Ministeru tal-affarijiet Barranin — impjegati ġodda mal-kumpanniji b'investiment pubbliku
Question
Tul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm ġew reklutati impjegati ġodda mal-kumpanniji b'investiment pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Jista' jagħti t-tagħrif kumpannija kumpannija?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru tiegħi ma għandux kumpanniji b'investiment pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabilita tiegħi.
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — impjegati ġodda mal-kumpanniji b'investiment pubbliku
Question
Tul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reklutati impjegati ġodda mal-kumpanniji b'investiment pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Jista' jagħti t-tagħrif kumpannija kumpannija?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ebda kumpanija b'investiment pubbliku ma tifforma parti mid-dekasteru tiegħi.
Jista' l-Ministru jindika l-persentaġġ ta' inċidenti fuq il-post tax-xogħol dovuti għall-ħaddiema li waqgħu mill-għoli minn fost l-inċidenti kollha matul din is-sena?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Informat ukoll li l-Awtorità hija responsabbli għal statistika dwar imwiet fuq il-post tax-xogħol. Matul l-2009, kien hemm tlett imwiet, li minnhom tnejn rriżultaw minn waqgħat mill-ogħli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li għaddew boarded out f'Malta u Għawdex separatament matul Jannar, Frar, Marzu u April ta' din is-sena? Jista' jinformani bl-istess tagħrif għall-istess perijodu tas-snin 2006, 2007 u 2008 rispettivament?
każi pendenti ta' persuni li kellhom kontijiet x'jagħtu
Question
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2008 kemm kien hemm każi pendenti ta' persuni li kellhom kontijiet x'jagħtu a) lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni u b) lid-Dipartiment tal-VAT u dawn il-każi issa ġew solvuti? Jista' jgħid b'kollox kemm kellhom jagħtu bħala totalità u kemm fil-fatt ħallsu meta ntlaħaq ftehim dwar il-każi?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — impjegati ġodda mal-kumpanniji b'investiment pubbliku
Question
Tul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew reklutati impjegati ġodda mal-kumpanniji b'investiment pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Jista' jagħti t-tagħrif kumpannija kumpannija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma ġewx reklutati mpjegati ġodda ma’ l-unika kumpannija b’investiment pubbliku Industrial Projects & Services Ltd taħt dan il-Ministeru.
Jista' l-Ministru jgħid jekk issirx tfittxija fuq l-immigranti irregolari ġaladarba jidħlu Malta? Jekk iva, kemm instabu flus kontanti u f'xi forma oħra bħal credit cards eċċ. u passaporti fuq immigranti maqbuda is-sena l-oħra?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi hija l-proċedura li mal-waslu tal-immigranti illegali issir tfittxija fuq kull wieħed u waħda minnhom.
Infurmat ukoll li wara tfittxijiet li saru fuqhom mill-pulizija ġew elevati dawn is segwenti affarijiet:-
Flus;
US$ 59, 980
Euros 12,684
Dinari Libjani 300
Flus Somali 3000 shilling
Dokumenti;
5 dokumenti mahruga mill UNHCR
13 ID card Somali
24 passaport Somali
16 ID card Eritrejana
2 passaporti Eritrejani
1 licenzja tas sewqan Eritrejana
1 ID card tat Togo
1 passaport tat Togo
1 ID card tal-Mali
1 ID card tac-Chad
2 ID cards Etjopjani
1 Licenzja tas sewqan tas-Sudan
1 passaport Libyan
fost dokumenti oħra varji li mhumiex ta’identita
Telefones ċellulari;
88 ta marki varji
28 sim card
Ma instabu l’ebda
credit cards
.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm immigranti irregolari li ħarbu minn Malta u reġgħu nstabu lura Malta? Jekk fl-affermattiv, kemm kien hemm minn dawn?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi kien hemm 25 immigrant illegali li kienu ħarbu minn Malta u nsatbu f'pajjiż ieħor.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm nefqet flus l-Armata minħabba xogħol konness maż-żamma ta' immigranti irregolari din is-sena? Kif intnefqu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi n-nefqa ta’ l-Armata fuq żamma ta’ immigranti rregolari din is-sena hija kif muri fit-tabella hawn taħt.
Item
Cost in 2009 (up to 31/5/09)
Wages
€579,618.57
Upkeep/Maintenance
€42,204.76
Water & Electricity
€85,930.83
Cleaning Materials
€72,423.95
Rations
€57,628.89
Medication
0.00
Meals & Accomodation (Rent not included)
€2,336,566.77
Purchase of Supplies
€197,562.53
Services (Cesspits, skips, showers etc.)
€16,254.15
Telephone
€22,212.50
Supply of Materials (Bedding, tents etc.)
0.00
Total Recurrent Expenditure
€3,410,402.95
Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-immigranti irregolari li ġew Malta f'dawn l-aħħar ħames snin instab li kienu jbatu minn mard infettiv? X'kienet il-marda?
Response (DALLI, JOHN)
Nixtieq ninforma lil-Onorevoli interpellant illi fl-aħħar ħames snin ġew rappurtati 270 każ ta' mard infettiv fost immigranti irregolari li minnhom madwar 121 aktarx ittieħdu hawn Malta. Il-każijiet jitqassmu skond it-tabella t’hawn taħt (dawk li aktarx ittieħdu f’Malta fil-parenteżi):
Notified disease
2004
2005
2006
2007
2008
HIV
1
6
8
7
9
AIDS
0
0
2
2
6
Pulmonary TB
9
9
10
15
33
Non Pulmonary TB
1
6
3
9
12
Leishmaniasis, Visceral
0
(1)
(2)
0
(1)
Hepatitis B
0
0
2
0
1
Foodborne illness, Salmonella
0
(46)
0
0
0
Chickenpox
0
0
(3)
0
(67)
Cryptosporidiosis
0
(1)
0
0
0
Shingles
0
1
0
0
0
Immigranti irregolari li jinżammu kontra ir-rieda tagħhom
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi każi ta' persuna jew persuni mill-immigranti irregolari li ġew miżmuma kontra ir-rieda tagħhom fiċ-ċentri ta' detenzjoni?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Membru illi skont il-politika ta' detenzjoni, l-immigranti rregolari huma kollha miżmuma fiċ-Ċentri ta' Detenzjoni kontra r-rieda tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema fażi wasal il-proġett ta' Smart City? Jista' jgħid kemm huma l-impjegati li ġew reklutati f'din l-aħħar sena? Jista' jgħid hux minnu li l-istess proġett tilef wieħed mill-kuntratturi li kien qed iforni xogħol lill-istess proġett? X'inhuma l-projections li għandu l-Gvern dwar l-istess proġett?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Proġett ta' Smart City hu proġett privat u konsegwentement ma nistax nirrispondi l-ewwel tliet mistoqsijiet.
Il-Projections tal-Gvern huma stipulati fil-kuntratt taċ-ċens li ġie approvat fil-Parlament.
Forza Armata ta' Malta — suldati stazzjonati f'Ħal Safi
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm suldati tal-Forzi Armata ta' Malta stazzjonati fil-barracks ta' Ħal Safi? Kemm minn dawn jagħmlu xogħol ta' għassa mal-immigranti irregolari?
Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar tnax-il xahar kemm-il immigrant irregolari ħarab miċ-ċentri ta' detenzjoni jew kemm ġew nieqsa immigranti irregolari minn open centres u kemm minnhom ġew ri-intraċċati?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi dawn l-aħħar 12-il-xahar kien hemm 6 immigranti irregolari li ħarbu minn Ċentri ta' detenzjoni mgħassa mill-Pulizija. S'issa 4 minnhom ġew misjuba.
Immigranti irregolari — working permits u ktieb tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm immigranti irregolari li ngħataw il-working permit? L-immigranti irregolari huma obbligati li jagħmlu ktieb tax-xogħol biex jaħdmu?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn immigranti irregolari ġo open centres illum u kemm swew lid-dipartimenti din is-sena u kif?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 141 total ta' immigrant illegali fiċ-Ċentri Miftuħa u ċioe' persuni li ma ngħatalhomx l-istatus ta' refuġjat jew umanitarju. Infurmat ukoll li huwa stmat li dawn jiswew lid-dipartiment medja ta' €71.64 per capita fix-xahar bejn salarji u spejjeż oħra.