 2 2 2 9 Portugal 9 1 2 1 11 24 Slovakia 4 4 - - - 8 Thailand - 1 - - - 1 Grand Total 19 12 5 6 32 74 The couple was not living in Malta or Gozo at the time

Applikazzjonijiet għall-akkomodazzjoni soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għall-akkomodazzjoni soċjali? Jista' jgħid kemm minn dawn huma għall-akkomodazzjoni f’Malta u kemm f’Għawdex? Jista' jgħid mis-sena 2018 sal-lum, sena b’sena, kemm ġew allokati units ġodda lill-applikanti li kienu fuq il-waiting list, f’liema lokalitajiet kienu dawn il-units u jekk f’kull każ dawn il-units humiex proprjetà tal-Gvern jew proprjetà tal-privat li ġew mikrija mill-Gvern għal dan l-iskop?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Fostering ta’ tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn tfal li huma fostered fil-preżent u kemm minnhom huma fostered f’familja f’Malta u kemm minnhom f’familji f’Għawdex? Jista' jgħid kull sena mis-sena 2018 sal-lum kemm kien in-numru totali ta' tfal li ġew fostered? Jista' jgħid kemm hemm tfal li bħalissa qed jistennew li jiġu fostered?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, fil-preżent il-fostering placements huma kif qed ikun elenkat hawn taħt: Malta (0 sa 17-ilsena) 212 -il minuri Malta (18+) 34 -il maġġorenni Għawdex (0 sa 17-il sena) 17 -il minuri Għawdex (18+) 3 maġġorenni Total 266 Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ tfal li bħalissa qed jistennew li jitpoġġew f’foster placement jammonta għal 57 minuri. Inkompli billi ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ fostering placements ġodda kull sena, mill-2018 sal-lum, huwa kif qed ikun elenkat fit-tabella t’hawn taħt: Sena Total ta’ Fostering Placements Ġodda fis-Sena 2018 28 2019 22 2020 28 2021 44placementsġodda u 1 li biddel il-placementminħabbaplacement breakdown. Total 45 2022 24placementsġodda u 1 li biddel il-placementminħabbaplacement breakdown. Total 25 2023 – sat-13 ta’ Frar 2

Xagħra, Għawdex — Triq Għajn Ħosna – manutenzjoni, restawr u bini ta’ ħitan tas-sejjieħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'fadal isir u x’inhu l-andament tax-xogħol ta’ manutenzjoni, restawr u bini mill-ġdid ta’ ħitan tas-sejjieħ fi Triq Għajn Ħosna, fix-Xagħra, Għawdex li twassal sal-wied tal-Bajja tar-Ramla l-Ħamra, li jinkludu wkoll Triq ir-Ramla, Triq ta' Xurdin, Triq l-Inżul tal-Franċiżi, Triq ir-Ramla l-Ħamra sad-Daħla ta' Għajn Damma u r-restawr u tindif ta' 250 metru ta' taraġ Ruman fil-wied tar-Ramla li hu ffinanzjat minn fondi Ewropej?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq il-ħitan tas-sejjieħ fi Triq Għajn Ħosna huma kważi lesti. Ix-xogħlijiet fuq il-ħitan tas-sejjieħ Triq ir-Ramla, Triq ta’ Xurdin, Triq l-inżul tal-Franċiżi u Triq ir-Ramla l-Ħamra sad-Daħla ta' Għajn Damma ser ikunu qed isiru fix-xhur li ġejjin. Ir-restawr u t-tindif tat-taraġ Ruman qiegħed jiġi diskuss internament.

Għasri, Għawdex – għassa tal-pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fir-raħal tal-Għasri hemmx għassa tal-pulizija u jekk iva, f’liema indirizz tinsab din l-għassa? Jista' l-Ministru jgħid din l-għassa, bħala medja, kemm-il siegħa fil-ġimgħa kienet miftuħa għall-pubbliku u b'uffiċjali tal-pulizija ġo fiha?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.