Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #4682 Sitting 85 2009-02-18 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għajnuna finanzjarja lin-negozji ż-żgħar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-għajnuniet finanzjarji u/jew rimedji li qed jibbenefikaw minnhom n-negozji ż-żgħar (partikolarment ħwienet tax-xorb u stabbilimenti ta' l-ikel)? Liema huma dawk l-għajnuniet u/jew rimedji li jingħataw minn programmi ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Taħt il-programm ta’ Fondi Reġjonali 2007-2013 ser nimplimentaw skema għall-proġetti ta’ turiżmu sostenibbli. Il-fond għal din l-iskema hu ta’ Euro 10 miljuni. Is-sejħa għall-offerti infetħet fit-2 ta’ Frar 2009. Saru numru ta’ laqgħat ta’ informazzjoni kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex sabiex jiġu spjegati d-dettalji ta’ din l-iskema. Il-Ministeru vara din l-iskema fil-ħdax ta’ Diċembru 2008.

Impjegati tal-MITTS — sospiżi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-impjegati tal-MITTS li sal-lum għadhom sospiżi? Meta hemm il-ħsieb li jerġgħu (jekk iva) jiddaħħlu lura għax-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat illi hemm ħaddiem wieħed li hu sospiż peress illi għaddejin proċeduri kriminali kontra tiegħu. Skond ir-regolamenti, l-imsemmi persuna tiddaħħal lura għax-xogħol - jekk ikun il-każ- wara li jinqata' l-każ tal-Qorti.

MCAST — Aġġudikazzjoni ta' tender

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 4681 u cioè: b'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 3360 u 2905 jista' l-Ministru jara li jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li ħejjew l-uffiċjali tal-pulizija li nvestigaw il-każ ta' aġġudikazzjoni tat-tender?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Rapporti tax-xorta ta’dak mitlub mill-Onorevoli Interpellant li jirrigwardaw investigazzjonijiet dwar il-kummissjoni ta’ reati kriminali u li fihom jiġu espressi l-fehmiet dwar il-ħtija o meno ta’ persuni investigati fir-rigward dejjem kienu meqjusa bħala li għandhom jinżammu kunfidenzjali u li ma għandhomx jiġu divulgati. Dan hu saħansitra l-każ anki għall-finijiet ta’ proċeduri legali ġudizzjarji tant li d-dokument in kwistjoni jikkwalifika bħala dokument privileġġjat għat-tenur tal-artikolu 637 tal-Kodici ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili in kwantu huwa dokument li “jikxef ħwejjeġ li huma ta’ jew li għandhom x’jaqsmu ma’ fehma, parir jew rakkomandazzjoni miksubin, mħejjijin jew reġistrati, jew konsultazzjonki jew diskussjoni li jkunu saru matul jew għall-finijiet tal-proċessi deliberattivi involuti fil-funzjonijiet ta’ Ministeru, dipartiment tal-Gvern, awtorita’, korporazzjoni jew enti parastatali” (Artikolu 637(4)(c)). Jikkwalifika bħala tali anki skond id-dispozizzjonijiet tal-paragrafu (d) u (e) ta’ l-istess artikolu. Din il-pożizzjoni għar-rigward ta’ dokumenti tax-xorta msemmija ġiet sostanzjalment konfermata fl-Att dwar il-Liberta’ ta’ Informazzjoni (Att XVI tal-2008) li għadu kemm għadda minn dan il-Parlament u ġie pubblikat għalkemm għadu ma hux in vigore. L-Att imsemmi fih dispożizzjonijet analogi li jirrigwardaw dokumenti eżenti mid-dispozizzjonijiet ta’ l-istess Att fosthom dokumenti li l-iżvelar tagħhom jasal biex, jew jista raġonevolment ikun mistenni li, fost ħwejjeg oħra, jippreġudika t-tmexxija ta’ investigazzjoni ta’ ksur, jew possibilita’ ta’ ksur, tal-liġi, jew jista jiżvela l-eżistenza jew l-identita’, jew jippermetti li persuna tiskopri l-eżistenza jew l-identita’ ta’ sors konfidenzjali ta’ informazzjoni, fir-rigward ta’ l-infurzar jew l-amministrazzjoni tal-liġi, jew jippreġudika l-proċess ġust ta’ persuna jew il-ġudizzju imparzjali ta’ każ partikolari minn xi qorti, tribunal, bord ta’ dixxiplina, panel ta’ arbitraġġ jew korp simili, jew jippreġudika inkjesta mmexxija taħt l-Att dwar l-Inkjesti; jew jippreġudika l-effettivita’ ta’ metodi jew proċeduri legali għall-prevenzjoni, kxif, investigazzjoni, jew trattament ta’ materji li jirriżultaw minn ksur jew evazjoni tal-liġi; jew jippreġudika l-manteniment jew infurzar ta’ metodi legali għall-ħarsien tas-sigurta’ pubblika (Art. 30(1)(2) ta’ l-Att imsemmi). Jistgħu jinkwadraw ruħhom raġunijiet oħra taħt l-istess liġi li jirrendu d-dokument simili dokument eżentat. Għalhekk ma inhix tal-fehma li għandi nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra d-dokument mitlub mill-Onorevoli Interpellant.

MCAST — Aġġudikazzjoni ta' tender

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 3360 u 2905 jista' l-Ministru jara li jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li ħejjew l-uffiċjali tal-pulizija li nvestigaw il-każ ta' aġġudikazzjoni tat-tender?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #4682 Sitting 67 2008-12-15 Oral · Interim From: CHRIS CARDONA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għajnuna finanzjarja lin-negozji ż-żgħar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-għajnuniet finanzjarji u/jew rimedji li qed jibbenefikaw minnhom n-negozji ż-żgħar (partikolarment ħwienet tax-xorb u stabbilimenti ta' l-ikel)? Liema huma dawk l-għajnuniet u/jew rimedji li jingħataw minn programmi ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji — kumpanniji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma dawk il-kumpanniji reġistrati mal-Malta Financial Services Authority u li jaħdmu fis-settur ta' l-e-gaming?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ kumpaniji reġistrati mal-Gaming and Lotteries Authority jammonta għall-mitejn u erbgħa u għoxrin [224] sa Settembru 2008.

taxxa fuq il-plastic bags

Question

Jista' l-Ministru jgħid min ser iħallas it-taxxa ġdida fuq il-plastic bag jekk hux is-sidien tal-istabbilimenti jew il-konsumatur? Jista' jgħid jekk din it-taxxa hux ser tkun imposta wkoll fuq l-eco-bagsu/jew dawk biodegredabbli? X'ser isir mid-dħul ta' din it-taxxa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-eko-kontribuzzjoni ta’ 15-il ċenteżmu se tkun fuq kull basket tal-plastic li jingħata mill-ħwienet. Se tkun obbligatorja fuq kull ħanut f’pajjiżna li meta jagħti carrying bag tal-plastic dan l-ammont irid iddaħħal fl-irċevuta fiskali.

Konvenju ta art/proprjetà immobbli

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati konvenji fuq xiri ta' art/proprjetà immobbli tul dawn l-aħħar sentejn? Jista' jagħti din l-istatistika xahar b'xahar?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ konvenji fuq xiri t’art/proprjeta’ immobbli li ġew reġistrati mad-Dipartiment tal-Capital Transfer Duty matul is-snin 2006, 2007 u sat-tnax ta’ Novembru 2008 huma 9497, 9101 u 6559 rispettivament. Fit-tabella markata Dok “A” għandek issib kif daħlu sena b’sena u xahar b’xahar. Din it-tabella qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kaxxi tal-logħob

Question

Jista' l-Ministeru jgħid x'permessi u/jew liċenzji jeħtieġu l-ħwienet kummerċjali li qed joperaw bil-kaxxi tal-logħob? Jista' jgħid humiex amusement jew gambling machines? X'kundizzjonijiet oħra huma imposti għat-tmexxija u l-operat ta' dawn il-ħwienet?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

taxxa fuq il-plastic bags

Question

Jista' l-Ministru jgħid min ser iħallas it-taxxa ġdida fuq il-plastic bag jekk hux is-sidien tal-istabbilimenti jew il-konsumatur? Jista' jgħid jekk din it-taxxa hux ser tkun imposta wkoll fuq l-eco-bags/u/jew dawk biodigredabbli? X'ser isir mid-dħul ta' din it-taxxa?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3873 Sitting 51 2008-11-13 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

L-Isptar Mater Dei — showeheads

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tender għal showerheads fl-Isptar Mater Dei kenitx waħda ġdida jew waħda ta' replacement?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Konvenju ta art/proprjetà immobbli

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati konvenji fuq xiri ta' art/proprjetà immobbli tul dawn l-aħħar sentejn? Jista' jagħti din l-istatistika xahar b'xahar?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Mobile phone base station antennae

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux se jieħu azzjoni fuq l-istallazzjoni ta' ammont numerevoli ta' mobile phone base station antennae f'żoni residenzjali? Kif inhuma regolati dawn l-istallazzjonijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Dawn l-installazzjonijiet huma regolati mill-Malta Communications Authority u jien infurmat li l-Awtorita timxi fuq kriterji stabbiliti internazzjonali meta ssir talba għall-installazzjoni.

MCAST — Aġġudikazzjoni ta' tender

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 2905 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilha u tgħid min kienu l-membri fil-Bord tal-MITTS li aġġudika t-tender liema tender talbet private training providers li jipprovdu taħriġ għall-istudenti ta' l-MCAST li ma jistgħux jattendu l-campus ta' l-MCAST f'Raħal Ġdid? Tikkonferma l-Ministru li membru mill-istess Bord huwa wkoll direttur fl-istess MCAST? Tista' l-Ministru tgħid jekk dan jikkonsistix f'konflitt ta' interess? U jekk iva, x'passi se jittieħdu sabiex dan ma jerġax iseħħ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li s-Sur Juan Borg Manduca qiegħed fil-Bord tal-MITTS u hu wkoll id-Direttur ta’ l-Istitut tal-Informazzjoni, Kommunikazzjoni u Teknoloġija fl-MCAST li kien jagħmel parti mill-Bord li aġġudikaw it-tenders tal-ICT training providers. Dan il-każ qiegħed jiġi investigat mill-Pulizija kif ukoll se jinstema mill-Bord ta’ l-Appell u għalhekk huwa xieraq li wieħed jistenna d-deċiżjonijiet meħuda qabel jiġi deċiż jekk kienx hemm konflitt ta’ interess jew jekk għandhomx jittieħdu passi oħra.

Sussidju fuq il-prezz taz-zokkor

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu s-sussidju li preżentement qed jingħata fuq il-prezz taz-zokkor? Meta ser jitneħħa dan is-sussidju?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi s-sussidju li qed jingħata preżentament fuq il-prezz taz-zokkor huwa għal zokkor li jiġi mportat biex jintuża f’Malta jew bħala parti minn prodott maħdum f’Malta għal pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea. Din is-sena kien ivarja bejn €160 u €80 kull tunellata. Għal zokkor li jintuża f’pajjiżi li mhux qegħdin fl-Unjoni Ewropeja is-sussidju din is-sena kien ivarja bejn €1.50 (one euro fifty cents) u €50 kull tunellata. Skond il-ftehim milħuq ma’ l-Unjoni Ewropeja dan is-sussidju jista’ jibqa’ jingħata sa 2010.
Leg 11 PQ #2569 Sitting 43 2008-10-15 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mosta — Triq il-Farinall

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1996 u 2206 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jara li jsir it-tindif neċessarju f'għalqa żdingata u abbandunata li hemm fi Triq il-Farinall, il-Mosta biswit il-bring-in site?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Mosta li l-imsemmija għalqa privata li tinsab fuq in-naħa ta’ wara ta’ fejn jinsabu l-Bring-in-Sites, hi mgħottija b’lantana (creeper) tal-fjuri b’mod li jekk hemm materjal mitfugħ ġo l-għalqa dan ma jidhirx. Peress li l-materjal jista’ jkun ta’ periklu għas-saħħa pubblika, qed jiġu nfurmati l-awtoritajiet tas-saħħa biex jieħdu l-passi meħtieġa skond il-liġi.

Mobile phone base station antennae

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux se jieħu azzjoni fuq l-installazzjoni ta' ammont numerevoli ta' mobile phone base station antennae f'żoni residenzjali? Kif inhuma regolati dawn l-installazzjonijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.